The Mosta Archives Banner

Harsa Folklorista lejn il-Funerali

minn Stanley Mangion


Il-Mosta: Jannar – Marzu 1993


Karru tal-mejtin fl-antikEzempju tallum ta' kif kien kien ikun karru tal-mejtin fl-imghoddi.

(p.14) Il-mewt dejjem halliet impatt kbir fuq il-bniedem. Il-bniedem dejjem ried jesprimi l-imhabba, il-hegga u fuq kollox ir-rispett lejn dak jew dik il-persuna li tkun halliet dan il-wied tad-dmugh.


L-ewwel xhieda ta’ rispett lejn il-mejjet hu propju l-funeral jew ahjar dik il-mixja ahharija li mid-dar jew mill-isptar tiehdok ghal taht it-trab. Fl-antik, iktar ma l-funeral ikun sollenni, iktar jidher kbir ir-rispett lejn il-mejjet, ghall-inqas mill-qoxra ta’ barra. Kienu jikru bekkejja.


Dawn il-bekkejja kienu jkunu nisa mhallsin apposta biex waqt il-funerali u d-difna joqoghdu jibku u jnewhu u jghidu kliem sabih fuq il-mejjet. Kienet ukoll drawwa li wara l-mejjet ikun hemm wiehed jew tnejn jaharqu l-incens. Dari wkoll biex il-funeral ikun aktar sollenni kienu johorgu l-istandardi. Fil-fatt anke fil-knisja taghna l-istandardi, hekk imsejha tal-mejtin, ghadhom jezistu sal-gurnata tallum. Generalment kienu jinkrew minn tliet standardi sa sitta. L-iktar li kienu mfittxija kienu dawk tad-Duluri, Ruzarju u tas-Sagrament. Kienet tkun atmosfera sabiha b’dawk il-bnadar iperpru fost il-kulur iswed tal-viztu u fost il-biki tal-werrieta. Jidher li l-uzanza ta’ l-istandardi nqatghet propju meta bdiet it-tieni gwerra dinjija. Jidher li din il-mizura kienet temporanja, sa ma tghaddi l-gwerra, izda baqghet ma regghetx dahlet id-drawwa ta’ l-istandardi.


Qassisin u Abbatini


Il-funeral ta’ dari kien jiehu wkoll f’kunsiderazzjoni n-numru ta’ qassisin kif ukoll ta’ abbatini li kienu jakkumpanjaw lill-mejjet. Naturalment kemm il-qassisin kif ukoll l-abbatini kien ikollhom hlas jew ahjar elemozina ghall-akkompanjament tal-funerali. Allura kienet issir l-ordni dwar in-numru. Irridu niftakru li f’dawk iz-zminijiet il-vokazzjonijiet kienu numeruzi u abbundanti.


Il-Quddies


Drawwa ohra kienet l-ghadd ta’ quddies li kien ikun iccelebrat. Dari ma kinitx tezisti l-koncelebrazzjoni. Allura kienet issir il-quddiesa hafna drabi kantata fil-maggur u fl-istess hin isir quddies lett fl-altari tal-gnub. Min kien jordna sitta. Min kien jordna tnejn.


Il-Faldrappa


Il-faldrappa kienet dik il-bicca drapp sewda li biha kienu jghattu t-tebut. Naturalment it-tebut kien l-ikbar spiza fil-funeral, kif ghadu sal-lum. It-twiebet bdew isiru anke lussuzi. Bdiet tidher anke l-iskultura u tizjin iehor. Inghiduha kif inhi, il-faldrappa bdiet iddejjaq lin-nies li riedu juru kemm il-mejjet qed jingarr f’tebut tassew sabih. Jidher li tant din l-imbierka ta’ faldrappa dejqet lin-nies li biz-zmien bdiet issir tal-filoxx iswed. Il-filoxx hu drapp trasparenti u mtaqqab li minnu t-tebut facilment jidher. Din id-drawwa llum spiccat ghal kollox.


It-Tubru


It-tubru kien speci ta’ qafas ta’ l-injam imghotti b’faldrappa sewda u kien jitpogga f’nofs il-knisja mdawwar b’erbgha xemghat waqt il-quddies kantat tal-mejtin. Hafna minna ghadhom jiftakru dak it-tubru kbir u maestuz li kien jintrama f’nofs il-knisja fit-2 ta’ Novembru, jum l-erwieh gheziez. Naturalment dak ta’ kuljum kien aktar semplici. Din id-drawwa issa spiccat ghal kollox.


