The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (5): It-tmien pendenti u l-ispazji ta' tahthom

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2001


Lunetta tal-adorazzjoni tal-MagiL-adorazzjoni tal-Magi, wahda mit-8 lunetti, kollha xoghol il-pittur Guzeppi Cali

(p.4) Wara li dorna l-Kor u l-Prespiterju, is-sitt kappelli, il-wesgha ta’ wara l-bieb il-kbir u z-zewg koppletti, nitfghu issa harsitna fuq dawk it-tmien spazji li jigu taht it-tmien pendenti jew lunetti ta’ bejn l-arkaturi l-kbar tal-knisja. Nibdew minn isfel ghal fuq u hekk inkunu, tista’ tghid, ghidna xi haga fuq kull ma ghandna f’din l-ewwel ordni tal-knisja taghna.


Il-Via Sagra


Nibdew bil-Via Sagra. Din kienet saret ghall-knisja parrokjali l-qadima bejn l-1791 u l-1796. L-ewwel zewg stazzjonijiet u l-ahhar tnejn huma xoghol il-pittur Antonio Scerri li ftit li xejn nafu dwaru. L-ghaxar stazzjonijiet l-ohra huma opra tal-maghruf pittur Rokku Buhagiar (c.1725-1805). Il-gwarnici li ghandhom izejnuhom huma bicca xoghol mill-aqwa ta’ l-iskultur Vittorjozan Antonio Agius li hadimhom fuq l-istil barokk ghall-habta ta’ l-1921.


Ma’ dawn l-erbatax il gwarnic ta’ l-istazzjonijiet tal-Via Sagra hemm tnejn ohra li naraw fuq il-Presbiterju. Wara l-gwarnici li ghandu purtiera vjola, jinzammu z-Zjut Imqaddsa tal-Grizma tal-Morda u l-Grizma ta’ l-Isqof. Wara dak li ghandu purtiera hamra jinzammu r-Relikwi Mqaddsa.


Is-slaleb tal-konsagrazzjoni


‘Il fuq mill-istazzjonijet tal-Via Sagra nilmhu s-slaleb tal-Konsagrazzjoni fuq plakki tondi ta’ l-irham b’xoghol fin u sabih fihom imdawrin bi tnax il-kewkba mqabbzin. Dawn kienu saru ghall-Konsagrazzjoni tal-knisja l-qadima li kienet saret fis-7 ta’ April 1774 mill-Isqof Gwanni Pellerano. Wirtithom ir-Rotunda u tpoggew f’posthom fl-okkazjoni tal-Konsagrazzjoni taghha nhar il-15 ta’ Ottubru, 1871, u hekk bqajna ngawduhom sal-lum.

Skont ir-rit tal-konsagrazzjoni tal-knejjes, l-Isqof Gaetano Pace Forno kien ghamel fuqhom is-sinjal tas-salib biz-zejt imqaddes. Ta’ kull sena ghalhekk, fil-festa tal-Konsagrazzjoni tinxteghel xemgha quddiemhom u jigu wkoll incensati. Dawn it-tnax-il salib forma ta’ salib Grieg ifakkruna fit-tnax-l Appostlu li kienu s-sisien tal-Knisja ta’ Kristu.


Il-konfessjonarji


F’din il-parti tal-knisja, sewwa sew fil-wesghat ta’ bejn il-kappelli, niltaqghu ma’ erbgha mis-seba’ konfessjonarji li naraw fir-Rotunda.


Ahna l-Mostin nafuhom bhala s-sageg tal-Qrar. Tlieta minnhom insibuhom fil-kappelli tar-Ruzarju, ta’ San Pawl u ta’ San Guzepp. Fuq tnejn minnhom tidher is-sena 1881 u l-isem Mikiel Casha, l-imghallem li hadimhom. Dawn is-sageg li ghandna jaghmlu tassew gieh lil min hadimhom ghax huma xoghol mill-ifjen u ghamara denja tal-knisja taghna.


It-tmien kwadri bil-hajja tal-Madonna


Il-kwadru tat-thabbira tal-MulejIt-thabbira tal-Mulej, xoghol tal-pittur Guzeppi Cali. Dawn il-kwadri nsibuhom bhala l-istorja tal-Madonna.

Bejn l-antifiss ta’ fuq il-bibien f’dawn it-tmien wesghat u l-bizzilletta li tghaddi taht l-arkitrav f’din l-ewwel ordni tal-knisja naraw tmien kwadri zghar. Dawn juru xeni mill-hajja tal-Madonna. Fostna huma maghrufin bhala ‘L-Istorja.’ Dari ghall-festa ta’ Santa Marija kienu jzejnuhom b’erbgha xemghat quddiemhom imwahhlin f’bokkini hergin mill-antifissi ta’ tahthom. Illum dan it-tizjin ghadu jsir biss ghall-Milied.


Mix-xellug ghal-lemin ta’ kif inharsu lejhom, dawn it-tmien kwadri juruna: Il-Madonna mhabbra mill-Profeti, il-Kuncizzjoni Immakulata, it-Twelid ta’ Marija, il-Prezentazzjoni Taghha fit-Tempju, Marija Mhabbra mill-Anglu, iz-zjara ta’ Marija lil Elizabetta, il-Purifikazzjoni Taghha fit-Tempju u fl-ahharnett il-Mewt tal-Madonna.


Sitta minn dawn il-kwadri huma xoghol tal-pittur Raffaele Caruana filwaqt li tnejm minnhom, dak tat-Tahbira ta’ l-Anglu u l-iehor taz-Zjara lil Elizabetta, huma ta’ Giuseppi Cali. Dawn il-kwadri kienu saru ghall-habta ta’ bejn l-1882 u l-1883.


