The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (7): Fis-Sagristija tan-naha tal-Kappella tal-Kurcifiss

minn Joseph Borg


Il-Mosta: April – Awissu 2002


Pitturi fis-sagristija tar-RotundaFuq il-kaxxarizzi wirt il-knisja l-Qadima hemm il-pitturi ta' San Filippu Neri, San Lawrenz, San Kosma u San Damjan, fin-nofs fl-gholi tal-Missier Etern, taht tad-Duluri, u l-kurcifiss tal-altar maggur fi zmien ir-Randan

(p.4) Iz-2 sagristijiet li ghandha r-Rotunda, flimkien mal-kuritur li jghaqqadhom, jigbru fihom storja u arti; storja tal-Parrocca Mostija, imhallta  hafna drabi bl-arti ta’ artisti Maltin maghrufin u ohrajn inqas maghrufin. Il-kwadri u l-istatwi li naraw, ix-xogholijiet fl-injam u fil-fidda, dokumenti u pjanti; kif ukoll paramenti sagri, ilkoll ghandhom l-istorja taghhom x’jghidulna. Huma 2 sagristijiet kbar u arjuzi li ghadhom fl-istat originali taghhom ta’ meta  nbnew ghax ghadhom gebla.


Mill-Kappella tal-Kurcifiss nidhlu fl-ewwel sagristija. Hawn jitfaccaw dritt quddiemna l-kaxxarizzi b’xoghol sabih fl-injam li darba kienu tal-knisja parrokjali l-qadima. Fuqhom jiddomina l-kurcifiss wisq artistiku ta’ l-injam t’artist mhux maghruf, dak li naraw fuq l-altar maggur fi zmien ir-Randan. Dan il-kurcifiss kien mizbugh b’sengha kbira mill-pittur Guze Briffa. Fil-gholi, sewwa sew fuqu, jidher il-kwadru tal-Missier Etern, maghdud bhala xoghol ta’ Stefano Erardi, kwadru li postu fil-knisja l-qadima kien fuq il-kwadru titulari ta’ l-Assunta.


Taht il-Kurcifiss, go gwarnic imzejjen bi skultura dekorattiva, tidher ix-xbiha ta’ l-Addolorata  ta’ Stefano Erardi. Tnejn kull naha, hemm il-kwadri tawwalin tal-qaddisin San Filippu Neri (mhux San Stiefnu, errata  corrige fil-harga ta’ wara) u San Lawrenz u San Kosma u San Damjan, kwadri li kellhom posthom fil-knisja l-qadima u li huma wkoll xoghol ta’ l-imsemmi Stefano Erardi.


Kapillani u Arciprieti


Pitturi ta' kappillani u arciprieti tal-MostaPitturi fis-sagristija tal-Qassisin. Fil-hajt faccata jidhru l-pitturi tal-Kappillani Dun Gwann Ang Sammut, Felic Calleja, Gammari Schembri u Frangisk Camilleri, tahthom l-Arciprieti Dun Girgor Borg, Karm Sciberras, Pawlu Galea u Bartolmew Bezzina (kollha Mostin ghajr Felic u Bartilmew). Il-kwadru ovali xellug tal-Madonna tal-Karmnu (dan kien gie regalat lill-knisja mill-Markiza Carmela Scicluna li ghamlet il-fondazzjoni tal-Erbghat tal-Udjenza, sar Ruma, u Guzeppi Cali kien ta’ spiss joqghod ihares lejn il-gmiel tieghu - sors: Il-Mosta Settembru – Dicembru 1981, pg.1), l-ovali l-iehor ta' San Kalcedonju (jew Pankrazju?) u fuq il-lemin Sant'Anna mal-Madonna zghira, b'tahta tidher il-karlotta tal-Papa Piju XII (li pproklama d-Domma tal-Assunzjoni fl-1950) u l-abbozz ta' Cali ta' Santu Wistin ghall-kwadru laterali fil-kappellun tac-Cintura. Mal-hajt tal-genb jidhru taht il-prokuratur Dun Ang Camilleri u fuqu il-Kanonku Kapitulari Mons. Dun Guzepp Chetcuti.
Aktar pitturi fis-sagristija tal-MostaAktar pitturi fis-sagristija tal-Qassisin tal-Arciprieti Dr. Dun Pawl Xuereb, Gwann Sarreo u Pawl Mallia, taht ta' Joe Carabott u Marius Tong. Tahtom pittura ta' San Gwann l-Evangelista, tal-perit Grognet u l-pjanti tar-Rotunda. Dokumenti ta' San Pacifku u tal-Inkurunazzjoni u pittura tal-knisja l-Qadima tefghuhom faccata.