Il-Viztu


Purcissjoni tal-Vjatku qed tirritorna lura l-knisjaRitratt li kien intefa' dan l-ahhar fuq facebook meta konna ghadna biz-zuntier l-antik, cioe ritratt ta' qabel l-1928. Juri purcissjoni tal-Vjatku tirritorna lura l-Knisja wara li kienet harget bis-sagrament biex taghmel l-grizma tal-morda u tqarben lill-moribond li c-cens tieghu fuq din l-art taf kien wasal biex jaghlaqlu.

Mod iehor kif il-qraba kienu juru rispett lejn il-mejjet, mod li ghadu jezisti sallum, hu l-viztu. Il-viztu hi dik id-drawwa li ghandhom il-qraba tal-mejjet li jilbsu lbies iswed. Illum il-viztu hu qasir hafna, gieli ta’ ftit granet biss. Dari l-viztu kien itul is-snin, jiddipendi mill-qrubija tal-mejjet. In-nisa jilbsu l-iswed. Wara fazi ta’ xi snin jidhlu fis-semi viztu jilbsu kuluri grizi jew skuri sa ma bil-mod il-mod ikunu jistghu jilbsu kuluri jghajtu. Hafna drabi tant kien ikun twil il-viztu li kienu jilbsu l-iswed tista’ tghid ghomorhom kollu. L-irgiel kienu jilbsu faxxa sewda mal-qmis jew inkella bhal roqgha sewda fil-qmis ukoll. Il-viztu kien itul aktar fin-nisa milli fl-irgiel. Mid-dehra issa l-viztu qed idejjaq lin-nisa wkoll. Anzi ga bdejna naraw diehla mentalita barranija li ma jintlibisx iswed. Anke l-Knisja tidher li nfatmet mit-tradizzjoni antika ta’ l-iswed u flok l-iswed tuza l-vjola.


Drawwa ohra, illum spiccat ghal kollox, kienet l-uzanza li l-irgiel ma jqaxxrux lehja ghal zmien twil bhala sinjal ta’ viztu u niket. Lehja twila taghti lill-wicc bixra ta’ inkwetat, mifxul u mitluq. Dan kien mod biex il-bniedem juri d-dispjacir tieghu fis-siegha tat-telfa ta’ l-gheziez tieghu. Ohrajn kienu anke juru zdingar fi hwejjighom u fil-mod kif jilbsu biex juru dan in-niket.


In-nar


In-nar jidher li dahal ukoll fil-qalba ta’ l-istorja tal-mejtin. Missirijietna assocjaw in-nar tat-tisjir man-nar tal-Purgatorju. It-tisjir bin-nar kien skoraggit ghall-ahhar mill-qraba li jkun mitilhom xi hadd ghax kienu jemmnu li n-nar tad-dinja kien izid it-tbatija tan-nar tat-tisfija tal-Purgatorju.


Tfal ta’ l-Istituti


Drawwa ohra kienet li ghal hin qabel il-funeral u waqt il-funeral kienu jgibu lis-sorijiet u lit-tfal ta’ l-istituti jitolbu u jakkompanjaw il-mejjet. Il-qraba kienu jaghtu kontribuzzjoni jew elemozina bhala ghajnuna ghall-istituti. Biss din id-drawwa intemmet fis-snin sittin. Hafna kienu kontra din il-prattika ghax kienu ta’ l-opinjoni li din drawwa kienet qieghda zzid problemi psikologici godda ghal dawn it-tfal. Kien ghalhekk li l-Knisja stess, bhala parti mir-riforma ta’ l-istituti, qatghet hesrem din id-drawwa li tant kienet popolari fost in-nies.


