The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


IT-TNAX-IL TAQSIMA

IR-ROTUNDA - I


Storja


(p.121) Il-knisja l-qadima tar-rahal grala bhalma jigrilha libsa ta' zaghzugh li ghadu jikber, jigifieri iktar ma jghaddi z-zmien iktar titkittef fuqu u tiqdiem sa ma mbaghad johrog minnha u jitlaqha ghal kollox. Il-knisja l-qadima saret zghira biex tilqa n-nies kollha tar-rahal u barra minn dan il-bini taghha ma kienx ta' sahha kbira u ga kien beda jiggarraf.


Sa mill-1815, il-Kappillan, li dak iz-zmien kien Dun Felic Calleja u l-Mostin bdew jaraw il-htiega li tinbena knisja gdida1. Inqala l-mard tal-kolera u tahbit iehor u dan il-hsieb tajjeb ma setax jitwettaq il-ghaliex dawk il-flus li kienu ngabru ghal dan il-bini kellhom idawruhom ghal band'ohra2. Imma l-hsieb li jgeddu l-knisja ma ntesa qatt, izda baqa' dejjem jizdied.


Hawn indahhlu diskors f'iehor. Il-kappillan Dun Felic Calleja kien ghamel kors ta' sentejn gewwa Ruma fejn studja t-teologija u kien qaddes l-ewwel darba fil-Pantheon ta' Ruma. Qatt ma nesa dik il-knisja qadima, ghaziza u sabiha illi l-koppla famuza taghha laghet dak iz-zelu mqaddes u dak il-ferh kbir illi kien hiereg minn qalbu f'dak il-jum ghaziz, kif naraw minn hawn u ftit iehor. Issa mmorru ghalli konna nghidu.


Ghadda ftit taz-zmien u mieghu ghadda wkoll it-tahbit li gie fuq ir-rahal u dlonk naraw lil Kapillan Calleja xewqan li (p.122) jaghti bidu ghall-knisja gdida u hekk mehtiega. Sa hawn kienu jaqblu mieghu n-nies kollha tar-rahal, imma meta beda jinstema fejn kellha tinbena beda jinqala l-ghawg. Xi whud qalu illi jinhtieg tinhatt il-qadima u l-gdida titla fil-pjazza minflokha. Din kienet haga li ma setghetx tkun il-ghaliex ma hemm l-ebda wahda mill-knejjes filjali li tista tilqa' l-bzonnijiet tal-parrocca. Ohrajn riedu illi l-knisja l-gdida titwaqqaf band'ohra biex ma jkollhomx bzonn ihottu l-qadima.


Wahda mill-pjanti tar-Rotunda Pjanta ta' kif originarjament Grognet iddisinja r-Rotunda

Sadattant hafna periti kienu qeghdin ihozzu knisja gdida. L-arkitett inginier Gorg Grognet de Vasse kien sama' b'dak li nqala' fuq il-knisja l-qadima, u mill-ewwel gieh f'rasu l-hsieb ta' knisja tonda biex fiha tista tibqa' l-qadima sa ma titlesta l-gdida; u hekk in-nies ma jibqghux minghajr knisja3. Lesta d-disinn u bhal arkitetti l-ohra baghtulhom biex jarawh. Kull wiehed mill-periti xtaq li tigi maghzula l-pjanta tieghu, tant li kollha weghdu li ma jridux jithallsu ta' xogholhom.


Hekk kif il-Kappillan Calleja ra d-disin ta' Grognet mill-ewwel issahhar fuqu; qabdu f'idu u ma telqux. Dak il-Pantheon ta' Ruma fejn, bhalma ghedna, kien qaddes l-ewwel darba, kien hekk laqtu bil-gmiel tal-ghamla tieghu illi ma nistaghgbux meta narawh jaghzel il-pjanta ta' Grognet fuq l-ohrajn kollha.


L-ewwel hsieb tal-Kappillan kien li jghajjat kumitat ghax-xoghol kbir li tempju minn dik is-sura kien jitlob. Saret il-laqgha ghaxart ijiem qabel il-festa ta' Santa Marija tas-sena 1832 u ntaghzlu l-ufficjali u l-membri kollha, u nbaghat dan ir-rikors lill-Isqof:


Pjanta ohra tar-Rotunda Pjanta tar-Rotunda li hemm fis-Sagristija bid-data 1833.

Pjanta ohra tar-Rotunda Pjanta ohra tar-Rotunda li hemm imdendla fis-Sagristija.

Eccellenza Reverendissima,

Il-gharef fl-imqaddsa teologija Dun Felic Calleja, Kapillan tal-Knisja Veneranda tal-Mosta u l-Kappillan Kugitur tieghu Dun Gammari Schembri, sudditi l-aktar fidili u servi l-iktar baxxi ta' l-Eccellenza Tieghek Rev.ma, bl-ikbar rispett
(p.124) jgharrfuk illi biex iwettqu r-rieda ta' l-Eccellenza Tieghek ghal bini ta' knisja parrokkjali, nhar il-Hadd li ghadda l-5 t'Awissu li ahna fih, ghajtu l-ewwel laqgha tal-kleru, tal-prokuraturi ta' l-imsemmija knisja, u ta' l-ahjar nies tar-rahal. F'din il-laqgha gew maghzulin, bi ftehim u r-rieda ta' kulhadd, il-Ministri tal-fabrika l-gdida li ismijiethom jidhru fil-lista li hawn ma din u minna ffirmata.


Ghaldaqstant biex il-Ministri li qedghin inghidu jistghu kif imiss, jaghtu ruhhom ghax-xoghol ta' opra hekk qaddisa, kull wiehed fil-branka tieghu, jitlob bl-umilta kollha lit-tjubija ta' l-eccellenza tieghek Rev.ma li inti twettaq din il-ghazla li saret, jekk inhuwa ma joghgbokx mod iehor, filwaqt li nweghdu li ahna dejjem lesti ghar-rieda iktar ghaqlija ta' l-Ecellenza tieghek Rev.ma u li naghmlu dak it-tibdil illi xi drabi ghogobha li tikkmanda u ggeghlna naghmlu.


U ta' dan jibqghu dejjem jafuhulek"


Taht dan id-digriet imbaghad jidher dan li kiteb l-Isqof:-


"Inwettqu l-ghazla tas-sinjuri Ministri, li isimhom jinsab fil-lista li hawn ma din u li ahna taht iffirmajna, filwaqt illi nwiddbu bl-ikbar hila lil kull wiehed minnhom li jaghmel kull ma jista biex mhux biss jinzamm, izda jitkattar minn jum ghal iehor it-twemmin illi n-nies tal-Mosta hassu minn qabel meta ghamlu l-ghazla taghhom.


Mill-Palazz Arcivescovili tal-Belt, fit-13 ta' Ottubru, 1832. Frangisku Saverju, Arcisqof, Isqof ta' Malta".


Lista tal-Ministri maghzulin ghal bini mill-gdid ta' Knisja Mqaddsa Parrokkjali tal-Mosta, mill-venerandu kleru u mill-prokuraturi ta' din il-knisja fil-laqgha li saret fid-dar tal-Kapplillan tar-rahal, Dun Felic Calleja, fil-5 t'Awissu 1835: (p.125)

  • Il-ga mfahhar Sur Kappillan Calleja gie maghzul minn kull wiehed bhala l-Ewwel Kap, l-ghaliex huwa l-ewwel wiehed li qanqal din l-opra li taghha huwa benefattur kbir.
  • Is-Sur Kappillan Kugitur Dun Gammari Schembri, huwa t-Tieni Kap u Direttur.

Dawn li gejjin huma s-sinjuri Deputati Presidenti tal-fabbrika:

  • Il-Kappillan Kugitur Dun Gammari Schembri,
  • Dun Martin Galea,
  • Dun Gwann Sammut,
  • Dun Guzepp Tonna,
  • Dun Guzepp Camilleri,
  • Dun Gwann Azzopardi,
  • L-avukat Gammpatist Mifsud,
  • It-Tabib Saver Galea,
  • It-Tabib Guze Perini (Deputat Lwogotenent tal-Gvern) u
  • Gammari Chetcuti.

Bhala segretarju u dak li jara l-kontijiet tal-fabbrika gie maghzul:

  • In-Nutar Dr.Frangisk Chetcuti.

L-imfietah tal-kaxxa l-gdida li ghandha tliet serraturi, wahda mhix bhall-ohra, ghandhom jinzammu wahda kull wiehed minn dawn is-sinjuri:

  • Il-Kappillan Calleja,
  • Dun Guzepp Tonna,
  • In-Nutar Frangisku Bonnici (Chetcuti?).

Il-kaxxiera huma dawn is-sinjuri:

  • Il-kappillan kugitur Schembri,
  • Dun Marin Galea,
  • Dun Gwann Sammut.

L-Agent tal-fabbrika u Prokuratur huwa:

  • Is-Sur Avukat Mifsud.

