The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (1): Il-kor tar-Rotunda

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Mejju – Awissu 2000


Mons. Anton MuscatIl-kor tar-Rotunda.

(p.8) Daqqa t’ghajn mill-isbah joffri l-Kor tal-Knisja Arcipretali taghna, merfugh ‘l fuq mill-bqija tal-paviment tal-knisja b’hames targiet li jidhlu u johrogu ‘l barra quddiem l-artal maggur bi hlewwa liema bhalha. Il-presbiterju huwa maghluq b’kancell ta’ rham fin griz fuq disinn serju u awster tal-Professur Nicola Zammit. Dan huwa mzejjen f’panewijiet b’xoghol ta’ hadid mill-ifjen. Il-kancell kien hallas ghalih il-qassis Mosti Dun Guzepp Mamo.


Semplici wkoll fid-disinn u ghani fl-irhamijiet imma daqstant iehor imponenti fil-qisien huwa l-artal maggur li sar fl-1871 minn mghallmin Sqallin. Sabih ukoll id-disinn u fin tal-irham tal-paviment tal-presbiterju u l-kor li sar fl-1906 fuq disinn tas-Sur Rafel Caruana Dingli. Izejnu l-presbiterju hemm l-istatwi ta’ rham abjad fin ta’ l-Evangelisti San Gwann u San Luqa, li saru fl-1911 mill-iskultur Sebastiano Spampinato u li hallas ghalihom il-Prokuratur Dun Ang Camilleri. Fuq lapida f’nofs il-Kor jidhru l-ismijiet tal-qassisin ta’ dak iz-zmien li hallsu parti mill-ispejjez tal-paviment tal-kor.


Ghal fuq il-presbiterju saru fi zmienna, bl-inizjattiva ta’ l-Arcipriet prezenti Dun Joe Carabott l-artal mejda, l-ambone, is-sedja u z-zewg gradenzini. Kemm id-disinni u kemm il-bronz kollu li jidher izejjen din l-ghamara liturgika post konciljari huma ta’ l-iskultur maghruf Mosti Ganni Bonnici.


Is-Sedji tal-Kor


Fuq iz-zewg nahat tal-kor jidhru erba’ ringili ta’ sedji b’xoghol sabih fl-injam li saru minn gbir pubbliku. Parti minn dawn is-sedji kienu tal-knisja parrokjali l-qadima. Meta nbniet ir-Rotunda, is-sedji kellhom jizdiedu ghax il-kor kien issa itwal izda dawn tkomplew fuq l-istess disinn tas-sedji l-qodma. Minn dawn is-sedji hemm b’kollox 46 u kien hemm zmien meta l-qassisis tal-Mosta kienu jimlew ta’ spiss dawn is-sedji ghas-servizzi divini. Id-diwi tal-kant taghhom akkumpanjat hafna drabi mill-orgni gwapp tal-parrocca taghna kien jimla l-knisja wkoll. Mahdumin tajjeb hafna huma s-sitt ginokkjaturi ta’ l-injam li jidhru ghal nofs il-kor.


L-Arkangli tal-Kor


‘Il fuq mill-injam tal-Kor jidhru l-figuri ta’ sitt arkangli, tlieta kull naha. Dawn huma xoghol ‘a stucco’ tal-maghruf skultur Malti Vincent Apap u saru fuq sebghin sena ilu minflok sitta ohra li kienu tal-kartapesta. Man-naha ta’ l-Epistola naraw lil Gabriel, Iehudiel u Uriel filwaqt li man-naha ta’ l-Evangelju naraw lil Raphael, Sealtiel u Barakiel. Dawn huma x-xbihat ta’ sitta mis-‘Seba’ Spirti jew Angli li skont l-Apokalissi ta’ San Gwann jinsabu madwar it-Tron t’Alla.


Dawn is-Seba Spirti jissejhu wkoll ‘L-Ghajnejn t’Alla u l-imsiebah tieghu’. Xi ghorrief izidu li dawn ‘l-Ghajnejn t’Alla’ ma jistghux ma jkunux ghalina ghajr is-Seba’ Sagramenti. Ghalhekk jghidu li San Mikiel jiehu hsieb l-Ewkaristija, Gabriel il-Maghmudija, Rafel id-Dilka tal-Morda, Uriel il-Grizma ta’ l-Isqof, Jehudijiel il-Qrar, Sealtijiel l-Ordni Sagri u Barakjiel iz-Zwieg. Fil-kor hemm nieqes San Mikiel. Darba kien hemm il-hsieb li f’nofs il-kor issir l-istatwa tieghu inkorporata ma legiju izda din baqghet ma saritx.


L-Artal tal-Kor


L-artal sabih tal-kor imzejjen b’mazzaturi tal-bronz, kien l-artal maggur tal-knisja parrokjali l-qadima. Dan kien sar fl-1682. Fuq il-bieba tat-tabernaklu tieghu hemm pittura ckejkna imma mhix tas-soltu tal-Qalb ta’ Gesu. Din il-pittura tfakkrek fix-xoghlijiet ta’ Rokku Buhagiar. Imma jekk dan hu hekk, qabel din il-bieba kien hemm ohra, ghax meta sar l-artal Rokku Buhagiar (1725-1805) kien ghadu ma twelidx. Intant meta missirijietna lestew ir-Rotunda dritt hasbu biex iwaqqfu fiha dan l-artal. Nafu li l-ewwel quddiesa fir-Rotunda saret fuq dan l-artal mill-Monsinjur Mosti Mikiel Ang Mifsud li kien ukoll Vigarju Generali.