Fuq ix-xellug tal-faccata  ta’ fejn hemm il-kurcifiss u l-kaxxarizzi, jidhru l-kwadri ta’ xi whud mill-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca taghna. L-ewwel wiehed li naraw huwa dak tal-Kappillan Mosti tal-Knisja l-qadima Dun Gwann Anglu Sammut (1742-1758). Magenbu naraw il-kwadri tal-Kappillani fundaturi tar-Rotunda; dak tal-Kappillan Dun Felic Calleja tal-pittur P.P. Caruana u l-iehor tal-Kappillan Dun Gammari Schembri tal-pittur G. Galluci. Hdejn il-Kappillan Schembri hemm il-kwadru tal-Kappillan Dun Frangisk Camilleri. Naraw imbaghad dak ta’ l-ewwel Arcipriet li kellha l-Mosta Dr. Dun Pawl Xuereb, pittura ta’ Lazzaro Pisani. Magenbu jidher l-Arcipriet Dun Gwann Sarreo u hdejh l-Arcipriet Dun Pawl Mallia.


Wara dan naraw lill-Arcipriet Dun Girgor Borg, xoghol tal-pittur Guze Briffa. Il-kwadru ta’ l-Arcipriet Dun Karm Sciberras huwa tal-pittur Giglio filwaqt li dak li juri lil-Arcipriet Dun Pawl Galea huwa xoghol tal-Professur taljan Mario Caffaro Rore ta’ Turin. Dejjem fuq din il-faccata  naraw imbaghad lapida ta’ l-irham bl-ismijiet kollha tal-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Mosta sa mill-bidu tat-twaqqif taghha.


Fil-parti t’isfel ta’ din il-faccata  wiehed jara kwadru ovali u wisq sabih tal-Madonna tal-Karmnu u iehor ovali wkoll tal-Martirju ta’ San Kalcidonju, xoghol iehor artistiku ta’ madwar nofs is-seklu 18 li jidher li hu ta’ Francesco Zahra. Fil-qrib tidher ix-xbiha ta’ Sant’Anna, tahta  karlotta  tal-Papa Piju XII u izjed ‘l isfel abbozz zghir ta’ Giuseppe Cali li juri l-mewt ta’ Santu Wistin.


Ma nistghux ma nsemmux iz-2 pjanti grandjuzi u originali tar-Rotunda, xoghol ta’ l-arkitett inginier Gorg Gronget de Vasse u qribhom naraw ukoll il-pittura tieghu. Kwadru ckejken fid-daqs imma kbir fl-arti, li naraw ma din in-naha huwa dak ta’ San Gwann l-Evangelista, maghdud bhala xoghol ta’ Francesco Zahra.


Fuq il-lemin tal-pjanti tal-knisja naraw id-dokumenti konnessi ma l-Inkurunazzjoni tal-kwadru tal-Vergni Marija Assunta mill-Vatikan fi zmien il-Papa Pawlu VI li jfakkruna fil-grajja hekk memorabbli u ghaziza ghalina l-Maltin. Fuq ix-xellug tidher litografija tar-Rotunda u tahtha d-dokument li juri l-awtenticita  tar-Relikwija shiha ta’ San Pacifiku Martri, meqjum fostna sa mill-1783.


In-naha ta’ fejn hemm in-nicca tar-Redentur


Aktar pitturi fis-sagristijaPitturi ta' Santa Katerina, Papa Piju XII, u lemin fuq tal-Kuncizzjoni, tahta tal-Kavallier C. Dimech u tahtnett tal-Madonna tad-dawl.

Ma din il-faccata  fil-gholi, fuq ix-xellug ta’ kif inharsu, naraw kwadru kbir li juri l-gherusija mistika ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra, xoghol ta’ Stefano Erardi. Taht dan il-kwadru hemm illum ix-xbiha ta’ l-Immakulata  Kuncizzjoni ta’ artist mhux maghruf.


