The Mosta Archives Banner

Intietef Parrokkjali

minn J.J. Camilleri


Il-Mosta: Mejju – Gunju 1988


Addattat mill-ktieb manuskritt ta' l-istess kittieb KIF NAFHOM JIEN


(p.13) Wara li Guzeppi Cali lesta l-pittura tal-lunetti fir-Rotunda saru attentati biex dan ipingi wkoll il-vojt ta' bejn is-sittax-il tieqa li hemm fit-tanbur tal-knisja. Dawn l-attentati ma rnexxewx. Dan il-progett hu bicca xoghol enormi u sfida ghall-immaginazzjoni ta' kull artist. Ma hemmx dubju, Cali kien johrog ta' ragel. Interessanti wiehed jimmagina x'kien johloq f'dik il-wesgha kollha ghax hu kien wiehed mill-aqwa pitturi li qatt rat Malta, jekk mhux l-aqwa wkoll. Ighidu li ma riedx wisq, bejn it-tletin u s-sittin lira l-wahda.


Dun Gregorju Borg, li dam Arcipriet tal-Mosta bejn is-snin 1930 u 1942, ittanta jibda l-progett. Din il-bicca xoghol ambizzjuza holmu biha Arciprieti ohra, izda donnha ma tistax issehh. Dun Gregorju kien jammetti li fl-arti ma jifhimx u ghalhekk kien talab il-parir tas-Sur Vincenzo Bonello, illi minhabba l-qaghda tieghu qrib il-Muzew Nazzjonali ta' l-Arti, kien meqjus bhala espert u awtorita fl-arti.


Il-Gvern kien idahhlu f'hafna bordijiet, per ezempju, meta kienu jsiru talbiet biex jigu esportati kwadri ta' pittura barra minn Malta kienu hu li jirrapporta dwar il-valur artistiku ta' dawk il-kwadri, jistmahom biex ikun jista' jithallas id-dazju.


Ghall-habta tas-sena 1925 kien hemm hafna talbiet ta' din ix-xorta, l-aktar mill-agenti A u V. Brockdorff. Jien rajt kemm il rapport li ghamel Bonello dwar it-talbiet ta' dawk l-agenti. Per ezempju, fit-9 ta' Mejju, 1925 talbu biex jesportaw tlieta u erbghin kwadru lejn San Remo fuq il-vapur 'Ljubljana'. Id-dazju gie stmat ghal £54.16s (Lm54.80) u l-Gvern ried jithallas permezz ta' kwadru tal-pittur Taljan Marini.


Kif ghedna, Vincenzo Bonello kien imdahhal f'mitt haga u ghalhekk kellu influenza kbira u min kien ikun irid xi haga li kellha x'taqsam ma l-arti kien ifittex lilu. Meta l-Gvern ried iwaqqaf l-Iskola ta' l-Arti u haseb biex iniedi konkors ghall-ghalliema barranin, baghat lil Bonello l-Italja, fejn dam tlieta u erbghin jum bejn Gunju u Lulju 1943.


Kellu influwenza kbira wkoll ghax kien fil-Kumitat ta' l-Arti li kellha l-Kurja biex dan japprova progetti li kienu jigu proposti biex isiru fil-knejjes. Ghalhekk Dun Girgor kellu ragun jahseb li Bonello kien l-aktar bniedem kapaci u ta' min jorbot fuqu biex jaghtih il-parir li xtaq. Kellmu ghalhekk dwar il-hsieb li kellu u talbu jissuggerilu pittur. Minghajr ma qaghad jahsibha ssuggerielu mill-ewwel lill-pittur Giuseppe Briffa, ghax skond kif Bonello qal lill-Arcipriet, hu kien l-ahjar pittur tal-gzira.


Giuseppe Briffa twieled f'Birkirkara fl-1901 u studja fir-Regia Accademia delle Belle Arti ta' Ruma, fejn dam erba' snin b'borza ta' studju li tatu s-Socjeta Maltija ta' l-Arti, Manifattura u Kummerc. Meta gie minn Ruma beda jinghata xoghlijiet importanti fil-knejjes. Ix-xoghol tal-pittura ta' bejn it-twieqi fir-Rotunda fl-ahhar inbeda ghax sar il-ftehim u l-arrangamenti mehtiega.


Izda, milli jidher, il-progett kien wiehed aktar difficli u kkomplikat milli kien mahsub. Inqalghu diffikultajiet u l-istess pittur ma kienx sodisfatt bir-rizultat. Wara li lesta wahda mill-pitturi u kixifha ghall-pubbliku, rega' ghattieha malajr. Mistoqsi minn xi hbieb ghaliex, wiegeb li kellu hsieb jirtokkaha ghax xejn ma kienet tidher sewwa minn isfel.