Dawn il-persuni li gejjin gew maghzulin biex jiehdu hsieb il-gbir tal-flus:

  • Dun Guzepp Camilleri,
  • Dun Gwann Azzopardi,
  • Dun Mikiel Balzan,
  • Dun Gamm Tonna,
  • Dun Mattew Chetcuti,
  • Il-kjeriku mizzewweg Guzepp Agius,
  • Indri Azzopardi,
  • Ganni Azzopardi,
  • Vitor Chetcuti,
  • Mastru Patist Mamo,
  • Mastru Guzepp Azzopardi,
  • Frangisk Galea "ta Mastru Kuzzu".

Is-Supretendent tal-fabbrika u dawk li jhallsu ta' kull gimgha huma: (p.126)

  • Is-Sur Gamm Chetcuti,
  • Vitor Chetcuti,
  • Mastru Guze Azzopardi (mastrudaxxa),
  • Mastru Frangisk Said, (Haddied).

Bhala skrivan tal-haddiema, tal-karrettuni u tan-nefqa ta' kuljum gie maghzul:

  • In-Nutar Indri Balzan.

Dawn li gejjin gew maghzulin bhalha protetturi u soprastanti:

  • Mastru Patist Mamo,
  • Mastru Gammari Sant,
  • Guze Schembri,
  • Salvu Schembri (hu Guze, msemmi qabel),
  • Mastru Pawl Scriha,
  • Cikku Gauci,
  • Mastru Gammari Tonna,
  • Mastru Nikol Mamo,
  • Mastru Gakbu Chetcuti,
  • Mastru Guzepp Balzan,
  • Mastru Karu Grixti,
  • Mastru Piet Mifsud,
  • Mastru Salv Mifsud (hu Piet, msemmi qabel),
  • Pawlu Borg "ta Sejmum",
  • Klarju Camilleri,
  • Frangisk Camilleri (hu Klarju, msemmi qabel) "ta Berququ",
  • Frangisk Galea "ta Mastru Kuzzu",
  • Pawlu Sammut "ta l-arti",
  • Pawlu Dimech "ta l-Armla",
  • Ganni Grima "ta Naccju".

Dawk li jqassmu l-hrief huma:

  • Vitor Chetcuti,
  • Gamri Chetcuti "ta Patakka",
  • Ganni Camilleri "ta Berququ",
  • Pawlu Borg "ta Xmun".

Dawk li jqassmu l-husien:-

  • Xmun Sammut "ta l-Arti",
  • Mikiel Vella "ta Patozz"
  • Il-Kjeriku Salvu Galea,
  • Mastru Mikiel Borg (bil-hanut).

Il-Kappillan Felic Calleja Kap tal-Fabbrika.
Il-Kappillan kugitur Gammari Schembri, it-tieni Kap
Frangisku Saverju Arcisqof, Isqof ta' Malta
4.


(p.127) Kienet ghadha ma gietx it-twegiba minn ghand l-isqof meta l-Kappillan u l-Kugitur tieghu kitbu dan ir-rikors lil Gvernatur. Billi mhux twil ahna ngibuh kollu kemm hu u nhalluh jitkellem wahdu:


"Eccellenza l-iktar Onorata,
Il-Kappillan tal-Mosta, Gharef fl-Imqaddsa Teologija, Dun Felic Calleja u l-Kappillan Kugitur tieghu Dun Gammari Schembri sudditi l-iktar fidili tal-Majesta Tieghu, qaddejja l-iktar baxxi ta' l-Eccellenza Tieghek l-iktar onorata, bl-ikbar qima jixtiequ jghidulek illi jinsabu fil-bzonn illi jibnu knisja gdida parrokkjali fir-rahal tal-Mosta, kif ga kellhom l-unur li jghidulek meta li tista tigri mhabba li l-knisja li hemm issa hija qadima u f'xi bcejjec sejra tiggarraf, imma wkoll biex dawk in-nies ikollhom tempju akbar, li jkun jasa' n-nies tar-rahal li llum huma ftit anqas minn 4,000 ruh u li l-knisja tal-lum bil-kemm tesa nofshom.


Biex issir il-fabbrika mahsuba, li trid tinbena fejn hemm il-qadima, jinhtieg illi tittiehed bicca zghira mit-triq pubblika ta' mal genb, biex il-hajt tal-knisja l-gdida jingibed linja dritta kif ukoll tittihehed moghdija dejqa, wkoll pubblika, li hemm wara l-knisja l-qadima. Ghall-bini tat-tempju l-gdid ikollhom ukoll jiehdu zewgt idjar zghar, u bictejn minn zewg ghelieqi zghar u li ma jiswewx wisq. Is-sidien ta' dawn id-djar u ghelieqi huma lesti biex jaghtuhom, minn bi tpartit ma bini iehor daqshom minn tal-knisja, u hemm minn ukoll aktarx jaghtihom b'xejn5.


Billi l-bicca zghira li tittiehed mit-triq ma taghmel l-ebda hsara u hemm bzonnha ghat-tkabbir tal-knisja l-gdida, bhalma hemm ukoll l-imsemmijin djar u bcejjec ta' l-ghelieqi, jitolbu ghaldaqstant bl-umilta kollha lill-imhabba ftit hawn bhala ta' l-Eccellenza Tieghek l-iktar onorata, li taghtihom (p.129) l-imsemmija bicca art zghira pubblika u li fix-xiri tal-bcejjec privati, tahfer il-parti l-wahda u l-ohra mill-hlas tad-drittijiet li jmissu lil Gvern meta jsir xi dhul, tpartit u xiri bhal dan.


Gammari Schembri.
Kappillan Kugitur tal-Mosta ghan-nom tieghu u ghan-nom tal-Kap tieghu, Dun Felic Calleja
6."


Milli juri dan ir-rikors huma kienu kelmuh qabel lil Gvernatur fuq il-knisja l-gdida u milli jidher kien wera li jrid jghinhom. Ghalhekk huwa tahom kulma talbu, kif jidher mill-konferma ta' dak ir-rikors, tah il-firma ta' Fred Hankey, Prim Segretarju tal-Gvern, fid-9 t'Ottubru 1832.


Wara li ghaqqdu l-kumitat u hadu l-art, bdew jahsbu biex jibdew ix-xoghol. Imma kull haga tajba fid-dinja ghandha jkollha l-ghedewwa taghha. Kien hemm min qal illi knisja bhal dik li hass Grognet ma tasal qatt biex tinbena f'daqsxejn ta' rahal. Milli nkiteb f'perjodku7 meta l-Isqof Caruana kien ghadu haj naraw illi l-ewwel wiehed li mar kontra l-knisja tonda kien dak l-istess Isqof. Jew ghax ma kienx jifhem, jew ghax forsi kien jahsiba bhalma kienu jahsbuha hafna li knisja tonda ghal li kienu juzawha hafna l-pagani, ma hix qeghda tajjeb ghal funzjonijiet ta' l-Insara, insomma f'kelma wahda ma ghogbitux, u wrihom pjanta li ghamel l-arkitet tieghu u riedhom jaghzlu lilha. Din kienet pjanta ta' knisja fuq ghamla ta' salib grieg li ghandna bhalhom kemm trid.


Sar partit qawwi ghall-ghazla tal-pjanta ta' Grognet, u tkellmu wkoll mal-Gvernatur, li ghenhom kemm seta biex jaghzlu r-Rotunda8. Mill-banda l-ohra nghaqad partit iehor illi xtaq illi l-qadima ma tinhatx u l-gdida tinbena f'post iehor tar-rahal (fejn il-knisja tal-Kuncizzjoni ta' l-Andar il-Blat) (p.130) u dawn it-talin kienu zammew hekk iebes illi ‘l quddiem izjed kellhom il-hila jibdew ihottu l-hagar fejn riduha tigi, sa ma bil-lejl isibu li garrewhulhom kollu fil-pjazza.


Ohrajn, jew ghax ma jifmuhx jew ghax hziena minn qaddishom, bdew ixerduha li l-hagra tal-franka mhix ta' sahha bizzejjed biex tilqa' t-toqol ta' koppla bhal dik li kellha tigi. Dawn qajmu kwistjoni mhix tac-cajt u nistghu nahsbu kif ikkonfondew dak tal-kumitat, u kif sar l-arkitet Grognet. Ghalhekk id-Deputati tal-Knisja talbu lill-Gvernatur biex jara kif jista jghinom f'dan l-ghawg li nqala. Il-Gvernatur ghamel kummisjoni ta' periti civili u militari sabiex jaraw jekk id-disinn ta' Grognet jistax isir jew le. Hawn Grognet qabad il-pinna u kiteb fit-tul biex juri dak li tghid l-arti u l-inginerija fuq l-opra li huwa ddisinja9. B'dan ix-xoghol li sar il-Belt fit-18 ta' Jannar 1833, dan l-arkitet, wera l-wisa li jkollha l-knisja u li tkun tasa n-nies kollha tar-rahal, wera l-hxuna tal-hitan, is-sahha tal-hagra tal-franka, it-tfiegh li taghmnel il-koppla, xebbah hafna qisien ma dawk tal-Pantheon u ta' bejn wiehed u iehor in-nefqa tal-hagar li tiehu.


