The Mosta Archives Banner

L-Inkurunazzjoni tal-Vergni Marija Assunta fil-Mosta, Grajja ta’ 25 sena ilu

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Mejju – Awissu 2000


Mons. Arcisqof Gonzi jinkuruna l-kwadru tal-AssuntaMons. Arcisqof Mikiel Gonzi qieghed ipoggi l-kuruna fuq ras l-Assunta. Jidher l-Arcipriet (illum Monsinjur) Bartilmew Bezzina.

(p.4) Diga bhal holma ghadda kwart ta’ seklu minn dik il-grajja memorabbli li sehhet fil-Mosta sewwa sew nhar il-Hadd, 10 ta’ Awissu, 1975, u li tifkira ghaziza taghha bqajna niccelebrawha ta’ kull sena nhar l-10 ta’ Awissu. Fl-okkazjoni ta’ gheluq il-25 sena minn dik il-grajja, inharsu naqra lura u filwaqt li nirringrazzjaw ‘l Alla u ‘l Ommu Marija Mtellgha s-Sema, naghtu daqqa t’ghajn hafifa u naraw x’gara f’dik l-okkazjoni li ferrhet bil-bosta l-Mostin ta’ 25 sena ilu u li t-tifkira taghha ghadha tferrah u thenni lilna wkoll.


Jasal id-Digriet


Kien l-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina (illum Monsinjur) li f’Novembru ta’ l-1973, f’ismu u f’isem il-Kleru u l-poplu tal-Mosta, ressaq il-petizzjoni lill-Arcisqof Mons. Mikiel Gonzi sabiex il-kwadru ta’ l-Assunta meqjum fir-Rotunda jkun inkurunat. L-Arcisqof Gonzi mhux talli laqa’ bil-ferha din it-talba izda talli kien mar Ruma u wassalha hu quddiem il-Papa Pawlu VI.


Il-Vatikan kien dritt accetta t-talba u fit-12 ta’ Dicembru 1973 hareg id-digriet ta’ l-Inkurunazzjoni f’isem il-Papa Pawlu VI u ffirmat mis-Segretarju ta’ l-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Joannes Villot.


Fis-26 ta’ Jannar 1974, l-Arcipriet Bezzina gie f’idejh id-dokument u dritt xterdet l-ahbar sabiha fostna li x-xewqa tal-Mostin kienet se tigi maqlugha. Nhar il-15 ta’ Frar, quddiem knisja mimlija nies, l-Arcipriet qara ghall-ewwel darba d-dokument fost il-ferh ta’ kulhadd. Inzerta li dik il-habta n-nicca ta’ San Guzepp kienet vojta minhabba li l-istatwa tieghu kienet qeghda l-Belt Valletta ghall-induratura. Ghalhekk id-dokument pontificju ta’ l-inkurunazzjoni kien tpogga ftit hemm biex jista’ jarah il-poplu kollu.


Preparamenti


Sadanittant kienu bdew it-thejjijiet. Kien gie deciz li l-kwadru kellu jigi nkurunat il-Hadd ta’ qabel il-festa ta’ l-Assunta li dik is-sena kien jahbat l-10 ta’ Awissu.


Ghaldaqstant il-kwadru kien gie maqlugh minn postu u mehud biex ikun restawrat mis-Sur Maurice Cordina. Kien indurat mill-gdid il-pedistall tal-vara ta’ Santa Marija. Gew argentati wkoll sett ta’ gandlieri ta’ l-injam trijangli ghall-artal tal-kor. Bdew isiru s-sett ta’ sitt lampieri tal-fidda ghal quddiem il-kwadru nkurunat, disinn ta’ l-iskultur Rabti s-Sur Guze Galea u xoghol tas-Sur Tarcisio Cassar taz-Zejtun.


Fuq kollox bdiet tithejja l-kuruna prezzjuza tad-deheb li kellha titpogga fuq ras il-Madonna. Din il-kuruna mzejna b’hagar prezzjuz saret ukoll fuq id-disinn tas-Sur Guze Galea u nhadmet mis-Sur Roger Mizzi ta’ Birkirkara. Il-kuruna kienet giet migbura minn fost il-Mostin kollha, anki dawk emigranti u swiet Lm1,774.47.


Il-Pastorali u l-Lejl Marjan


Meta beda joqrob il-jum ta’ l-inkurunazzjoni u sewwa sew nhar is-Sibt 19 u l-Hadd 20 ta’ Lulju 1975, kienet inqrat fil-parrocci kollha ta’ Malta Pastorali mahruga mill-Arcisqof Mikiel Gonzi li kienet thabbar lill-Maltin kollha l-Inkurunazzjoni tal-Vergni Assunta fil-Mosta.


Fost affarijiet ohra, din il-Pastorali kienet tghid li l-inkurunazzjoni kienet se ssir f’gheluq il-25 sena mid-Domma ta’ l-Assunta. Kienet thabbar ukoll li fit-2 ta’ Awissu kellu jsir fil-Mosta pellegrinagg nazzjonali li ghalih kienu mistiedna l-Maltin kollha. Ghal dan il-pellegrinagg kienu attendew eluf ta’ nies u kien wirja ohra ta’ mhabba tal-poplu Malti lejn il-Madonna.


Jasal il-jum mistenni


It-Tribuna tal-InkurunazzjoniIt-Tribuna maestuza fejn kien jiddomina torri bl-isem ‘Marija’. Fuq ix-xellug jidher il-kwadru ta’ l-Assunta ghadu mhux inkurunat.