‘Il fuq f’nofs din il-faccata  hemm il-kwadru tal-Papa Piju XII ta’ Guzeppi Fiorentino, li sar biex ifakkar lil dan il-Papa kbir li ghamel id-Domma ta’ l-Assunta. Tahtu hemm in-nicca bl-istatwa devota  u wisq artistika tar-Redentur li saret fl-1869 minn Karlu Darmanin. Tahtu, fl-istess nicca, jidher espost il-ventartal tal-metall fin li jintrama fil-festa  fl-artal tal-Kurcifiss. Dan fih 3 panewijiet li juru l-Haruf Divin, is-sejha tas-Salib Imqaddes u l-Ezaltazzjoni Tieghu.


Ma din in-naha naraw ukoll pittura xoghol tal-Professur Guze Briffa li turi l-benefattur kbir tar-Rotunda s-Sur Karm Dimech P.E.P. tahtu hemm il-kwadru kbir tal-Madonna tad-Dawl li kien ivvenerat fil-knisja parrokjali l-qadima sewwa sew fuq l-artal ta’ San Pawl. Dan il-kwadru, li huwa xoghol tas-seklu XVIII, baqa’ bla mittiefes f’nirien li kienu qabdu fil-kamra ta’ hdejn il-‘lavabo’ fil-lejl ta’ Santa Marija ta’ l-1924. Hekk tghid l-iskrizzjoni li ghandu tahtu.


Man-naha ta' fejn hemm l-artal ta’ Santa Filomena


Il-kappella ta' Santa FilomentaIl-kappella ta' Santa Filomenta fis-sagristija.

Ic-centru ta’ din ir-raba’ faccata  tas-sagristija hija l-kappella ckejkna b’artal fiha ddedikat lil Santa Filomena Vergni u Martri. Il-kwadru ta’ din il-qaddisa li kienet ferm popolari ghall-habta  ta’ meta  kienet qed tinbena r-Rotunda huwa xoghol ta’ Salvatore Barbara.


Maz-zewgt ignub ta’ dan il-kwadru ta’ Santa Filomena, naraw 4 relikwarji, forma ta’ kwadri, mimlijin b’diversi relikwi tal-Qaddisin u mzejnin b’xoghlijiet sbieh ta’ ganutell.


F’nofs il-hitan taz-zewgt ignub ta’ din il-kappella, hemm 2 kwadri zghar ovali li juru (p.6) lil San Injazju ta’ Loyola u lil San Frangisk Saverju. Dawn ukoll kienu tal-knisja l-qadima imma ma nafux xoghol minn huma. Fuq l-iskannell tal-prima ta’ l-artal naraw kwadru ckejken ovali ta’ San Pawl Missierna. F’dak li hu armar, il-kappella u l-artal ma jonqoshom xejn u dan nistghu narawh fl-okkazjoni tal-festa  ta’ Santa Marija.


Fil-gholi, fuq kull naha ta’ l-arkatura ta’ din il-kappella, jidhru l-kwadri ta’ l-ahwa Monsinjuri Mostin, Mons. Glormu Chetcuti u Mons. Guzeppi Chetcuti, Professur tat-Teologija Morali fl-Universita  ta’ Malta. Ta’ minn ifakkar li dawn iz-2 Monsijuri kellhom 2 huthom ohra qassisin.


Fuq il-bieb li jaghti ghall-knisja, hemm il-kwadru ta’ Dun Guzepp Mamo. Dan kien il-benefattur tal-kancell ta’ l-irham griz u fin tal-presbiterju fuq id-disinn tal-Professur Nikola Zammit u kien hallas wkoll sabiex isiru Ezercizzi Spiritwali specjali. Fuq il-bieb li jaghti ghal fuq il-presbiterju naraw fl-ahharnett il-kwadru li jfakkar lil eks-prokuratur tar-Rotunda Dun Ang Camilleri. Dan il-qassis Zabbari ghammar lill-knisja taghna b’bosta  opri sbieh fosthom il-paviment, il-baldakkin, il-linef tal-kristall u l-lampier il-prim tal-fidda, opri li ghadna ngawdu sallum, kemm matul is-sena kif ukoll fl-okkazjoni tal-festa wisq ghaziza ghalina ta’ Santa Marija.