Il-lunetti


L-Adorazzjoni tal-Magi, wahda minn tmien lunetti, kollha xoghol il-pittur Giuseppe Cali


Nitfghu issa harsitna’l fuq izjed, fl-ispazju ta’ bejn l-arkaturi l-kbar tal-knisja. Hawn naraw it-tmien pendenti kbar li ahna nsejhulhom il-lunetti. Dan huma opra tassew grandjuza tal-wisq maghruf Giuseppe Cali. Barra li juruna l-hila ta’ dan il-pittur kbir Malti, jaghtu lir-Rotunda taghna dehra bil-wisq ghanja u sabiha. Kienu swew biss hamsa u ghoxrin lira ‘l wahda.


Il-flus ghal din l-opra kienu gew imhollija mill-ewwel Arcipriet li kellha r-Rotunda, is-Senglean Dr. Dun Pawl Xuereb. Bir-ragun kollu l-arma tieghu tidher fuq il-lunetta tar-Rezurrezzjoni. Tpittru bejn l-1900 u l-1903 u wara 100 sena ghadna ngawdu s-sbuhija originali il biha pittirhom il-Cali.


(p.6) Kull lunetta hija maqsuma b’sengha kbira fi tnejn. Fil-parti ta’ fuq naraw xena mill-Hajja ta’ Kristu filwaqt li fil-parti t’isfel jidher bil-qieghda dak il-profeta li kien b’xi mod habbar dwar dik il-grajja li tidher impittra fuqu. Jarga’, ma kull profeta fuq sfond qisu muzajk tad-deheb, naraw pittura dekorattiva li turi zewgt irjus ta’ kerubini, b’erba’ gwienah kull wiehed.


Xeni mill-hajja ta’ Kristu


Nibdew bl-ewwel lunetta li tidher fuq ix-xellug taghna ta’ kif inharsu. Din turi t-Twelid ta’ Kristu minn Marija Vergni bir-raghajja ta’ Betlem madwar il-maxtura tal-Bambin u bil-Profeta Isaija jhabbar b’qawwa din il-grajja kbira.


Fit-tieni lunetta naraw lill-Magi joffru r-rigali taghhom lil Gesu Tarbija li jidher f’hogor il-Vergni Marija. Taht jidher il-profeta Sultan David ihares imghaggeb lejn din il-grajja.


It-tielet lunetta turina l-figura simpatika tat-tfajjel Gesu, issa ta’ tnax-il sena, jiddisputa mad-dutturi fit-tempju ta’ Gerusalem. Dwar din il-grajja jidher li qed jahseb il-Profeta Goel li narawh migbur fih innifsu, fin-naha t’isfel tal-lunetta.


Ir-raba’ lunetta turina ‘l Kristu b’idejh miftuha mdawwar bl-Appostli jisimghu b’attenzjoni t-taghlim tieghu. Taht din ix-xena jidher il-Profeta Geremija b’harstu ‘l fuq u f’pozizzjoni bhal ta’ wiehed qed jitlob kollu hegga.


Il-hames lunetta ggibilna quddiem ghajnejna l-Madalena kollha niedma, mixhuta fl-art quddiem Gesu, lesta biex tahsillu saqajh u tixxuttahomlu b’xagharha. Taht nilmhu lis-Sultan Salamun b’idu wahda fuq ktieb u l-ohra merfugha ‘l fuq bhal wiehed li qed jghallem.


Fis-sitt lunetta jidher Kristu mdawwar b’folla ta’ nies qed iqajjem mill-mewt iben l-armla ta’ Najm. Taht din ix-xena jidher il-Profeta Ezekjel ihares ‘il fuq f’kontemplazzjoni profonda.


Is-seba’ lunetta turina d-dahla trijonfali ta’ Kristu f’Gerusalem riekeb fuq felu, nhar l-ewwel Hadd il-Palm. Taht din id-dehra naraw lill-Profeta Zakkarija jurina b’sebghu u kollu hlewwa din ix-xena sabiha.


L-ahhar lunetta turina l-Qawmien Glorjuz ta’ Kristu mill-Mewt. Wiccu jiddi bil-glorja tad-divinita. Imwaqqghin fl-art jidhru s-suldati mbezzghin. Fil-parti t’isfel ta’ din it-tmien lunetta nilmhu lill-Profeta Sofonija b’idejh miftuhin, ferhan u mghaggeb ghal grajja ta’ l-ghageb li tfakkarna fiha x-xena li tidher fuqu


‘Il fuq mit-tmien pendenti jghaddi l-gwarnicun arkitrovali u hekk taghlaq id-dawra taghna f’din l-ewwel ordni tar-Rotunda taghna l-Mostin.


Riferenzi

  1. It-taghrif dwar il-Via Sagra jinsab f’manuskritti qodma fl-Arkivju tal-Knisja u kien ghaddihuli Dun Salv Magro, eks prokuratur tal-knisja taghna.
  2. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali, Rob. Mifsud Bonnici, p. 64.
  3. Storja ta’ Malta, P.P. Castagna 1869, p.116
  4. Storja tal-Mosta migbura minn E.B.Vella u Ohrajn 1972, pg. 101, 102, 216.
  5. Il-Mosta Nru. 37, Il-Kwadri tal-Via Sagra li hemm fil-Knisja Arcipretali – Taghrif Storiku Dwarhom, Joseph Borg, April/Mejju 1971.
  6. Ktejjeb mahrug mill-Filarmonika Santa Marija Mosta 1995, Il-kwadri ta’ l-Istorja tal-Madonna fir-Rotunda, Joseph Borg.
  7. Giuseppe Cali 1846-1930, Emmanuel Fiorention, Louis A. Grasso – pagni 64, 64.
  8. Musta, Its Memories and Charms, Rev. Edgar W. Salomone – 1911, p. 26.