Il-ghaliex tonda


Fost dak li kiteb fuq il-fabrika, Grognet qal illi d-Deputati u n-nies tal-Mosta ghogbithom din il-ghamla tonda aktar minn kull ghamla ohra, ghal dawn ir-ragunijiet:-

  • L-ewwel – biex izommu l-knisja l-qadima ma genb il-gdida sa ma jispicca x-xoghol u b'hekk ikollhom fejn isiru l-funzjonijiet imqaddsa, billi fir-rahal ma hemmx knejjes ohra (kbar).
  • It-tieni – biex jistghu jibnu fl-istess post tal-knisja l-qadima u jibqghu telghin bix-xoghol. Dan ma jistax isir b'ghamla ohra hlief biss bit-tond, iktar u iktar meta ma (p.131) ghandhomx band ohra; u dak il-post ma jibqax mohli wara li jkun lest l-edificcju l-gdid.
  • It-tielet - il-ghaliex fost il-ghamliet kollha geometrici, it-tond huwa dak li meta ghandek l-istess qisien, ghandu l-iktar kumdita u l-ikbar wicc ta' l-art; ara kemm hu hekk li din ir-Rotunda tkun tista tilqa 5,024 ruh - ghad li huwa ikbar qisu bi kwint min-nies li hemm illum.
  • Ir-raba – biex ma jimtess xejn id-dfin tal-mejtin tal-pesta illi bihom giet mimlija l-knisja l-qadima fil-flagell ta' dan l-ahhar, ta' l-1813; u ghalhekk dawk il-katavri jibqghu taht il-qiegha tal-knisja l-gdida, nmejn ma jkunx hemm bzonn li jitla l-ebda pilastru jew kolonna.
  • Il-hames – il-knisja l-qadima minn barra tiswa ghal armar tal-bini tal-koppla kbira, u hekk wiehed jiffranka hafna njam u xoghol.
  • Is-sitta – billi r-Rotunda ma jkollhiex pilastri jew kolonni mahrugin il-barra, ikun hemm nuqqas mhux zghir fin-nefqa tal-bini.
  • Is-seba' – fl-ahharnett il-ghaliex barra mill-kobor li taghti din il-ghamla wiehed ikollu tempju li ma hawnx bhalu, u fuq kollox din tkun tibdila mixtieqa hafna hawn Malta, fejn qisu l-knejjes kollha maghmulin wahda tixbah lill-ohra – haga baxxa li taghmel ghajb lil Maltin10.
Pittura tal-Arkitett Gorg Grognet de Vasse Ritratt ta’ pittura ta’ l-Inginier Gorg Grognet meta kellu 50 sena. Il-pittura saret mill-pittur Ingliz William Beker.

Hawn Grognet ma qaghadx ighidilhom il-hsibijiet tieghu iktar gholjin meta ghazel il-ghamla tonda. Ma jridx wiehed jinsa illi din il-knisja kellha taghmel qima lil Marija Santissima fit-Tlugh taghha fis-sema u Grognet bhala bniedem filosofu li kien, ma nahsbux li ma kellux f'mohhu illi fid-disinn tieghu ma jixhedx ukoll dak it-taghlim ta' dan il-misterju sabih. It-tempju ried jaghmlu tond biex ikun il-ghamla tas-sema fejn Marija tiddi bhala l-isbah kewkba11.


(p.132) Insibu fl-istudju ta' l-arkitettura, illi l-ghamla tonda hija wahda mill-iktar li joqghodu tajjeb ghal qabar, bhalma naraw minn monumenti qodma bhal qabar ta' Atreus u hafna ohra. X'izjed. Meta l-Imperatur Kostantinu ried "illi dar tat-talb ghanja tkun imwaqqfa madwar il-qabar tas-Salvatur, illi tkun ta' grad gholi, ta' nefqa kbira u manifka, illi tista tghaddi lill-ohrajn kollha fil-gmiel u illi l-bcejjec tal-bini jkunu jghaddu l-isbah edificcju f'kull belt ta' l-imperu", insibu l-arkitetti, li fi hsiebhom giet imhollija din il-bicca xoghol ta' l-aqwa, jhozzu u jibnu knisja ta' ghamla tonda12.


Ghalhekk Grognet bhala arkitett jinqala hasibha wisq tajjeb illi t-tempju li kellu jaghti qima lil Marija tielgha s-sema mill-qabar taghha ma setax ikun isbah u qieghed mahsub ahjar minn dak ta' ghamla tonda.


Barra minn dan ma jridx wiehed jinsa illi dik kienet il-ghamla li ghogbitu l-iktar lill-Kappillan.


Testment u mewt ta' Calleja


Ghad illi l-kappillan Callejja kien hekk thabat ghall-bini ta' dan it-tempju gdid, l-imsejken ma kellux ix-xorti li ghallanqas jara titqieghed l-ewwel hagra tieghu. Huwa kien ragel kbir u misjur bix-xoghol, u sahtu bdiet issa tonqos sewwa, tant illi fl-20 ta' Jannar 1833 ghajjat lin-nutar biex jaghmel it-testment. Ghandu testment twil hafna u li minnu ngibu biss dak li jidhrilna.


Mela wara li rrikmanda ruhu lil Alla, lil Marija Santissima, lill-Qaddisin u lil Angli tas-Sema, halla x'ghandu jsir minn gismu katavru, fuq dak li huwa funeral u dfin, u haseb ukoll ghal quddies ghal ruhu. Imbaghad bhala wiri ta' qima halla rbighi (20 habba) lil-Gvern ta' Malta, irbieghi lil Isqof tad-Djocesi u rbieghi iehor lil Kleru tal-Knisja ghal darba. Wara li (p.133) mbaghad tkellem minn niesu u minn dak li kellha x'taqsam id-dar tieghu, kompla jghid:-

"U billi hemm bzonn kbir illi tinbena knisja parrokjali fil-Mosta, mhux biss il-ghaliex dik li hemm ma ghandhiex zmien twil imhabba li hija mibnija hazin, imma wkolll ghaliex saret wisq zghira u ma tistax tilqa n-nies tar-rahal imhabba li kibru hafna fil-ghadd. Ara kemm hu hekk illi fil-funzjonijiet, l-iktar dawk li jigbdu kotra ta' nies, hafna minn dawk li jigu l-knisja jkollhom jibqghu barra, u l-bicca l-kbira jinhtigilhom jirtassu huma u jrossu lill-ohrajn, haga li ggib xi tigrif u dejjem b'hafna hsejjes u nuqqas kbir ta' qima gewwa l-knisja. Dan in-nuqqas ma jistax jissewwa hlief bil-bini ta' tempju gdid u kbir bizzejjed li jesa' u jilqa' lin-nies kollha li issa fih ir-rahal."


Hawn wara li tkellem mill-kumitati li gew maghzulin, mir-reskritti ta' l-Isqof u permessi tal-Gvernatur, li kollha tkellimna minnhom, kompla jghid:-

"ghalhekk billi opra hekk kbira u ta' nefqa titlob somom kbar ta' flus, dak li qieghed jaghmel dan it-testment biex ikun ta' bidu u ghajnuna lill-knisja kif ukoll biex iheggeg u jqajjem il-hrara u tjubija tal-Mostin biex ighinu rwiehhom kemm jistghu ghal bini taghha; bl-ikbar solennita ghamel u b'lehnu stess ihalli l-imqaddsa fabrika tal-knisja parrokkjali tal-Mosta bhala werrieta tieghu universali fuq kollu kemm hu l-gid tieghu stabbili u mobbili. Jekk jista jkun din il-knisja ghandha tkun ta' ghamla tonda u ghat-twaqqif taghha ga ttiehdu r-rikorsi quddiem is-superjuri tal-knisja u tal-Gvern biex dawn jaghtu r-rieda taghhom.


Ghall-istess haga tinsab ukoll imwaqqqfa, mill-Kappillan kaxxa bi 3 imfietah mizmuma fit-tezor tal-knisja parrokkjali u li fiha somma ta' 8423 skud, 2 irbieghi u 8 habbiet, flus ta' Malta li huma kolonnati spanjoli u bcejjec ohra inglizi, maltin u sqallin. Dawn il-flus kienu moghtijin minn dak li qieghed jaghmel it-testment, fl-atti tas-7 t'Awissu li ghadda; u dawk (p.134) li ghandhom l-imfietah kienu wkoll imwettqa minn Monsinjur Isqof, fl-imsemmija lista tal-ministri tal-knisja.


Ghalhekk igieghel l-imsemmijin ezekuturi u Deputati li mill-iktar fis wara mewtu, jiktbu f'atti ta' nutar kollha kemm huma l-artijiet, kapitali, flus, dak li ghandu jiehu, u hwejjeg tad-deheb u tal-fidda li huwa l-werriet taghhom u jqeghdu dak kollu li jdahhlu fl-imsemmija kaxxa biex imorru ghal bini ta' l-imsemmija fabrika".13


Ma ghandniex ghal fejn insibu kliem iehor, ghax dan it-testment juri bic-car kemm sewa l-qatt minsi Kappillan Calleja ghal bini tar-Rotunda.