Il-Funeral


Karru tal-mejtin fl-antikRitratt li kien ittella' fuq facebook juri funeral bit-twiebet qed jingiebu l-knisja mill-Kappella ta' San Anard. Mill-kummenti tan-nies jidher li dan il-funeral kien ta' zewg Mostin, Giovann Vassallo (Babawwa) u kuginuh Joe Camilleri, li mietu b'incident tat-traffiku fejn il-pont t'Ghan Rihana f'Burmarrad fil-11 t'April 1967, propju jumejn mindu l-Mosta kienet iccelebrat il-25 sena mill-miraklu tal-bomba fuq il-knisja. Jidher fuq quddiem l-Arcipriet ta' dak iz-zmien Dun Bert Bezzina, waqt li fuq il-lemin tieghu hemm Dun Ang Dingli u fuq ix-xellug Dun Guzepp Camilleri (ta' Trilla)

Dari, generalment il-bniedem kien imut id-dar. Biz-zmien bdiet tidhol id-drawwa li l-marid gravi jibaghtuh l-isptar u hafna bdew itemmu hajjithom hemm. Meta kien jigri li xi hadd imut l-isptar, il-mejjet kien jittiehed fil-kappella ta’ San Anard u minn hemm isir il-funeral ghall-knisja parrokjali. Illum din id-drawwa spiccat ukoll. Il-mejjet jieqaf jew ahjar iwaqqfuh quddiem il-knisja u l-funeral isir biss tul il-mixja taz-zuntier. Meta xi hadd imut id-dar il-funeral kien jghaddi mit-triqat imwarrba biex tonqos l-inkonvenjenza ghat-traffiku. Illum anke mid-dar il-mejjet jittiehed bil-karozza saz-zuntier tal-knisja.


Meta dari kienu jmutu l-isptar, il-mejjet kien jitwassal sal-parrocca go karru tal-mejtin misjuq miz-zwiemel. Karru sabih bil-hgieg. Warajh go karozzella jakkompanjaw is-sacerdot u l-abbati. Iz-zwiemel ikunu suwed u bil-pjuni fuq rashom u kienu jimxu b’pass imghaggel. Il-kuccier kien ikun liebes it-tomna u s-surtun. Illum dawn il-karrijiet ghadda zmienhom u posthom haduh il-karozzi.


Il-libsa tal-kefen


Uzanza ohra li qieghda tnin hi wkoll il-libsa tal-kefen. Dari l-libsa tal-kefen fuq in-nisa kienet tkun sewda. Illum qed jintuzaw kuluri bojod u cari. Rigward l-irgiel, dari dawk li kienu fratelli kienu jitkeffnu bil-kunfratija bhala fratelli. Il-muzzetta kienet biss titpogga fuq il-mejjet u wara jaghtuha lir-rettur tal-konfraternita koncernata. Din id-drawwa llum spiccat. Minflok kulhadd jitkeffen bil-glekk u l-qalziet ta’ l-isbah libsa li jkollu.


Il-mixja taz-zmien tbiddel il-mentalita ta’ kif il-bniedem jesprimi n-niket tieghu. Fors xi whud mid-drawwiet fil-mentalita taghna narawhom anke tad-dahk. Biss s’issa u nittamaw li tibqa’ l-bniedem dejjem hass li b’xi mod jew iehor jiftakar f’ta’ qablu. It-talb ghall-erwieh jidher li hu komuni ghal kull generazzjoni. Is-smigh tal-quddies li ahna noffru b’suffragu ghall-mejtin taghna baqa’ ideali ghalina l-Insara kollha. Illum insibu drawwiet sbieh hafna bhal zjajjar fic-cimiterji, tqeghid ta’ fjuri u xemghat bhala rispett lejn il-mejtin taghna. Huma kollha drawwiet qaddisa li l-ghan taghhom iservi biex ifakkarna li mal-mewt il-hajja ma tintemmx izda tinbidel fl-eternita sabiha jew kerha skont kif inghixu l-hajja taghna f’din id-dinja.


Nota ta’ l-editur


Barra minn Malta hemm il-Funeral homes u fihom jingab il-mejjet mill-isptar jew mid-dar. L-ambjent jaghmluh sabih, imzejjen b’kuruni ta’ fjuri. Anke l-mejjet ikun irtukkjat xi ftit. F’hin adattat jigu l-qraba u l-hbieb tal-mejjet jew mejta u jaghmlu velja ta’ talb li tant tkun devota.


Min jaf kieku fil-parrocca ssir xi haga simili. Ghandna l-kappella ta’ San Anard, kappella li tilqghek u ghandna wkoll il-kannierja li raqqdet go fiha kemm il-mejjet.


Ara wkoll: Il-Funerali ta' Dari, minn Francesco Mangion




Silta minn video bit-titlu "The 2 trumpets for St Andrews" x'aktarx tal-1968 fejn jidher (33:15) funeral f'Hal Luqa bit-tebut jittiehed b'karozzin apposta tal-epoka ghad-difna.