The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (4): Id-dahla ta' wara l-bieb il-kbir u z-zewg koppletti tal-genb

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Mejju – Awissu 2001


Il-fonti tal-Maghmudija xoghol Vincenzo Dimech fir-RotundaIl-Maghmudija ta' Kristu ta' fuq il-fonti tal-Maghmudija - xoghol ta' Vincenzo Dimech

Magenb in-nicca ta’ Santa Marija hemm il-grupp statwarju ta’ l-injam li jirraprezenta lil San Gwann Battista jghammed lil Kristu. Dan huwa xoghol sabih ta’ l-iskultur imsemmi Vincenzo Dimech (1768-1831). Dimech hadem din l-istatwa fl-1806 ghall-knisja parrokjali l-qadima.


Originarjament, dan il-grupp statwarju kien jinkludi wkoll l-Ispirtu s-Santu bir-raggi u erba’ rjus ta’ puttini li b’xorti hazina qatt ma twahhlu fil-knisja li ghandna llum. L-istatwa kienet swiet 270 skud filwaqt li l-pedestallata ta’ l-irham li fuqha jistrieh il-fonti swiet 150 skud u kienet tlestiet sena qabel l-istatwa, jigifieri fl-1805, mill-marmista Giuseppe Dalli.


Il-fonti jew hawt li jidher taht l-istatwa huwa x’aktarx l-istess wiehed li fl-1557 l-Isqof Cubelles kien ordna li ghandu jsir ghall-knisja ta’ Santa Marija ta’ qabel il-knisja l-qadima ta’ Dingli meta din kienet ghadha mhix parrocca ghaliha.


In-nicca tal-Madonna tar-Ruzarju


L-istatwa barokka tal-Madonna tar-Ruzarju hija xoghol sabih fl-injam ta’ artisti mhux maghruf. Lanqas ma nafu meta saret. Zgur li saret wara dik li Melchiore Gafa hadem ghad-Dumnikani tar-Rabat madwar l-1660, li taghha, bhal hafna ohrajn li ghandna f’pajjizna, dik taghna hija l-kopja.


Minn manuskritti qodma li ghandna fl-Arkivju tal-parrocca nistghu naslu ghall-konkluzjoni li din l-istatwa kienet diga tezisti fl-1766. Kienet ukoll tohrog f’erba’ purcisjonijiet: tar-Ruzarju fl-ewwel Hadd ta’ Ottubru, tac-Cintura fl-ewwel Hadd fuq il-festa ta’ Santu Wistin fit-28 t’ Awissu, tal-Ward fl-ewwel Hadd ta’ Mejju u f’Santa Marija wkoll billi fil-parrocca kien ghad m’hemmx statwa propja ta’ l-Assunta.


Meta fil-hamsinijiet tas-Seklu li ghadda twaqqfet il-festa ta’ Marija Regina fil-31 ta’Mejju, ghamlet xi zmien ukoll tohrog fl-eqreb Hadd lejn dik il-festa u b’hekk kienet spiccat il-festa tal-Madonna tal-Ward.


Fl-1923, l-istatwa, flimkien mal-pedestall li ghandha, kienet giet sgraffita u indurata bl-induratura wisq sabiha li ghadna ngawduha sa llum. Hija tassew hasra li parti mill-maktur ta’ madwar rasha li kienet tidher tittajjar giet ‘bla hniena xejn’ imnehhija meta ndurawha fl-1923.


Il-fonti ta’ l-ilma mbierek tan-nisa


Ahna nsibuh bhala l-fonti tan-nisa, ghax fl-imghoddi, aktar milli hu llum, il-parti tan-nofs tal-knisja kienet aktar tkun riservata ghan-nisa u ghalhekk il-fonti ta’ hawn kien ikun uzat tista’ tghid minnhom biss.


Dan il-fonti ta’ l-irham sabih u ghani huwa xoghol artistiku ta’ Censu Apap u kien sar ghall-habta tal-bidu tat-tletinijiet tas-seklu li ghadu kemm ghadda.


Narawh imzejjen b’hames puttini jew angli tal-bronz. Tlieta jidhru weqfin fuq shaba ‘l fuq mill-vaska b’pozi helwin imma differenti b’dak tan-nofs ihares lejna jzomm f’idu salib irqajjaq. Tnejn ohra jidhru weqfin magenb is-sieq tal-fonti jzommu mazzettun f’idejhom filwaqt li huma wkoll bi hlewwa kbira jharsu.