Fl-20 ta' Frar 1833, gheluq ix-xahar wara li ghamel dan it-testment, ir-ruh tajba ta' dan il-Kappillan ittajret lejn Alla wara 82 sena hajja fuq din l-art, u li l-ahhar sitta u tletin minnhom kienu mghoddija fil-hidma ta' raghaj f'dan ir-rahal. Il-mewt tieghu xehtet lil Mosta fi swied ta' qalb kbir u wara li sarlu funeral mill-aqwa, il-kadavru tieghu gie midfun fil-knisja l-qadima quddiem l-altar tal-Lunzjata f'qabar li kien hallielu l-Isqof Fra Vincenzu Labini, b'reskrit tat-3 ta' Frar 180614.


Ghazla ta' Schembri


Bustijiet tal-Kappillani Dun Felic Calleja u Dun Gammari Schembri Iz-zewg Kappillani fundaturi tar-Rotunda: il-Kappillan Dun Felic Calleja u l-Kappillan Dun Gammari Schembri. Dawn il-bustijiet huma parti mill-monumenti li l-knisja waqfitilhom fl-1953. Id-disinn u skultura huma tas-Sur Spampinato u qamu dak iz-zmien £600.

Meta l-Kappillan Calleja kien beda jghejja bix-xjuhija, ried illi jkollu kugitur, jigifieri bniedem li jghinu u jaghmel minfloku s-servizzi tieghu. Ghal dan il-post gie mahtur il-vici-parrokku tar-rahal Dun Gamm Schembri, kif ga iltqajna ma ismu fir-rikorsi li semmejna. Minn kitba maghmula l-Belt fil-15 ta' Novembru 1822 quddiemm in-Nutar Frangisk Cremona, niehdu illi Dun Gamm Schembri laqgha li jkun kuggitur ta' Calleja, bit-tama li wara jilhaq kappillan hu (Atti ta' Dr. F.Chetcuti tal-20 ta' Jannar 1833). Schembri dam kugitur ta' Calleja fuq il-ghaxar snin u barra (p.135) milli tista tghid kellu fuq spallejh il-parrocca, dan l-ahhar kien jithabat hafna ghall-knisja l-gdida.


Wara l-mewt ta' Calleja, l-Isqof ghazel lil Schembri bhala raghaj gdid tal-Mostin, u fl-10 ta' Marzu 1833, ha l-pussess fil-knisja l-qadima. Inzerta tajjeb ukoll issa illi t-tempju li kellu jaghmel unur lill-Mostin kien imholli biex jinbeda minn Kappillan mill-Mosta.


Tassew li l-mejjet Calleja halla kemxa gmielha ghal dan it-tempju, imma dik ma kenitx hlief ghal dak li hu bidu u ghalhekk issa kien jinhtieg kap jinqala sewwa biex jaghti bidu u jkompli xoghol hekk kbir u gdid ghal gzira taghna; u ghal dan, Dun Gamm kellu ghaqal u hegga bizzejjed, kif issa l-qarrej jista jara ghalih innifsu.


Xoghol tal-bidu – Kien ghadu ma jista jsir xejn qabel jaqtghuha l-periti tal-kummissjoni. Imma dawn ma damux ma baghtu r-relazzjoni taghhom li waslet qabel ha l-pussess il-Kappillan il-gdid. Dan hu li qalu:15


"Ahna, li isimna jidher hawn taht, maghzulin mis-sinjuri Deputati tal-fabbrika tal-knisja tal-Mosta, biex inghidu jekk id-disinn tal-knisja ta' ghamla tonda msaqqfa, b'koppla, maghmul mill-arkitett inginier is-Sur Gorg Grognet, jistax jinhadem hekk kif isiru l-fabriki f'din il-gzira.


Wara li rajna sewwa d-disinn (minghajr ma nindahlu fih) sibna illi l-hitan huma wisghin bizzejjed biex jifilhu t-tefgha u l-ghafis tal-koppla. Jidhrilna wkoll, illi barra minn xi tibdila zghira l-imsemmi disinn jista jinhadem imbasta l-fabrika tigi mibnija b'hagra mill-ahjar, u li l-hitan, l-iktar il-mili taghhom isiru bil-ghaqal li jinhtieg. (p.136)


Guzepp Bonavia – Kapumastru
Kalcedon Bonavia – Skrivan tax-xoghol
R.Loorkathen
Mikiel Cachia
Vincenzu Sammut
Gejtanu Xerri16.
Fis-27 ta' Frar 1833."


Dan ma kienx bizzejjed ghaliex il-pjanta giet ezaminata wkoll mill-kap ta' l-inginieri nglizi; u s-Sur J.Elpherstone Bart, fil-15 ta' Marzu 1833, kiteb mill-ufficju tar-Royal Engineers ta' Malta fejn, bhall-ohrajn, qal illi l-hitan huma wisghin bizzejjed biex jifilhu l-koppla, mbasta jkunu maghmulin minn hagar u tajn tajjeb u jinbnew bil-ghaqal17.


Dawn ir-relazzjonijiet ghalqu l-hluq ta' dawk kollha li bhalma rajna riedu jfixklu lid-disinn ta' Grognet u ghalhekk fil-21 ta' Marzu 1833, id-Direttur tax-xogholijiet pubblici baghat il-permess biex "jinbeda x-xoghol tal-knisja fuq id-disinn ipprezentat u approvat mill-Gvern."


Dahal April, dak ix-xahar sabih tar-Rebbiegha li fih is-sigar u x-xtieli jibdew jarmu u jifthu l-weraq taghhom, meta fil-Mosta nfetah ukoll ix-xoghol tar-Rotunda, li kellha, wara hafna snin, taghmel ghamara l-aktar sabiha ghal dik il-Warda Misterjuza, l-Vergni Marija.


Issa nigu ghal dak li huwa ftehim fuq id-drittijiet ta' l-arkitett. Hawn ahna ndawru mit-taljan ghal malti, l-ittra ta' l-istess arkitett, biex il-qarrej jista jara b'ghajnejh x'ragel mill-ahjar kien dana Grognet. Dan hu li kiteb: (p.138)


Il-Mosta, 16 t'April 1833.
Lill-Onorevoli Sinjuri Deputati tal-Mosta.

Gorg Grognet, arkitett inginier, juri bil-qima kollha illli ghad li huwa qal mill-bidunett quddiem id-dinja kollha, illi jrid iqieghed hiltu kollha u jaghmel kull ma jista ghal bini tal knisja l-gdida, dan ghandu jiftiehem, illi huwa qatt ma haseb illi jkun irid iktar mill-hames wahda ta' dawk id-drittijiet illi l-ligijiet civili jhallu lill-arkitett f'xoghlijiet bhal dawn. B'din il-hames wahda minn dak li haqqu huwa mhux biss ma hu sejjer jaqla xejn, imma sa jkollu johrog mill-but kif sejjer juri:

  • L-ewwelnett, imhabba dan ix-xoghol, kellu jibghat disa' skulari li kellu taht idejh fil-belt Valletta. Minn dawn kien jaqla bictejn (8s 4d.) fix-xahar minn kull wiehed, li jaghmlu 18 irbieghi (2s. 6d.) kuljum. Issa llum iwieghed li joqghod b'10 irbajja (16 il sold u 8 habbiet) kuljum, li huma biss ghal dak li huwa ghajxien. Ghalhekk ma jidhirlux li qieghed jitlob wisq lil din il-laqgha ta' sinjuri Deputati, li jafu jirragunaw sewwa.
  • It-tieni, huwa, fil-Belt, sejjer ihalli hafna hwejjeg u xogholijiet li jhallulu qliegh ta' ghajxien kif jixraq, minghajr ma jkollu bzonn johrog mill-Belt ghal tliet snin u minghajr ma jkollu jbiddel l-arja u joqghod fil-berah, fix-xemx, ecc.
  • It-tielet, hu ma jista qatt jghid li ma jhossux onorat hafna bil-ghazla tad-disinn tieghu, u bit-twemmin tal-hila tieghu, u iktar u iktar talli giet imhollija lilu difna ta' qima fil-knisja l-gdida. Imma billi l-bniedem ma jghix biss bil-hobz, hekk ukoll huwa car illi l-glorjua wehidha mhix bizzejjed biex taghti l-bniedem kull ma jinhtieglu biex ighix, ma nghidx biex ikollu ghal hela, imma ghal dak li ma tghaddix minghajru. Ghalhekk biex ghall-anqas ikollu dak li jinhtieg, huwa ma jahsibx li jkun qieghed jitlob wisq lil din il-meqjuma Deputazzjoni li taf tahsibha tajjeb, meta jitlob 300 skud (£25) illum u ghal darba (p.139) wahda, sabiex bihom ikun jista jkompli kelmtu f'xi hwejjeg li ma jistax ihallihom li ghandu fil-Belt, u jixtri dawk il-hwejjeg li ma jistax ighaddi minghajrhom, bhalma huma lbiesi ecc., u hekk joqghod biss, bla tfixkil jew hsibijiet ohra, ghax-xoghol kbir tat-tempju l-gdid.
  • Jitlob imbaghad, 10 irbajja (16 il sold u 8 habbiet) kuljum zmien tliet snin, illi fihom trid tinbena l-knisja.Dawn jigu mhallsin bix-xahar lura, millum l'quddiem, bla ma jitlob dak li jisthoqqlu tax-xogholijiet li ghall-imghoddi qaghad jaghmel minghajr ma waqaf ghat-tempju l-gdid.
  • Lanqas ma jahseb li jkun qieghed jitlob wisq, meta jxebbah ruhu bhala wiehed mill-haddiema, ghad li huwa l-kap, dak li ddisinja u mexxa kollox, u li minn mohhu u minn idejh ghandhom johorgu l-iktar intitef zghar tal-fabrika li gejja, li bhalma huma hafna d-disinji, profili ta' kull xorta u modelli fil-kobor. Dawn l-10 irbajja kuljum jintelghu 100 skud (~£8-6-8) kull erba' xhur, u fi tliet snin igibu sewwa 900 skud (£75), illi dawn mat-300 skud (£25) illi jitlob illum ghal darba biss, jaghmlu kollox 1,200 skud (~£100). Din somma li mhix iktar mill-hamsa l-wahda ta' 6,000 skud (£500) illi l-ligijiet ihallu bhala drittijiet f'haga bhal din lill-arkitett, jigifieri 2,000 skud (£186-16-8) tad-disinn u ta' dak li ghamlu, 2,000 skud ghal bidu tal-bini, u 2,000 skud meta jispicca x-xoghol kollu tal-fabbrika. Dan juri kemm hu tassew ftit dak li qieghed jitlob.
  • Fl-ahharnett, ghandu l-unur li jghid, illi kieku kien ghani, jew tal-anqas mhux maghfus min-nuqqas kbir ta' haqq min-naha ta' missieru u ommu, jew kieku kien jinsab mhux hekk batut, kieku lanqas din il-hamsa wahda ma kien jitlob lil din l-iktar meqjuma Deputazzjoni, illi hekk kif titlesta l-fabrika zgur li din (d-Deputazzjoni) ma kenitx sejra tonqos u ma tatihx minn jeddha somma biex turi qalbha, u din is-somma kienet dejjem tkun tal-anqas daqs il-hamsa wahda ta' 6,000 skud.

(p.140) Dan hu dak illi l-iktar mahbub arkitett taghkom ghandu llum l-unur igib quddiemhom, filwaqt li bir-ragun kollu joqghod itella u jnizzel xi jkun li jhoss jekk ikollu jitlaq l-opra kbira li ga nbdiet hekk bit-tajjeb, kieku intom ma tatuh xejn (li ma jistax ikun) jew tnaqqsulu minn dak li hu bl-umilta kollha talab li ghandu bzonn; filwaqt li bir-rispett kollu u b'vera stima, ghandu l-ikbar unur li jghid, Deputati l-iktar onorevoli.


Il-qaddej fidil taghkom, l-iktar baxx, devot u mahbub,
L-inginier Arkitett
Gorg Grognet18."


Kif naraw aktar il-quddiem id-Deputati laqghu t-talba ta' Grognet, li bhalma seta jara il-qarrej ma kienx qieghed jitlob hlief li jghix biex jista jahdem din l-opra. Ghalhekk wara li sar it-thaffir ghall-pedamenti waslu ghat-tqeghid ta' l-ewwel hagra.


Tqeghid ta' l-ewwel hagra


Din il-festa sabiha saret ghall-ahhar ta' Mejju, xahar imqaddes lill-Madonna. Il-funzjoni giet maghmula minn Dr. Dun Salv Lanzon, Vigarju Generali ta' l-Isqof, bis-setgha ta' dan id-degriet li gej:-


"Ahna Dun Frangisku Saverju Caruana, ghal grazzja t'Alla u tas-Sede Apostolika, Arcisqof ta' Rodi, Isqof ta' Malta, Prelat Domesticu u Assistant fit-Tron Pontificju tas-Sinjur taghna, ghal providenza t'Alla Papa Gregorju XVI, lill-hekk ghaziz taghna f'Gesu Kristu l-Ill.mu u Rev.mu Dun Salv Lanzon S. Th. D., Arcidjaknu tal-knisja taghna Katidrali u Vigarju Generali taghna, insellmulek fis-Sinjur.


(p.141) Billi ghat-talba ta' Rev.mu Dun Gamm Schembri, Kappillan tal-Mosta u tan-nies ta' dak ir-rahal, fil-pjazza ta' l-istess Mosta tad-Djocesi taghna ghandha tinbena knisja gdida taht l-isem ta' l-Assunzjoni ta' l-Imqaddsa Marija Vergni, ahna billi ghandna hwejjeg ohra iktar ta' htiega x'naghmlu u ma irridux immorru hemmhekkk ahna stess, lilek nahtru u naghtu is-setgha biex skond ir-rit u skond kif inhi il-pontifikal u ir-ritwal ruman, tqieghed l-ewwel hagra bhala bidu ta' l-istess knisja.


Irridu illi inti tqieghed fl-arkivju tal-Kurja taghna din l-ittra ta' hatra taghna u maghha dokument pubbliku tal-funzjonijiet li jsiru u tibghat lilna kopja vera.


Moghtija fil-Palazz taghna Arciveskovili tal-Belt Valletta fid-29 ta' Mejju 1833.
Frangisku Saverju, Isqof ta' Malta
Nutar J.E.Metopoli
Kancellier"


Sebah l-ghada, il-Hamis, it-30 ta' Mejju, hmistax fuq Lapsi; ziffa mil-lvant ksiet is-sema bis-shab u nizlet ukoll xi rxixa l'hawn u l'hemm, filwaqt li l-Mostin kienu qeghdin ilestu r-rahal taghhom ghall-festa kbira li kellha ssir dakinhar. Fuq dak li sar, inqeghdu quddiem il-qarrej din id-deskrizzjoni li dehret bl-ingliz u t-taljan fil-Gazzetta tal-Gvern ta' dik il-gimgha u li tghid:


"Nhar il-Hamis li ghadda, it-30 ta' Mejju, fl-erba' ta' wara nofs inhar giet imqedgha b'wirja u cerimonja kbira l-ewwel hagra tal-knisja l-gdida parrokkjali li sejra tinbena fil-Mosta. Il-ghamla tonda ta' dan l-edificju, li mhix bhal dawk il-knejjes ewlenin tal-Gzira, u l-gmiel u l-kobor tad-disinn tieghu kienu l-htija li gieghlu illi din l-festa tat-tqeghid ta' l-ewwel (p.142) hagra tkun xi haga kbira, u l-jum kien wiehed ta' ferh ghan-nies kollha, imma l-iktar ghal dawk tal-Mosta. Ghal din il-festa mar il-Lwogotenent Gvernatur, bin-nies ta' madwaru u hafna min-nies l-aktar rispettabli tal-Gzira, Inglizi kemm ukoll Maltin; Deputazzjoni maghmula mill-Kumitat tal-bini, il-Kleru u l-iktar nies maghrufa tar-rahal laqghu lil Gvernatur taht ark trijonfali mwaqqfa ghal dakinhar, u mbaghad, imdawwar b'kull qima u rispett, gie mehud minn hemm ghal fejn kellha titla l-Knisja. Il-Wisq Reverendu Arcidjaknu Dr. Salvatur Lanzon, Vigarju Generali, kien ghal ta' l-apposta mahtur mill-Arcisqof, Isqof tad-Djocesi biex jiccelebra f'din il-funzjoni solenni; u hekk kif waqfet il-purcissjoni fuq il-post, il-Kancillier tal-Qorti ta' l-Isqof qara' l-ittra tad-delegazzjoni.


Sar it-talb tas-soltu madwar il-pedament tal-knisja l-gdida, u giet imqeghda l-hagra kif imur u bis-solennita kollha, filwaqt li tahtha tqeghdu l-flus taz-zmien li ahna fih. Hekk kif spiccat ic-cerimonja l-Vigarju Generali tela' fuq il-pulptu, li kien imwaqqaf ghal ta' l-apposta magenb il-hagra u tkellhem fuq il-festa ta' dakinhar; u kliemu heggeg bl-imhabba l-kotra ta' nies li kien hemm migbura gewwa l-Mosta ghal din il-funzjoni li tigbdek.


Il-flus ghan-nefqa tat-twaqqif ta' din l-opra qaddisa huma l-bicca l-kbira minn fundazzjoni kbira mhollija mill-mejjet Dun Felic Calleja, illi dan, fiz-zmien twil li dam Kappillan tal-Mosta, ra b'ghafsa ta' qalbu illi kien hemm bzonn ta' knisja akbar, biex isiru dawk id-dmirijiet tar-ruh tal-merhla tieghu u ghalhekk wiehed jista jghid illi huwa kien l-ewwel wiehed li qanqal dan ix-xoghol.