Sadattant it-tgergir fost in-nies kull ma jmur beda jizdied. Briffa kellu hsieb jaghmel figuri ta' angli. Ghandu mnejn li kieku l-ghazla tas-suggett kienet ahjar ma kenux jinqalghu daqshekk problemi. Biex timla sittax-il wesgha bhal dik kollha angli ma kenitx haga tac-cajt. L-ideat u l-immaginazzjoni aktarx jonqsu. Il-kritika zdiedet, id-disinn u l-linji tal-figuri, l-ilwien ighajtu u l-fatt li kull kwadru kien, bejn wiehed u iehor, se jirrepeti ruhu ma ntghogbux.


Kien hemm ukoll min qal li l-progett, meta jkun lest kollu, kien se jistona mal-pittura ta' Cali. Ix-xoghol waqaf meta kienu diga tlestew zewg kwadri. Dun Girgor ma ha l-ebda decizjoni, izda fl-1948, l-Arcipriet il-gdid, Dun Pawl Galea, deherlu li xi haga kellha ssir.


Dun Pawl ma hax id-decizjoni finali qabel ma ha parir professjonali. Bhal Dun Girgor staqsa lil Vincenzo Bonello. Din id-darba Bonello qallu bla tlaqliq biex ihassar il-pittura ta' Briffa. Decizjoni iebsa, izda li twettqet. Iz-zewg kwadri thassru u llum m'ghadu jidher xejn minnhom. Ma setax jonqos li Briffa ma hasshiex dik id-daqqa u jinghad li qal li dment li hu jibqa' haj hadd ma kien se jitla' hemm minfloku.


L-Arcipriet Galea pprova jkompli l-progett u fuq l-istess parir ta' Bonello tkellem mal-pittur Taljan Caffaro Rore, li dik il-habta kien qieghed jaghmel xi xoghol fil-katidral ta' l-Imdina. Billi l-abbozzi kienu jridu jigu approvati mill-Bord ta' l-Arti tal-Kurja, li tieghu Bonello kien wiehed mill-membri influwenti, l-Arcipriet gie mwissi biex jara jekk, barra l-hlas tal-pittur, kellux ihallas ukoll xi kummissjonijiet ohra.


Il-pittur thajjar jaghmel episodji mil-Litanija, il-Madonna Regina taht it-titli taghha differenti, izda ried jaghmilhom forma ta' medaljuni biex inaqqas mill-ispazju. Il-progett kien se jiswa mat-tnax-il elf u tmien mitt lira, ghax Caffaro Rore ried £800 ta' kull tieqa. Baqa' ma sar xejn. Rore kien pittur tajjeb u zgur li kien jaghmel xoghol sabih.


Is-Sur V. Bonello kien mixhut lejn il-Barokk. Min jafu mill-qrib sewwa jirrakkonta zewg incidenti.


Meta tressqu d-disinji tal-pulptu l-gdid li kellu jsir, Bonello nsista, u forsi bir-ragun, illi dan kellu jsir ta' ghamla tonda biex ikun jaqbel ma l-arkitettura tal-Knisja. Dan hekk sar, izda Bonello ma riedx li l-pulptu jkollu tarag. Ried li l-predikatur jitla' bi skalapiza temporanja, illi din titnehha meta l-pulptu ma jkunx jintuza. Hekk kien isir izda din kienet qieghda tohloq inkonvenjenza kbira.


Meta l-Mostin baqghu li kellu jsir tarag regolari, jinghad li Bonello qal, “Naghmlilkom skalapiza tant kerha li jkollkom tnehhuha wahedkom.” It-tarag ta' l-injam li sar wara hu tassew ikrah u ma jaqbilx mal-pulptu. Ghadu hemm sal-lum ikerrah u min jaf il-grajja jfakkar lis-Sur Vincenzo Bonello.


It-tieni grajja hi dwar il-fonti ta' l-ilma mbierek li hemm wara l-bieb tan-nofs. Fil-bidu kien hemm il-hsieb li jsir anglu jzomm f'idejh il-hawt ta' l-ilma. Il-progett kien diga approvat u l-iskultur diga kellu l-irhama lesta ghall-anglu. Issa dan kien se jigi anglu kbir u enormi u, meta lill-iskultur Censu Apap qalulu b'din il-problema, fehem mill-ewwel. L-abbozz ta' dan l-anglu llum qieghed f'dar privata.


Apap, ghalhekk, ghamel disinn gdid u li fih dahhal ghadd ta' angli mtajrin. Bonello ma approvax dak id-disinn bl-iskuza li kien wiehed Barokk. Minfloku sar il-fonti li hemm illum li kulhadd jaqbel li seta' sar ferm ahjar. Dak id-disinn kien gie approvat bla tlaqliq.