The Mosta Archives Banner

Id-daqq tal-qniepen fil-Mosta – dari u llum

minn Raymond Grech


Il-Mosta: Harga Nru. 4 (2007) Format Gdid


Il-Qanpiena msejha Id-DumnikanaIl-Qanpiena msejha Id-Dumnikana

(p.2) Il-qniepen ma jdoqqux ghalxejn. Kull meta jsemmghu lehinhom ikunu jhabbru xi haga jew isejhu lill-Insara lejn il-knisja. Harsa hafifa lejn drawwiet missirijietna f’dan ir-rigward, u dak li fadal minnhom illum, turina kemm il-qniepen kienu u ghadhom importanti fil-hajja tal-parrocca. Maghna jaqsmu l-ferh u n-niket tal-hajja, mit-twelid sal-mewt.


Is-seba' qniepen li hemm fil-kampnari tar-Rotunda


L-ordni li biha jindaqqu u l-laqam taghhom:

  1. Iz-zghira mlaqqma ta' l-angli. Tindaqq biss fil-festi kbar tal-Knisja mal-qniepen l-ohra. Tindaqq ukoll wehidha fit-twelid jew mewt tat-trabi.
  2. It-tieni wahda nghidulha tal-mewt. Tindaqq fit-thabbira tal-mewt ta' xi persuna u f’kull funeral.
  3. lt-tielet wahda il-gdida. Ghad li saret fl-1878 baqghet dejjem maghrufa hekk; min jaf ghaliex?
  4. lr-raba' hija tas-salib. Fost id-dekorazzjonijiet li fiha fil-bronz hemm kurcifiss ukoll.
  5. Il-fustanija tidher fuq barra tal-kampnar tax-xellug.
  6. Il-kbira, l-unika wahda fil-kampnar tal-lemin u tidher minn barra. Naturalment hi l-akbar qanpiena tal-knisja.
  7. Id-Dumnikana msejha hekk ghax ingiebet mill-knisja ta' San Duminku tal-Belt. Din ma tindaqqx fil-moti ghax ma taqbilx maghhom fit-ton imma tintuza ghad-daqq ta' l-arlogg u biex biha jindaqq il-quddies fl-anniversarju ta’ l-lnkurunazzjoni u f’Santa Marija.

Daqq tal-qniepen fil-granet ta' kuljum


Il-Pater Noster


It-tokki bil-qanpiena l-kbira nofs siegha qabel l-ewwel quddiesa tal-jum kienu jifthu l-gurnata. Fil-Mosta l-ewwel quddiesa kienet tkun fl-4.00 a.m. Allura s-sagristan fit-3.30 a.m. kien idoqq xi tnax-il tokk bil-qanpiena l-kbira. In-nies kienet tibda tahseb biex tqum ghall-quddies u dak il-hin tghid xi talba. Llum jindaqq biss fl-10 ta' Awissu u fl-Ghid ta' l-Assunta.


L-Angelus


Fit-8:00am, fl-12:00pm u fi nzul ix-xemx kienu u ghadhom jindaqqu ftit tokki bil-kbira biex in-nies isellmu ‘l-Madonna bit-talba ta’ l-Angelus.


Siegha Lejl


Fit-8:00pm kienu jindaqqu xi 9 tokki bil-fustanija. Kienu maghrufa hekk biex in-nies tibda tingabar lejn darha ghax wasal il-lejl. Naturalment illum m’ghadomx moda.


Ta’ l-imwiet


Qabel jorqdu, in-nies kienu mhegga jiftakru fil-mejtin. Dan kien isir billi fid-9:00pm jindaqqu xi disa’ tokki bil-kbira. Illum din id-drawwa spiccat ukoll.


Tal-Hamis


(p.3) Kull nhar ta’ Hamis wara l-Barka Sagramentali (fil-ghaxija) kienet tindaqq mota solenni (minghajr il-qanpiena ta' l-angli biex ifakkar it-twaqqif ta’ l-ewkaristija nhar Hamis ix-Xirka. Minn djarhom, niesna kienu jghidu xi devozzjonijiet lil Gesu Ewkaristija.


Tal-Gimgha


Nhar ta’ Gimgha fit-3.00 p.m. il-qniepen kollha b'ton ta’ niket ifakkru l-mewt ta’ Kristu. Kienet u ghadha tindaqq sal-lum, biex f’dan il-hin ghaziz wiehed jiftakar f’dak li ghamel ghalina s-Salvatur. Ma tindaqqx biss, meta tahbat xi festa solenni jew matul l-Ottava tal-Milied u ta' l-Ghid.