Dan ix-xempju, hekk tajjeb u hiereg mill-qalb, gieb warajh somom ta' flus min-nies l-iktar li jistghu tad-distrett; u l-gibda li n-nies ghandhom ghal din il-bicca xoghol xeghlithom hekk illi dawk li ma jistghux ighinu bil-flus, qalu minn (p.143) jeddhom li jridu jahdmu fil-btajjel u meta ma jkollhomx x'jaghmlu, sa ma titlesta l-fabrika19."


Mill-banda l-ohra l-Awtorita Ekklesjastika ma baqghetx ma hallietx tifkira ta' dan il-jum ghaziz, u ghalhekk inkiteb dan id-dokument20 li ahna ngibu mil-latin ghal malti:


"Bhala tifkira tat-30 ta' Mejju 1833.

Fl-isem t'Alla hekk ikun.

L-Ill.mu u Rev.mu Dun Salv Lanzon, Gharef fis-sagra teologija arcidjaknu tal-knisja Arciveskovili u Katidrali ta' Malta u Vigarju ta' Dun Frangisk Saverju Caruana, Rev.mu Arcisqof ta' Rodi u Isqof ta' din id-Djocesi ta' Malta, bhala wiehed maghzul ghal ta' l-apposta mill-imfahhar Isqof, kif jidher mid-dokumentarju ma hawn imwahhlin, gie fil-pjazza tal-Mosta fejn in-nies ta' dan ir-rahal behsiebhom jibnu knisja gdida taht l-isem tal-B. Vergni Marija fejn kien hemm imqieghed salib ta' l-injam.

Wara li libes bl-amittu, alba, stola, kappa bajda u mitra, l-imsemmi Vigarju qieghed solennement, quddiem in-nies, l-ewwel hagra bhala bidu ta' l-istess knisja skond kif ighid ir-Ritwal Ruman, wara li kien berikha bl-ilma u skongraha bil-melh. Ordna lili Kancillier hawn taht iffirmat illi naghmel dokument publiku ta' dak li ghedna.

Kien hemm il-Kanonku, Kugitur tal-Knisja mqaddsa tal-Katidral Dun Guzepp Sapian, Gan Batist Mifsud J.U.D., Saverju Galea M.D., in-nutar Frangisk Chetcuti J.U.D. u hafna ohra mill-kleru u min-nies. Hekk hu.

Fortunat Dalli, Kancellier"


(p.144) Ghaddiet il-festa, spicca l-ferh ta' dak il-jum imma s-sobgha li hallielhom l-Isqof ma ntesietx hekk malajr. Din il-bicca li l-Isqof baghat il-Vigarju tieghu ghal funzjoni ta' bidu ta' bicca xoghol hekk kbira, ma daqqet xejn tajjeb il-ghaliex kienu jafu illi huwa qatt ma ried li ssir ir-Rotunda ta' Grognet, imma dik li ghamel il-perit li ghazel hu. Daqskemm soghbihom fuq l-Isqof daqshekk iehor ferhu bil-Gvernatur; ara kemm hu hekk illi ltqajna ma disinn ta' ark trijonfali21 bhal dawk il-qodma ta' Ruma, li Grognet haseb li ghandu jitwaqqaf fil-bidu tar-rahal. Fuq il-hnejja tal-bieb ta' dan il-ark hemm kitba bil-latin li tfisser:-

Lill-Frederik Cavendish Ponsonby Pro-Gvernatur ta' Malta illi taht il-Protezzjoni tieghu gie mibdi il-pedament ta' din il-knisja ewlenija ta' dan ir-rahal in-nies tar-rahal (jixtiequlu) hena bla tmiem.


Jinghad illi dan Ponsonby ghamlilhom kemm il-zjara huwa u sejjer ix-xoghol, u kien tahom ukoll xi ghodod u armar li kienu jinhtiegu.


Kuntratt ma l-Arkitett


Wara li ghaddew fuq xahar u nofs mit-tqeghid ta' l-ewwel hagra waslu biex fl-ahhar il-ftehim li sar ma l-arkitett jitnizzel f'kuntratt. Fid-19 ta' Lulju 1833 dehru quddiem in-nutar Dr. Frangisk Chetcuti, min-naha l-wahda l-Kappillan Dun Gammari Schembri, Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut u Dun Guzepp Tonna bhala esekuturi tal-fondazzjoni tal-mejjet Kapppillan Dun Felic Calleja u (p.145) min-naha l-ohra l-inginier arkitett Gorg Grognet. Biex ma ntawlux nigbdu fil-qosor il-ftehim li sar f'dan il-kuntratt twil. Dawn kienu:-

  • Illi l-arkitett jaghmel fil-kobor u bil-kuluri l-pjanta ta' l-edificju kollu, kif ukoll disinn tal-faccata. Ghal dan kellu zmien sitt xhur minn dik inhar. Huwa ghandu jaghmel il-mollijiet kollha tal-kapitelli, bazi, gwarnici ecc. ghall-imghallmin u ghall-iskultur. Id-disinji ghandhom ikunu moghtija lid-Deputati tal-fabbrika biex juruhom periti prattici li jghidu jekk humiex sewwa jew jekk ghandhomx jimtessu qabel ma jsir ix-xoghol fuqhom.
  • Kull meta jmur il-Belt, kemm biex jaqdi l-htigijjiet tieghu u kemm ukoll ghal htigijiet tal-fabrika, l-arkitett ghandu sa ma jerga jigi jhalli d-disinji lesti ghand il-Kapillan biex ma jieqafx ix-xoghol taghhom. Jekk ikollu bzonn iwarrab, jew inkella f'kaz ta' mewt, u la hu, u la l-werrieta, u lanqas haddiehor ma jista johrog barra mill-Mosta dawk id-disinji kollha li jkun ghamel.
  • L-arkitett ma jistax ihalli l-Mosta iktar minn gimgha fix-xahar.
  • Fl-ahharnett huwa ghandu joqghod ghal dak li huwa mehtieg, ikun dejjem lest u ma jonqos f'xejn biex l-opra tohrog sewwa minn kollox kif jitlob l-unur tieghu u r-regoli ta' l-arti.
  • Mill-banda l-ohra d-Deputati jweghdu illi jaghtu lill-arkitett is-somma ta' 300 skud ghal darba, u 25 skud fix-xahar zmien tliet snin biss illi b'kollox jintelghu 1,200 skud, hekk kif talab hu stess fiz-zewg ittri li baghat lid-Deputati, wahda fis-16 ta' April u l-ohra fid-9 ta' Lulju ta' l-istess sena ta' dan il-kuntratt.
  • L-arkitett, ghan-nom tieghu u ghan-nom tal-werrieta (p.146) tieghu, jaghti minn jeddu lill-fabrika, dawk id-drittijiet l-ohra li jisthoqqulu u li tatieh il-ligi (jigifieri l-bqija tas-somma ta' 6,000 skud li bid-dritt imissu lilu).
  • L-arkitett jghid li ha minn ghand il-Kappillan Schembri kaxxier tal-fabbrika, is-somma ta' 375 skud, 100 skud minnhom taht l-ircevuta li ghamel fit-18 t'April li ghadda, u 275 skud moghtija lilu dak il-hin. Dawn it-300 skud li gew moghtija lilu wara dak li ghedna huwa halla lill-fabbrika, u l-75 skud l-ohra tax-xhur li ghaddew mill-1 t'April sal-ahhar ta' Gunju li ghadda.
  • Wara li jghaddu t-tliet snin li l-arkitett ikun qieghed jiehu dawk il-25 skud fix-xahar, huwa wieghed illi jibqa' jahdem b'xejn sa ma titlesta l-fabrika.
  • Jekk jieqaf ix-xoghol ghal xi xhur jieqaf ukoll il-hlas tax-xahar, li jerga' jibda mal-bidu tax-xoghol u jibqa' sejjer sa ma tintela s-somma ta' 1,200 skud.
  • Fl-ahharnett l-arkitett ghandu d-dritt illi jaghnel minn butu qabar ghalih u ghal martu u nisa ohra li jista jizzewweg wara. Dan il-qabar ikun fir-Rotunda u fih ma jindifen hadd izjed.

Xoghol u Hlas22


Mill-ewwel ktieb fejn gew imnizzlin l-ewwel haddiema tal-knisja niehdu illi l-ewwel imghallem kien Guzepp Mangion minn Birkirkara. Billi mit-tieni sas-sitt ktieb tal-kontijiet huma mitlufin ma stajniex naqbdu sewwa meta dahal minfloku l-imghallem Anglu Gatt taz-Zejtun, li kellu x-xorti illi jkompli hu l-knisja. Nafu biss illi fil-ktieb Nru. 7 li jibda minn Frar ta' l-1837 Mastr'Ang kif kienu isejhulu kien imnizzel bhala l-imghallem tal-fabrika.