Dakinhar ta’ l-Inkurunazzjoni filghodu saret l-Ewwel Tqarbina ta’ 192 tifel u tifla. Hekk dak il-jum ghaziz fetah bhal warda sabiha tfewwah bl-innocenza ta’ dawk ic-ckejknin li ghall-ewwel darba kienu sejrin jircievu lil Gesu Iben Marija.


Fil-ghaxija telqet purcissjoni mill-Oratorju Qalb ta’ Gesu bil-Kavallerija tal-Pulizija fuq quddiem li baqghet sejra sa fuq it-tribuna specjali mhejjija apposta fuq iz-zuntier tar-Rotunda. F’din il-purcissjoni hadu sehem l-Arcisqof Mikiel Gonzi, l-Isqof Guzeppi Mercieca li kien allura l-Vigarju Generali, l-Isqof ta’ Ghawdex Nikol Cauchi u izjed minn 100 sacerdot.


Il-kuruna kien zammha fuq imhadda kahla tal-bellus il-Prim Imhallef il-Professur J.J. Cremona. Il-hin mistenni u tant mixtieq kien is-7:40pm hin tas-Sajf. Dak il-hin l-Arcisqof Mikiel Gonzi f’isem u bl-awtorita tal-Papa Pawlu VI, meghjun miz-zewg Isqfijiet imsemmija, pogga fuq ir-ras ghaziza ta’ l-Assunta taghna l-kuruna tad-deheb fost xeni kbar ta’ ferh qaddis. Huwa kkalkolat li kien hemm folla ta’ 50,000 ruh. Wara l-Inkurunazzjoni l-kwadru inkurunat gie mdawwar processjonalment madwar it-toroq tal-Mosta.


(p.6) Hekk kien spicca dak il-jum memorabbli li t-tifkira tieghu tibqa’ ghal dejjem miktuba b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Mosta.


Gheluq xieraq tal-festi


Intant, fil-jiem ta’ wara l-Inkurunazzjoni, wara li l-kwadru tpogga f’postu mill-gdid, tkomplew b’solennita kbira l-festi. Dawn kienu lahqu l-qofol taghhom fil-jum glorjuz tal-15 ta’ Awissu. Biex jaghlaq il-festi kien gie mistieden il-Kardinal Corrado Ursi, l-Arcisqof ta’ Napli. Wara pontifikal mill-izjed solenni, meghjun mill-Kapitlu tal-Katidral, dan il-Kardinal simpatiku kien tela’ fuq il-pulptu. Minn hemm fuq, filwaqt li l-istatwa titulari ta’ l-Assunta giet imressqa fil-qrib, l-imsemmi kardinal pogga curkett prezzjuz f’wiehed mis-swaba ta’ id ix-xellugija ta’ l-Assunta.


Kienet cerimonja li fis-semplicita taghha regghet siltet id-dmugh, dak il-hin kienet qed titkanta s-Salve Regina. Il-Kardinal Ursi fil-ghaxija mexxa l-purcissjoni bl-istatwa ta’ l-Assunta u hekk gew fit-tmiem dawk il-festi solenni. Fost dawk li hadu sehem f’dawk il-festi ta’ min isemmi l-Kapitlu tal-Katidral u dawk tal-knejjes kolleggjati ta’ Malta. Ma dawn il-festi, li saru fir-Rotunda, wiehed irid ta’ l-anqas isemmi wkoll li f’dawk li huma festi ta’ barra bhalma huma armar, baned u nar, xejn ma kien nieqes matul il-festi li kienu saru.


Bhala tifkira ta’ l-Inkurunazzjoni kienet twahhlet lapida ta’ rham b’kitba bil-Malti fuqha. Din tinsab bejn il-pilastri tan-naha tax-xellug int u thares lejn il-knisja, sewwa seww fejn hemm l-istatwa ta’ San Pietru. Kienet giet mikxufa u mbierka minn Dom Angelo Mifsud O.S.B. Abbati ta’ Monte Cassino, fl-ewwel anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni, 10 ta’ Awissu 1976.


Ghadu jfakkarna wkoll fl-Inkurunazzjoni l-innu sabih li niseg il-qassis Mosti l-Kav. Dun Gwann Debono, “xerrdu hienja ward u fjuri” li ghadna nisimghuh kull sena fl-okkazjoni tal-festa. Hawn ta’ min isemmi wkoll il-poezija wisq sabiha ta’ 30 strofa li kien kiteb il-maghruf poeta Gizwita Patri Guze Delia “Lil Marija Santissima f’Jum l-Inkurunazzjoni Solenni Taghha”.


Tifkira ohra ta’ l-Inkurunazzjoni ghadu d-drapp ahmar li bih jinksew is-sitt kolonni tal-portiku fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Tfakkarna wkoll fl-Inkurunazzjoni l-medalja kommemorattiva li harget fl-1985, bl-inizjattiva ta’ l-Arcipriet Dun Joe Carabott. Din harget fl-10 anniversarju u ggib fuq naha wahda x-xbieha ta’ l-Assunta Inkurunata u fuq in-naha l-ohra r-Rotunda, xoghol l-iskultur Ganni Bonnici.


Fl-ahharnett ghandna wkoll fil-Mosta Triq l-Inkurunazzjoni li tfakkar f’din il-grajja wisq ghaziza ghalina ta’ 25 sena ilu.


(Ghall-video tal-okkazjoni li nhadem fl-2015 f'gheluq l-40 sena mill-inkurunazzjoni ara link, kif ukoll video iehor f'gheluq il-25 anniversarju meta fl-2000 tpoggew 12-il kewkba madwar l-istess kuruna.)


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta migbura minn E.B.Vella u Ohrajn, Zieda XVI minn pagna 613 sa 639.
  2. Tifkira tal-Festi ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta – Il-Mosta – 10 ta’ Awissu 1975.