Twelid u mewt ta’ trabi


Il-Qniepen tal-Angli u tal-MewtIl-qanpiena ta’ l-angli (xellug), il-qanpiena tal-mewt (lemin)

Kienet drawwa helwa fil-Mosta li meta jkun hemm twelid ta' tarbija l-familjari jordnaw dak li kienu jsejhulu l-Lawdi. Wara l-quddiesa tal-5.30 a.m. is-sacerdoti li jkun hemm fil-kor tal-knisja jkantaw xi innijiet ta’ tifhir lill-Madonna u l-Qaddisin. Fl-ahhar jitkanta t-Te Deum b’radd ta' hajr ‘1 Alla ghat-twelid tat-tarbija. Waqt dan il-kant kienet tindaqq wahedha l-qanpiena ta' l-angli b'ton mghaggel ghal ftit minuti. Minn darha n-nies kienet tkun taf li zdied xi parruccan u trodd hajr 'l Alla.


Waqt funeral ta' tarbija kienu jindaqqu wkoll tokki mghaggla bil-qanpiena ta' l-angli biss, imma jekk kien ikun funeral ta' certu livell kienet tizdied ukoll tal-mewt. Illum, ghall-grazzja t'Alla l-funerali tat-trabi naqsu sew u meta jinqala’ wiehed jindaqqu ghal kulhadd dawn iz-zewg qniepen. Id-drawwa li tindaqq ta’ l-angli fit-twelid tat-trabi ghosfrot ukoll bil-Lawdi b’kollox.


L-Agunija


Fil-Mosta ghandna s-Sodalita ta' l-Agunija mwaqqfa fl-1686. Dawk li jkunu msiehba fiha u jkunu bl-agunija jsir talb specjali ghalihom mis-sacerdot inkarigat. Dan it-talb idum nghidu ahna siegha jew saghtejn, skond kemm tixtieq il-familja ta’ l-agonizzant Kull siegha jindaqqu disa' tokki bil-qanpiena il-gdida u kull nofs siegha tliet tokki. Jekk l-agonizzant ikun qassis it-tokki jindaqqu bil-fustanija. B'hekk anki min ikun id-dar, jitlob ghal min wasal biex ihalli din l-art. Din id-drawwa qaddisa tidher li qed tispicca wkoll.


ll-Vjatku


Meta’ jinqala' vjatku, il-poplu kien ikun avzat bit-tokki tal-qanpiena l-fustanija. Is-sacerdot kien johrog mill-knisja bis-sagrament akkumpanjat l-aktar minn ghadd ta' tfal subien bil-fanali f’idejhom, Dak il-hin kienet tindaqq mota bi tliet qniepen biss – tal-mewt, il-gdida u tas-salib - bhalma jindaqqu ghar-ruzarju ta' kuljum. Imma jekk il-vjatku kien ikun ta' qassis it-tokki kienu jindaqqu bil-kbira u fil-mota tizdied ukoll il-fustanija. B’hekk in-nies kienet tinduna jekk hux vjatku ta’ qassis jew lajk.


Trapassjoni


Il-Qanpiena l-KbiraIl-kbira qed tindaqq waqt jum ta’ festa.

Mewt ta’ persuna mill-Mosta tithabbar hekk jekk tkun miktuba fis-Sodalita ta’ l-Agunija, it-trapassjoni tibda bi tliet tokki bil-gdida bhalma jindaqq waqt l-agunija. Jekk ma tkunx miktuba dawn ma jindaqqux. (p.4) Imbaghad jindaqqu xi 12-il tokk b’tas-salib, u tispicca b’tokki mghaggla bil-qanpiena tal-mewt.


Mewt ta’ Mosti li ma jkunx joqghod il-Mosta tindaqq fi nzul ix-xemx (wara l-Ave Maria). Jekk ikun Mosti msiefer illum tindaqq wara l-quddiesa ta’ filghaxija. Dari kienet tindaqq wara ‘siegha lejl’ fit-8:00pm. Mewt ta’ qassis tindaqq l-istess imma bil-qniepen il-kbar u tindaqq ukoll ‘il-Libera’ jew ‘ta’ l-Erwieh’ kienu jindaqqu f’Novembru, b’dak it-ton ta’ swied il-qalb. Mewt ta’ soru u ta’ patri jindaqqu differenti. Ta’ soru tindaqq sal-fustanija u ta’ patri tindaqq ukoll il-kbira.


Tas-sawm


Illum, lejliet l-Erbgha ta’ l-irmied, fi nzul ix-xemx jindaqqu t-tokki b’tas-salib biex ihabbru li l-ghada hemm l-obbligu tas-sawm. Qabel, dawn it-tokki kienu jindaqqu tul ir-Randan kollu u lejliet il-vgejjel tas-solennitajiet li kienu wkoll bl-obbligu tas-sawm. Lejliet il-Vgili ta’ Santa Maria kienu jindaqqu bid-Dumnikana. Imbaghad fil-jum tas-sawm, fil-11:00am jindaqqu tliet tokki bil-kbira, sinjal li wiehed jista’ jiekol minn dak il-hin, l-ikla ta’ nofsinhar.