(p.147) Bhalma ghedna x-xoghol beda jsir mill-ewwel t'April. Fis-Sibt 13 t'April 1833 gew imhallsin 29 haddiem. Is-Sibt 11 ta' Mejju hadu l-paga 48 haddiem ta' dik il-gimgha. Il-haddiema baqghu dejjem jizdiedu, hekk illi fl-ahhar gimgha t'Awissu 1833 gew imhallsin 57 haddiem, barra minn 9 ohra tal-hagar. Mill-kontijiet li jidhru fl-ewwel ktieb insibu illi dawk id-39 haddiem kienu mhallsin tal-jum tax-xoghol kif sejrin inghidu:


L-imghallem kellu 6 irbghajja u karlin (li jigu 10 soldi u 10 habbiet); 6 haddiema kellhom 6 irbghajja (10 Soldi); 3 haddiema kienu mhallsin 5 irbghajja u karlin (9 soldi u habtejn); 6 ohra kellhom 5 irbghajja (8 soldi u 4 habbiet); 3 bl-4 irbghajja u karlin (7 soldi u nofs); 14 imhallsin bl-4 irbghajja (6 soldi u 8habbiet); haddiem iehor bit 3 irbghajja (5 soldi); 2 haddiema 2 irbghajja u karlin (4 soldi u habtejn), iehor kellu 2 irbghajja (3 soldi u 4 habbiet) u ta' l-ahhar kellu 24 habba (2 soldi)23.


Il-hlas kien ta' kemm tahdem u nsibu illi l-istess imghallem meta jaghmel 5 ijiem u tliet kwarti, ma jehux ta' 6 ijiem. Wara li kien ilu sejjer ix-xoghol xi 6 snin lill-Mast'Ang ghamlulu 9 irbghajja kuljum (xelin u 3 soldi). Fil-bidu ta' Settembru 1842 tawh iz-zieda u ghamlulu skud kuljum. Imbaghad tlettax-il sena wara, f'Settembru 1855, tawh 13 irbghajjja (skud u 20 habba) kuljum u milli jidher baqa sejjer b'din il-paga sa l-ahhar. L-iktar li jaqla haddiem f'dawk is-snin kien xelin kuljum. Meta l-knisja bdiet tiela sewwa u l-hagar bdew itellghuh bil-katina minn wara l-kampnar tal-punent niltaqghu mal-haddiema li kienu jigbdu l-katina li kienu mhallsin bi 3 karnijiet (2 ½ d) ghal kull barkata li (p.148) jtellghu. Sat-13 t'April 1833 il-hlas tal-haddiema ntelgha 74 skud u 3 irbghajja (£6-3s 9 ½ d); u sa l-10 t'Awissu ta' l-istess sena n-nefqa lahqet 3,344 skud u rbghajjen (£278-13s 7 ½ d). Il-hlas tal-barriera beda jintelgha fuq 80 skud (£6-13-4) fil-gimgha.


Imma l-ikbar xoghol mill-bidu sat-tmiem tal-knisja baqa ma thallasx. Dan kien ix-xoghol li kotra shiha ta' Mostin kienu ta' kulljum jahdmu b'xejn, l-iktar fil-Hdud u l-btajjel kollha tas-sena.


Il-hagar kienu jaqtghuh minn ta' Dulambrot in-naha tal-Kuncizzjoni jew it-Torri tal-Kombu, f'tarf ir-rahal. Kull min jaghti daqqa ta' ghajn lejn dak il-gmiel ta' kulur (isfar jaghti fl-ahmar) tal-knisja minn barra ghandu mill-ewwel jara kemm kienet tassew ghazla sabiha ta' din il-hagra tal-franka li rnexxiet tassew.


Il-gid ta' Calleja


Il-kappillan Dun Gam Schembri u mieghu Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut u Dun Guzepp Tonna ghamlu rikors lil Gvern fejn qalu illi, bhala esekuturi tal-fondazzjoni tal-Kappillan il-mejjet Dun Felic Calleja, gew imqabdin biex ibieghu r-raba' u l-bini li halla, biex b'dak li jdahhlu minnhom ikomplu x-xoghol tal-knisja li kienet tinbena. U billi ma setghux ibighu hlief ftit minn dak ir-raba' u bini u sabiex jehilsu mill-eqreb fis minn dak li kien fadal hasbu li jtellghuh lotterija fuq l-istima maghmula mill-perit Vincenzu Sammut24. Ghalhekk kitbu li jkunu jistghu jaghmlu din l-lotterija u fit-3 ta' Lulju 1835, il-Gvern taghhom il-permess li talbu.


Il-premjijiet kienu tlieta. L-ewwel wiehed kien maghmul minn tliet bicciet art u tlitt idjar; dan il-premju kien stmat (p.149) 2,620 skud. It-tieni premju kien maghmul minn dar u erba' bicciet raba' dan kien premju li jiswa 2,630 skud. It-tielet premju kien maghmul minn dar u erba bicciet raba. Il-biljetti l-ewwel premju kienu jinbighu xelin il-wiehed; u wiehed mill-kondizzjonijiet li ghamlu kien illi ma jtellghuhx qabel ma tingabar is-somma tal-premju bl-ispejjez li jilhqu mieghu u min jirbah ikun mitlub biex jekk joghgbu jaghti xi haga ghat-"Tempju illi qieghed jinbena illi lejh jidher bic-car illi hija moghtija l-qalb ta' kulhadd".


Mir-registri fl-arkivju tal-knisja li gew f'idejna naraw illi l-ewwel lotterija kienet imqassma minn 4,577 biljett ta' xelin. L-ismijiet li hemm juru illi ttiehdu hafna biljetti minn kull xorta ta' nies tal-Gzira kollha; imma billi mhux zgur ittiehdu nofs il-biljetti, fis-6 xhur li kellhom zmien, ghandna nahsbu illi din il-lotterija baqghet ma telghetx. Il-ktieb tat-tieni u t-tielet lotterija saru wkoll ghalxejn, u ghalhekk ma nafux kif baqghu biex gabru l-flus ta' dak ir-raba u l-bini.


Minn relazzjoni ta' l-Isqof Caruana tal-25 ta' Novembru 1834, imwettqa minn dak li qalu d-Deputati tal-knisja l-gdida, niehdu illi l-gid li Dun Felic halla ghal fabrika kien, b'dawk it-8,000 skud tal-kaxxa, jilhaq madwar 26,000 skud (£2,166-13-4)25. Minn relazzjoni ohra ta' kawza li saret f'Ruma ma nsibu li kien jasal 25,000 skud; filwaqt li rikors iehor maghmul fl-1841, id-Deputati qalu li l-fundazzjoni tal Calleja kienet tlahhqa madwar 20,000 skud (£1,666-13-4)26.


Itlob u erga itlob


Ma lahqux ghaddew iktar minn (p.150) tmintax-il xahar mill-bidu tal-bini meta d-Deputati bdew ihossu illi jekk iridu jibqghu sejrin bix-xoghol kellhom bzonn jahsbu minn mnejn sejrin idabbru l-flus. X'ghamlu? Fis-6 ta' Settembru 1834 il-Kappillan Schembri, Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut, Dun Guzepp Tonna, l-Avukat Ganbatist Mifsud u n-Nutar Dr. Frangisku Chetcuti ghamlu rikors ghal quddiem il-Papa fejn qalulu bl-istorja kollha tal-knisja l-qadima u l-gdida li kienet tiela'. Qalluli illi l-wirt tal-kappillan Calleja, wara li nqatghu l-ispejjez, ma kienx lahhaq iktar min 10,000 skud ruman, u li ghalhekk x-xoghol tat-tempju kellu bzonn ta' ghajnuniet godda, li ma tantx kien hafif li tigbor imhabba li l-kummerc dik il-habta kien ta' kull sena qieghed jonqos.


Qalulu illi fil-knisja parrokjali u fil-knejjes filjali tar-rahal kienu jinsabu hafna fondazzjonijiet ta' quddies, priedki, ghosrien legati taz-zwieg, patrimonji u hwejjeg tajba ohra bhal dawn. Ghalhekk talbu illi minn dawn il-fondazzjonijiet jittiehdu biss l-elemozini tal-quddies tal-qassisin tar-rahal u xi spejjez ohra li jinhtiegu imbaghad il-bqija tal-flus imorru ghal bini tal-knisja l-gdida. Talbu wkoll illi jekk dak li jhallu dawn ikunu jistghu jipotekaw ir-raba u l-bini tal-knisja biex jisselfu l-flus fuqhom biex jitkompla t-tempju.


Is-sagra Kongregazzjoni tal-Koncilju kitbet lill-Isqof ta' Malta biex ighid dak li kellu jghid fuq din it-talba tad-Deputati tal-Mosta, u ghamlulu wkoll xi mistoqsijiet illi, biex ma ntawlux, il-qarrej jaqra t-twegiba taghhom fir-relazzjoni li gejja.