Il-lapida tal-konsagrazzjoni


‘Il fuq min-nicca tal-Madonna tar-Ruzarju tidher il-lapida b’kitba Latina fuqha li tfakkar il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda. Din kienet saret il-hadd 15 t’Ottubru 1871 bit-thabrik tal-Kappillan Dun Anton Mallia.


L-Isqof Agostinjan Fra Gaetano Pace Forno kien ikkonsagra l-knisja taghna b’riti solenni u ddedikaha ghal dejjem lil Alla b’qima ta’ l-Imqaddsa u Bla Tebgha Marija Mtellgha s-Sema. Skont il-lapida tifkira ta’ din il-konsagrazzjoni kellha ssir kull sena fit-tielet Hadd ta’ Ottubru.


Hija tassew hasra li wara li ghaddew 130 sena minn dik il-grajja hekk ghaziza qatt izjed ma nstabet okkazjoni biex jimtela l-vojt ikrah li tant jistona f’din in-naha tat-tempju taghna.


L-orgni l-kbir


‘Il fuq mil-lapida tal-konsagrazzjoni u sewwa sew fuq l-arkitrav li jghaddi fuq il-kolonni ta’ fejn il-bieb il-kbir, hemm minquxin dawn il-kelmiet bil-Latin: Cantate Domino In Cymbalis Bene Sonantibus li bil-Malti jfissru xi haga hekk (p.6) ‘Kantaw lill-Mulej bi strumenti li jdoqqu tajjeb.’ Kelmiet li qeghdin tassew f’posthom ghax qeghdin taht il-gallarija ta’ l-orgni u ma nafx jekk hawnx strument iehor li jdoqq isbah mill-orgni gewwa l-knisja.


L-orgni li ghandna kien l-ikbar opra li saret ghall-knisja taghna wara l-Konsagrazzjoni. Dan kien beda jitqieghed f’postu lejn tmiem il-parrokat tal-Kappillan Mosti Dun Frangisk Camilleri u kien izzanzan fit-8 ta’ Settembru 1885.


Huwa tassew orgni kbir u famuz li jixraq lill-knisja hekk monumentali. Dan sar mill-fabrika maghrufa Taljana tal-Kavallier Pacifico Inzoli. Fih zewg tastieri u pedaliera. Ghandu wkoll sitt imniefah bejn kbar u zghar, hamsin registru u elfejn kanna. Din l-opra kbira kienet swiet lill-Mostin ma’ l-elf lira.

Semplici imma sabiha hija l-prospettiva li ghandu. Hekk ukoll nistghu nghidu ghall-gallarija li fis-semplicita taghha taqbel hafna ma’ l-istil tal-knisja.


Il-Koppletta tad-Duluri


Mid-dahla ta’ wara l-bieb il-kbir immorru fid-dahla ta’ wara l-bieb tal-genb ta’ fejn hemm l-istatwa tad-Duluri. Hawn insibu ruhna taht koppletta tad-Duluri. Hawn insibu ruhna taht koppletta ckejkna imma helwa li fid-disinn taghha tixbah lill-koppla l-kbira. Din taghlaq b’fetha fin-nofs li minnha tidher koppletta ohra.


Hawn tolqotna l-istatwa wisq sabiha ta’ Marija Addolorata, xoghol fin fil-kartapesta. Din inhadmet fil-fabrika Franciza ta’ Galard et Fils ta’Marsilja ghall-habta ta’ l-1890. Iz-zebgha u t-tip ta’ induratura li naraw fuqha ghadha dik originali. Nghidulha d-Duluri ta’ Settembru ghax il-festa taghha tahbat fil-15 ta’ Settembru biex niddistingwuha mid-Duluri tal-Gimgha l-Kbira. Fl-imghoddi kienet tohrog fil-purcissjoni fil-festa li kienet issirilha l-Hadd fuq il-15 ta’ Settembru. Illum johorguha biss fil-knisja fl-okkazjoni tal-festa taghha, u hekk ta’ lanqas jitgawda l-pedestall sabih li ghandha ghax minhabba l-qisien tan-nicca l-vara ma tistax tintrama fuqu matul is-sena.


Faccata tal-bieb ta’ barra jidher il-fonti ta’ l-ilma mbierek, fonti mill-isbah u eleganti ta’ rham griz imzejjen b’anglu ta’ rham abjad immudellat minn Censu Apap. Dan il-fonti sar fl-1936 u hallas ghalih Angelo Fenech.