L-Organetti


Fuq iz-zewg nahat tal-kwadru titulari taht zewg arkaturi u b’zewg linef tal-kristall quddiem naraw il-prospettivi, disinn ta’ Gronget, wahda ta’ l-orgni z-zghir u l-ohra tal-finta. Wara l-prospettiva tan-naha ta’ l-Evangelju hemm l-orgni z-zghir li llum hasra li ma ghadux jindaqq. Kien hadmu b’xejn fl-1933 il-qassis Mosti Dun Pawlinu Mifsud, iben Pietru Pawl li kien mastrudaxxa gwapp. Kienu jdoqquh fil-gimghat tar-Randan u niftakarhom idoqquh meta kienu qed jirrangaw l-orgni l-kbir madwar 50 sena ilu.


San Pacifiku


‘Il fuq mill-artal tal-kor u taht il-kwadru ta’ Santa Maria hemm in-nicca bl-ghadam tal-gisem shih tal-Martri San Pacifiku. Il-korp sant tal-qaddis huwa mlibbes bi lbies ghani tal-lama u b’tazza tad-demm hdejn saqajh. F’idu l-wahda jzomm il-palma u bl-ohra ‘l Gesu Kurcifiss. Il-fdalijiet ta’ dan il-qaddis kienu gew maqlugha mic-Cimiterju ta’ Prixilla f’Ruma fejn kien hemm midfunin papiet tal-bidu, nobbli u martri ohra. Fl-1783 bit-thabrik tal-kappillan Dun Salv Saver Bonnici, gie moghti lill-parrocca taghna li fiha baqa’ meqjum sal-lum. Fl-imghoddi izjed millum il-festa tieghu kienet tkun tabilhaqq wahda solenni.


Il-kwadru titulari


Jiddomina l-kor u b’seba’ lampieri tal-fidda jixeghlu quddiemu, hemm il-kwadru titulari tal-Vergni Maria Assunta li sar b’legat imholli mill-qassis Mosti Dun Gakbu Chetcuti fl-1678. Minn dejjem kien maghdud bhala xoghol mill-isbah tal-pittur Pasquale Buhagiar li dwaru ftit li xejn nafu. Il-kwadru juri t-Tlugh fis-Sema ta’ Ommna Maria bil-qieghda fuq is-shab u mdawra bl-angli. Madwar il-qabar vojt taghha jidhru l-Appostli ewlenin foshom San Pietru u San Pawl.


Fl-1827 kien gie restawrat mill-pittur Guzeppi Hyzler. Ghall-habta ta’ l-1864, qabel ma ddahhal fir-Rotunda, gie mkabbar min-naha ta’ fuq u restawrat mill-gdid mill-pittur Salvatore Barbara. L-ahhar li gie restawrat kien mis-Sur Maurice Cordina fl-1975 ftit qabel l-Inkurazzjoni.


Fl-10 ta’ Awissu 1975 b’digriet tal-Papa Pawlu VI tat-12 ta’ Dicembru 1973 il-kwadru kien gie inkurunat sollennament mill-Arcisqof Gonzi f’isem u bl-awtorita tal-Papa Pawlu VI. Din il-grajja ghaziza sehhet sewwa sew 25 sena ilu fuq iz-zuntier tar-Rotunda fost festi kbar u memorabbli.


L-Abside tal-Kor


Tinkuruna l-kor kollu hemm l-abside jew l-arzella. Il-pittura taghha hi xoghol mill-isbah tal-pittur wisq maghruf Giuseppe Cali li pittirha fl-1880. Hawn Cali tana dehra mill-isbah tal-genna bit-Trinita Qaddisa lesta biex tinkuruna ‘l-Madonna li tidher tielgha s-Sema mill-kwadru titulari. Sabiha l-qatgha angli li tidher tittajjar ferhana wara Kristu. Fuq naha naraw jilqghu lill-Madonna lil San Guzepp, David u Mose. Fuq in-naha l-ohra jidhru z-zewg profeti li f’hajjithom kienu raw biss lil-Madonna fix-xbiha ta’ shaba tielgha mill-bahar u issa qedghin jarawha tassew tielgha s-Sema bir-ruh u bil-gisem. L-anglu li jidher jinfed b’sejf ras is-serpent huwa allegorija tar-rebha kbira li kellha Maria fuq Satana bit-Tlugh taghha fis-sema bir-ruh u bil-gisem.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha, pagni 82,83, 102.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E.B.Vella u ohrajn, Zieda XVI: L-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta, pagni 613-617.
  3. Musta  – Its memories and Charms, Rev. Edgar W Salamone – 1910, pagni 14, 17, 23, 26 u 27
  4. Tifkira ghaziza tas-Sac. Dun Ang Camilleri (ktejjeb) – 1927, pp. X, XI
  5. Giuseppi Cali (1846-1930) – Emmanuel Fiorentino, Louis A.Grasso, p.54
  6. Dizzjunarju Bio-Bibljografiku Nazzjonali – Rob Mifsud Bonnici, p.64
  7. Treasures of Malta – Easter 2000 – No. 17, Old Church organs in Malta and Gozo, Dr Hugo Agius Muscat, p.42.