Mill-gholi ta’ nofs is-saqaf troll ta’ din is-sagristija hemm imdendla linfa sabiha tal-kristall. Din tigi sewwa sew fuq il-bankun kbir li jimla lil din is-sagristija. Fih jintrefghu bosta  mill-paramenti sagri li ghandha l-knisja fosthom il-baldakkin il-prim. Hawn jintrefghu wkoll is-7 kapep irrakmati bid-deheb li jintuzaw fil-festa ta’ Santa Marija.


Il-Kuritur li jghaqqad is-sagristijiet


Mis-sagristija ta’ fejn jilbsu l-qassisin nidhlu fil-kuritur u dritt fuq il-lemin taghna niltaqghu mal-kamra tal-‘Lavabo’ fejn naraw l-istatwa sabiha ta’ Mose. Din l-istatwa tar-rham abjad kienet ingiebet mill-Italja madwar 75 sena ilu flimkien mal-vaska ta’ rham griz skur li ghandha tahtha. Sewwa sew quddiem il-‘Lavabo’ naraw lapida kbira ta’ l-irham b’kitba Latina fuqha. Din tfakkar lit-tabib maghruf Mosti Tumas Chetcuti li f’hajtu ghamel gieh kbir lill-Mosta. Izzejjen din il-lapida tidher l-arma ta’ kunjomu.


Hemm imbaghad il-kamra msejha tas-sagristan li go fiha kien sar il-hruq kbir ta’ nhar Santa Marija ta’ l-1924. F’nofs il-kuritur hemm il-kamra tal-gallarija, li kienet fl-imghoddi aktar milli hi llum riservata  ghall-qassisin.


Quddiem il-kamra tal-gallarija hemm il-lapida storika li darba kienet imwahhla mal-faccata  tal-knisja l-qadima. Din kienet saret b’tifkira tal-Konsagrazzjoni ta’ dik il-knisja li kellna li skont ma tghid din l-istess lapida sehhet nhar is-7 t’April 1774. Fil-quccata  tal-lapida tidher l-arma ta’ l-Isqof Pellerano li kkonsagra l-knisja l-qadima. Flimkien ma l-arma ta’ l-Isqof tidher dik tal-Gran Mastru Pinto li fi zmienu Pellerano kien gie maghzul bhala Isqof ta’ Malta.


Dejjem fuq il-lemin taghna hemm fl-ahharnett it-tezor, jew il-kamra fejn jinzammu hafna mill-fided u xi tezori ohra li ghandha l-knisja taghna.


Sewwa sew fuq il-kuritur li ghaddejna minnu hemm iehor fuqu bi kmamar ohra li jahbtu fuq dawk li diga semmejna. Kamra li ghadha tissemma hija dik ta’ l-Arkivju tal-Knisja fejn jinzammu bosta  mid-dokumenti li ghandha l-Knisja Arcipretali u fejn hemm ukoll xi pjanti u disinji. Din tahbat ezatt fuq il-kamra tal-‘lavabo’. Fil-kmamar ta’ dan il-kuritur ta’ fuq jinzamm xi armar li ghandha l-knisja. Izjed ‘il fuq hemm il-kmamar imsejhin tal-Gimgha l-Kbira, ghax fihom jinzammu l-aktar affarijiet li naraw f’din il-festa.


Fuqnett, fuq iz-2 sagristijiet, hemm sala spazjuza li kienet inbniet fl-1969 meta nbena l-frontispizju tal-faccata ta’ wara tal-knisja. F’din is-sala, fost hwejjeg ohra, wiehed jista' jara set ta’ kwadri sbieh imhollija lill-knisja taghna mill-ahwa Markizi Mallia Tabone.


Wiehed jittama li darba ohra naraw x’toffrilna s-sagristija l-ohra li hafna ghadhom jafuha bhala s-sagristija l-qadima, imma li fi zmienna hija maghrufa bhala dik ta’ fejn hemm il-bomba.


Riferenzi

  1. Storja ta’ Malta, P.P.Castagna 1869.
  2. Musta – Its memories and Charms, Rev. Edgar W Salamone – 1910.
  3. Tifkira ghaziza tas-Sac. Dun Ang Camilleri (ktejjeb) – 1927
  4. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha, E.B.Vella – 1930
  5. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha migbura minn E.B.Vella u ohrajn – 1972.
  6. Hajr ukoll lil Dun Salv Magro ta’ xi taghrif li gabar mill-Arkivju tal-Knisja Arcipretali u li ghogbu jghaddili matul is-snin.