‘Il fuq mill-fonti naraw skrizzjoni bil-Latin mehuda mill-Genesi li tghid: Terribilis Est Locus Iste Hic Domus Dei Est li bil-Malti ssarraf: ‘Kemm hu tal-biza’ dan l-imkien: mhux dan hlief dar Alla.’ L-iskultura tal-koppletta kollha hija xoghol tal-bidu ta’ l-iskultur Mosti Ganni Bonnici u saret ghall-habta ta’ l-1949/50. Il-paviment f’din il-koppletta sar fl-1958 u hallas ghalih Frangisku Scicluna.


Il-koppletta ta’ San Guzepp


Naghtu titwila wkoll fil-koppletta l-ohra ta’ San Guzepp li hi ghal kollox identika ma dik tad-Duluri. L-istess skultur li qatta’ l-iskultura tal-koppletta tad-Duluri qatta’ wkoll dik ta’ hawn wara li kien lesta dik tad-Duluri. Il-bieb tal-gewz tan-nicec li naraw f’dawn iz-zewg koppletti ghandhom it-tnejn hgiega fit-tond u t-tnejn huma xoghol il-mastrudaxxa Mosti Guzeppi Agius.


Hawn nergghu niltaqghu ma’ fonti ezatt bhal dak tal-koppletta l-ohra b’differenza zghira fil-poza ta’ ras l-anglu, xoghol ukoll ta’Apap. Il-fonti li naraw hawn sar bhall-iehor fl-1936 u hallas ghalih il-benefattur Gio Maria Attard. Il-paviment ta’ l-irham f’din il-koppletta sar ukoll fl-1958 u hallas ghalih il-Prokuratur tal-Knisja ta’ dak iz-zmien Dun Salv Magro.


Fuq kollox, f’din il-koppletta tispikka l-istatwa simpatika ta’ San Guzepp b’dak il-Bambin hlejju li ghandu rieqed f’idu. Din l-istatwa saret ukoll Marsilja fil-fabrika ‘Galard et Fils’ fl-1889. L-erba’ angli ta’ ma’ din l-istatwa huma xoghol l-istess fabrika u kienu saru xi sena wara. Kemm l-angli u kemm il-pedistall, ma narawhomx hawn ghax fin-nicca ma jidhlux. Narawhom imma fl-okkazjoni tal-festa li ssirlu fl-1 ta’Mejju; dari kienet issir fit-tielet Hadd fuq l-Ghid. Fl-okkazjoni tal-festa ssir il-purcissjoni bil-vara. L-istatwa giet indurata kif narawha llum fl-1974.


Qabel nohorgu minn din il-koppletta naraw xi tghid il-lapida li hemm ‘il fuq mill-arkatura tad-dahla li fiha hemm il-fonti: O quam Metuendus Est Locus iste, Vere Non Est Hic Aliud Nisi Domus Dei. Huwa kliem mehud mil-liturgija li bhall-kliem tal-lapida pariggha tal-koppletta l-ohra jfakkarna: ‘Kemm hu tal-biza’ dan il-post’ u jzid jghidilna li post bhal dan m’hemmx iehor ghajr id-Dar t’Alla.


Dan il-kliem, iktar milli jbezzghana minn Alla, irid iwissina sabiex fid-dar ta’ Alla ngibu ruhna dejjem kif jixraq.


Riferenzi

  1. Storja ta’ Malta, P.P.Castagna, pg.106, 110, 111.
  2. Musta, Its Memories and Charms, Rev. Edgar W. Salomone – 1911, pg. 13 u 26.
  3. Storja tal-Mosta migbura minn E.B.Vella u Ohrajn 1972, pg 182,202,203,214,451,452.
  4. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali, Rob. Mifsud Bonnici 1960, pg. 179, 180.
  5. Il-Mosta Nru. 20 – Ix-xoghlijiet ta’ Vincenzo Apap li ghandna fil-Knisja Arcipretali taghna, Joseph Borg, Gunju/Lulju 1968.
  6. Il-Mosta Nru. 81 – Opri sbieh li ghandha l-Knisja Arcipretali Taghna, Joseph Borg.
  7. Il-Mosta Nru. 90 – Statwi meqjumin fil-knisja Arcipretali – San Guzepp, Joseph Borg, April/Mejju/Gunju 1980.
  8. Treasures of Malta – Easter 2000 No. 17 – Old Church Organ in Malta and Gozo, Dr Hugo Agius Muscat, pagna 42.
  9. Marian Devotions in the Islands of St. Paul (1600-1800), Mgr Vincent Borg 1983, pagna 301.
  10. Hajr lil Dun Salv Magro ta’ xi taghrif li ghaddieli dwar l-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju u dik ta’ fuq il-Fonti tal-Maghmudija, migbur minn manuskritti qodma mizmumin fl-Arkivju tal-Knisja Arcipretali tal-Mosta.