The Mosta Archives Banner

Mons. Kan. Anton Muscat P.E.P., 50 sena sacerdot


Il-Mosta: Mejju – Gunju 1988


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-Kanonku Mons. Anton Muscat

(p.5) Mons. Anton Muscat twieled il-Mosta fit-3 ta' Lulju, 1911, iben Tommaso Muscat u Maria Concetta, imwielda Borg. Huwa ha l-edukazzjoni tieghu l-ewwel fl-Iskola Primarja tal-Gvern u mbaghad dahal is-Seminarju tal-Furjana fejn ghamel il-kors kollu sakemm sar sacerdot.


Gie ordnat sacerdot fil-31 ta' Lulju, 1938 fil-Kon Katidral ta' San Gwann il-Belt u l-ewwel quddiesa Solenni tieghu saret il-Mosta nhar is-7 ta' Awissu, 1938. Il-panigierku ghamilhulu Mons. Enrico Bonnici, li kien Rettur tas-Seminarju. Il-parrinijiet kienu zijuh Dun Guzepp Borg u huh is-Sur Andrea Muscat. Wara xahar mill-ordinazzjoni, l-Arcisqof Mons. Mawro Caruana sejjahlu biex imur iservi fil-parrocca tan-Naxxar u tah impjieg fil-Kurja fl-ufficju tal-Quddies. Dan kien fl-1 ta' Jannar, 1939 u baqa' n-Naxxar sakemm hraxet il-gwerra li minhabba fiha gaghlitu jitlaq u jinzel il-Mosta. Dan kien f'Mejju 1941.


Fl-1942 l-Arcipriet Dun Girgor Borg kien qed imut gewwa Burmarrad u l-Arcisqof Caruana ghamlu Vigarju Ekonomu biex jiehu hsieb il-parrocca tal-Mosta. Meta waqghet il-bomba fuq il-knisja fid-9 ta' April, 1942 hu kien qed ibierek id-djar fil-festi ta' l-Ghid.


Wara li aggravat il-gwerra talab lill-Kurja tissostitwih minn dan il-piz. Fl-1943 sar membru tal-Missjoni l-Kbira u wara 45 sena ghadu fiha.


Wara dik is-sena sar Vicendarju f'Burmarrad. Dam hemm ghal 20 sena jiehu hsieb dawk in-nies, il-bdiewa, sakemm inbniet il-knisja l-gdida, li allura saret parrocca.


Fil-Mosta kien prokuratur tal-Gimgha l-Kbira. Kien ukoll Assistent Ekklezjastiku ta' l-Azzjoni Kattolika kemm tal-guvintur u kemm ukoll ta' l-irgiel. Ghal ftit snin kien Direttur ta' l-Oratorju tal-bniet u tal-Figlie di Maria. Wara sar Direttur ta' l-Oratorju Qalb ta' Gesu u Kappillan tal-kazin tal-Banda Nicolo Isouard sakemm lahaq Kappillan ta' Had Dingli fl-10 t'Ottubru, 1961.


Bhala Kappillan ta' Had Dingli dam tliet snin. Hemmhekk kompla x-xoghol tal-bini tal-knisja, tella' l-kampnari u gedded il-faccata u lesta z-zuntier b'kollox.


Fl-1964 gie msejjah minn Mons. Arcisqof Gonzi biex imur Hal Lija u fl-10 ta' Mejju ha l-pussess ta' Kappillan. Hemm dam sitt snin jahdem ix-xoghol pastorali u jiehu hsieb il-bzonnijiet tal-knisja.


Fl-1969 il-Papa Pawlu VI tah is-Salib tad-Deheb Pro Ecclesia et Pontefice ghax-xoghol twil pastorali li hadem tul 40 sena ta' sacerdot.


Wara gie maghzul mill-Arcisqof Gonzi kanonku tal-Kolleggjata ta' Bormla, kariga li ghadu jzommha sallum. Fil-25 ta' Marzu, 1985, il-Papa prezenti Gwanni Pawlu II innominah bhala Kappillan tieghu bit-titlu ta' Monsinjur u issa bi grazzja tal-Hanin Alla fis-7 ta' Awissu, 1988 ser jiccelebra l-50 anniversarju ta' l-ordinazzjoni sacerdotali tieghu biex jirringrazzja  ‘l Alla u l-Vergni Mqaddsa Marija ta' dawn il-grazzji kbar li rcieva minghandhom tul dawn is-snin ta' hajtu. Nawguralu Ad Multos Annos.