Fil-festi tal-kappelli z-zghar


Kienet id-drawwa li fil-festa tal-kappelli z-zghar il-qniepen tal-parrocca jindaqqu ukoll fl-12:00pm u fil-ghaxija. Ghall-festi ta’ l-Isperanza, San Anton u San Anard kienet tindaqq ukoll il-kbira matul il-moti, izda ghall-kappelli l-ohra kienet iddoqq biss sal-fustanija. Din id-drawwa illum spiccat ukoll.


Fil-festi ta’ matul is-sena


Fil-festi principali tal-Knisja jindaqqu l-qniepen kollha waqt il-moti. Fil-festi l-ohra mal-qniepen ma tindaqqx ta’ l-angli u hemm ukoll festi li lanqas il-kbira ma tindaqq. Kollox ivarja skond l-uzanza. Il-moti ta’ 12:00pm ihabbru l-funzjoni ta’ filghaxija, ta’ qabel il-funzjoni jsejhu n-nies lejn il-knisja u l-moti ta’ wara l-funzjoni jhabbru l-funzjonijiet ta’ filghodu, li llum hija l-quddiesa kantata tad-9:00am. Dari l-moti kienu jkunu aktar fit-tul, hafna drabi tliet moti kull darba, jigifieri tliet kwarti jew aktar fil-festi kbar kienu jdoqqu l-famuzi ‘cerimonji’. Dawn kienu jkunu daqq mghaggel bil-qniepen ta’ l-angli u tal-mewt qabel kull mota ghal ftit hin. Illum dawn spiccaw ukoll tista’ tghid minn Malta kollha, hlief iz-Zurrieq nhar Santa Katerina (ghal min forsi jrid jismaghhom). L-iskop taghhom darba qaluli kien biex izidu fis-solennita tal-festa.


Daqq tal-qniepen f’Santa Marija


Il-Qanpiena l-FustanijaIl-fustanija u qniepen ohra qed jindaqqu minn zewg voluntieri.

Il-bidu tal-kwindicina jithabbar b’mota solenni ta’ nofs siegha bil-qniepen kollha, izda tul il-kwindicina tindaqq biss sal-fustanija waqt il-moti. Lejliet Santa Maria t-tokki ta’ 12:00pm jew ta’ l-Angelus jindaqqu kwarta qabel biex f’12:00pm ezatt, il-hin li tidhol is-solennita ta’ l-Assunta jintlaqa’ bil-moti ferrieha li jhabbru t-transulazzjoni u l-vespri ta’ filghaxija. Filghaxija jindaqqu l-erba’ moti ghall-funzjoni u wara l-Barka Sagramentali jergghu jindaqqu erba’ moti ohra biex ihabbru l-quddies kantat ta’ jum il-festa filghodu. Lejliet il-festa, waqt il-giggifogu jindaqqu t-tokki bil-kbira. Dawn huma t-tifkira ta’ dawk it-tokki li kienu jindaqqu lejliet il-Hdud (p.5) u l-festi kmandati wara ta’ l-imwiet biex ihabbru li l-arcipriet kien se jaghmel l-ispjega tal-Vangelu l-ghada fil-quddiesa tal-5:00am. L-espressjoni li kienu juzaw ghal dawn it-tokki kienet “qed inaqqar”. Maz-zmien dawn it-tokki bdew jintrabtu ma’ kull raddiena tal-giggifogu u ghadhom hekk sallum. Illum id-daqq tal-qniepen nhar Santa Maria, naqas sewwa. Dari wara l-Pater Noster kien jibda d-daqq tal-moti ghall-matutin li kien ikun f’xi 5:30am. Imbaghad erba’ moti ohra ghall-kantata u t-tokki bil-kbira sa ma jibda l-panigierku kif ghadu jindaqq sallum. Il-moti ta’ 12:00pm u ta’ l-ghasar u l-purcissjoni wkoll tkun akkumpanjata mill-qniepen il-hin kollu. Id-daqq tal-Barka Sagramentali jaghlaq il-festa.


Il-Barka


Waqt il-Barka ta’ Gesu Sagramentat il-qniepen tal-knisja dejjem jindaqqu l-ewwelnett b’tislima lil Ewkaristija u t-tieni biex anke min ikun barra mill-knisja jew id-dar jinduna li Gesu qieghed jaghti l-barka tieghu. Ghad-daqq tal-qniepen, l-antiki kienu jinzlu gharkubbtejhom, iroddu s-salib u jghidu tifhir lis-Sagrament, anke dawk li jkunu barra mill-knisja. Drawwa qaddisa li qed tonqos ftit ftit ukoll. Il-qniepen fil-barka ghadhom jindaqqu imma ma nafx kemm ghadna nuru rispett f’dan il-mument devot.


Gheluq


Altru li l-qniepen ma jdoqqux ghalxejn. It-tokki u l-moti li jindaqqu matulek ja sena, kollha jridu jwasslu messagg. Niftakru wkoll li l-qniepen ma jdoqqux wehidhom u allura trid min idoqqhom. Ghall-grazzja t’Alla fil-Mosta minn dejjem kien hawn u ghad ghandna zaghzagh u rgiel li jinteressaw ruhhom f’dawn l-affarijiet.