L-Isqof issa ried ikun jaf dak li gie mistoqsi minn Ruma fuq dak li huwa flus mehtiega u zmien li tiehu biex tinbena l-knisja wiegbu l-arkitett Grognet u l-imghallem Guzepp Mangion; u fuq il-fondazzjonijiet u l-legati l-Isqof halla f'idejn (p.151) il-promutur fiskali tal-Kurja, biex iwiegeb hu. Filwaqt li l-Kurja kienet ghadha tlesti r-rapport taghha, il-qassisin tal-Mosta ngabru lkoll u qalu illi billi kienu jafu li jinhtieghu hafna flus biex titkompla l-knisja l-gdida xtaqu jghinu wkoll huma, u b'hekk iktar ikomplu jhajru lin-nies tar-rahal biex jibqghu jaghtu mill-ahjar li jistghu. Ghalhekk ftehmu li jaghmlu dan li gej:-

  • Il-Kappillan wieghed liema priedki ghandu jaghmel b'xejn u li ssoltu jithallsu; u naqqas minn 30 irbghajja ghal 13 irbghajja hafna ohra li kienu jithallsu hekk. Il-flus li naqqqas hallihom kollha ghall-bini tal-knisja.
  • Mill-banda l-ohra l-qassisin weghdu illi jaghmlu b'xejn l-funzjonijiet tal-festi kollha ta' kull klassi li jsiru matul is-sena, u mill-anniversarji tal-quddies kantat hallew biss ghalihom sitta fix-xahar. Il-frott li jhallu dawn il-funzjonijiet u anniversarji hallewh kollu ghall-fabrika.
  • Zammew il-jedd illi jekk jaqghu fil-bzonn, ikunu jistghu jiehdu l-quddiesa ta' kuljum, kif kienet tinata dak iz-zmien; u zammew ukoll il-jedd fuq il-quddies kantat jew anniversarji li ma kenux taht idejn il-kaxxa tal-knisja.

Din id-dikjarazzjoni, li baghtuha lill-Isqof u lis-Santa Sede giet maghmula fit-13 ta' Novembru 1834 u ffirmata mill-Kappillan Dun Gamm Schembri, u mill qassisin Dun Marin Galea, Dun Gwann Sammut, Dun Guzepp Tonna, Dun Gwann Azzopardi, Dun Mikiel Balzan, Dun Mikiel Deguara, Dun Gamm Tonna, Dun Mattew Chetcuti, Dun Andri Gauci, Dun Gwann Sammut, Dun Guzepp Mamo u Dun Glormu Chetcuti.


Il-promotur fiskali lesta wkoll ix-xoghol tieghu u wara li wera lill-Isqof kif inhuma u ma humiex il-legati patrimonji fondazzjonijiet ohra tal-parrocca, kompla jghidlu: (p.152)

"Meta jiena rajt il-herqa kbira li ghandhom in-nies kollha ta' dak ir-rahal biex issir bicca xoghol hekk kbira, u wara li staqsejt sewwa u sirt naf bit-tbatijiet li ghal din il-haga qeghdin isiru, xtaqt ukoll illi tigi mismugha t-talba taghhom".


Qal ukoll illi l-legati kienu mwaqqfa min-nies ta' dan ir-rahal, ghalhekk haseb li kulhadd, jigifieri, sewwa min waqqaf il-legat, ukoll min ikun sejjer jiehdu, ghandu jbaxxi rasu biex jieqfu ghal zmien dawn il-legati sabiex imorru ghall-bini tal-knisja tant mehtiega.


Issa l-karti kienu lesti u fil-25 ta' Novembru 1834 l-Isqof kiteb lis-Sagra Kongregazzjoni fejn wara li ta' l-istorja tal-bidu tal-knisja, bil-gid li halla l-mejjet Calleja, qal illi l-periti li ghazel hu (li bhalma rajna kienu Grognet u Mangion) qalu illi l-flus li ntefqu kienu madwar 22,000 skud, u li biex titkompla l-fabrika, li haseb li ma kellhiex tieghu iktar minn tmin snin ohra, kienu jinhtieqgu madwar 60,000 skud ohra. (Sewwa jghidu x-xjuh illi Grognet kien jaghmel kontijiet baxxi biex ma jaqtalhomx qalbhomn. Dan jidher car minn dawn il-kontijiet li ghamel issa, sewwa tal-flus kemm taz-zmien, li kien kollox it-terz!).


L-Isqof gharraf ukoll illi l-gbir minn fuq in-nies tar-rahal u nies tajba ohra ma kienx qieghed jizdied iktar minn qabel, li l-knisja ftit iddahhal flus. Ghalhekk jekk ma jarawx kif kienu sejrin jaghmlu biex idahhlu flus izjed ix-xoghol kien sejjer jieqaf, b'dannu kbir tan-nies tar-rahal.


Il-frott tal-legati li d-Deputati talbu li jiehdu ghal fabbrika kienu ta' tliet xorta:

  1. dawk il-patrimonji mhollijin ghal dawk li jridu jsiru qassisin,
  2. legati taz-zwieg, u
  3. legati ta' quddies, festi u funzjonijiet ohra mqaddsa,

U li fuqghom bhalma rajna l-qassisin kienu ngabru u flimkien mad-Deputati ftehmu illi huma lesti li jhallu l-frott taghhom ghal (p.153) fabbrika. Issa wara li taqta dak li kien jinhtieg ghal ghixien tal-kleru, dawn il-legati kienu jhallu madwar 3,000 skud fis-sena ghal-bini tal-knisja. L-Isqof kompla jghid illi b'daqshekk il-legati ma jispiccawx imma biss il-frott taghhom ghal ftit snin imur ghal haga hekk mehtiega, huwa xtaq li tkun mismugha t-talba li ghamlu; biss bil-ftehim illi fil-legati taz-zwieg ma jitmessux dawk illi kienu ga nfethu biex jittiehdu u dawk illi x-xbejbiet maghzula kellhom ga d-dritt ghalihom27.


Fid-9 ta' Marzu 1835 is-Sagra Kongregaqzzjoni tal-Koncilju wiegbet u tathom li jistghu, zmien hmistax-il sena, iwaqqfu dawn il-legati biex jiehdu l-frott taghhom ghal bini tal-knisja. Biss ma jistghux imissu dawk il-legati taz-zwieg u l-patrimonji illi min sejjer johodhom kien ga msejjah ghalihom; u lanqas ma jitmnessu sitt quddisiet kantati fix xahar jew l-elemozina ta' quddiesa kuljum ghal kull qassis tal-parrocca u lanqas dak id-dhul l-iehor tal-Kappillan; u geghlet lid-Deputati illi kull sena jaghtu rendikont.


L-Isqof F. S. Caruana bid-digriet tat-13 t'Ottubru 1836 tahom is-setgha li jaghmlu dak li qalet is-Sagra Kongregazzjoni.


Id-Deputati baqghu jahdmu minghajr ma jehdew biex jaraw kif sejrin jaghmlu ghal flus, il-ghaliex sabu illi dawk il-frottijiet tal-legati u fondazzjonijiet li talbu, ghad li lahhqu xi ftit eluf ta' skudi ma kenux, mill-banda l-ohra, iwasslu dik is-somma li haseb l-Isqof, il-ghaliex saru l-kalkoli hziena u xejn ma tnaqqsu l-ispejjez li jindahlu fit-trigija ta' dawk il-legati.


Qabel inkomplu sejrin b'dak li konna nghidu, indahhlu (p.154) hawn erba' kelmiet miktubin minn wiehed li ra x-xoghol tal-knisja din il-habta. Dan qal:

"iz-zewg sagristijiet … huma lesti u msaqqfin … Ma kollu kemm hu t-tempju telghu ghadd ta' filati l-fuq mit-tondjatura tal-gwarnica; u l-portiku, jew faccata, tela' bicca sewwa. Milli nistghu nahsbu huma batuti mill-flus biex ikomplu dan it-tempju tal-ghageb; imma bil-ftit il-ftit jibqa sejjer sa ma jitlesta, mill-ftit tal-flus li hemm u mill-herqa tan-nies il-baxxi, li jahdmu b'xejn fil-Hdud u l-btajjel l-ohra tal-knisja. Hija haga kurjuza li f'nofs il-knisja il-gdida li qeghda tinbena tara wieqfa l-knisja l-qadima fejn ghadhom isiru l-funzjonijiet kollha religjuzi."28


Kienu ghaddew tmien snin mill-bidu tax-xoghol u kienu tellghu l-faccata, il-kampnari, u s-sagristijiet; u ma kienx fadlilhom wisq biex jaqbdu t-tambur (fejn hemm it-twieqi). Dan kien madwar it-terz mill-fabrika kollha. Ghal nofs is-sena 1841 kienu ntefqu b'kollox madwar 50,000 skud jew, kif ikkalkulaw il-periti Gorg Grognet u Censu Sammut, ftit fuq is-60,000 skud u dehrilhomn li jinhtieghu 50,000 ohra biex titkompla l-knisja barra mix-xoghol b'xejn li kien isir. Imma mhux biss talli ma kellhomx dawk l-eluf ta' skudi f'idejhom, izda l-kaxxa kienet issa batuta sewwa. Ara kemm hu hekk illi bicca mis-sena 1841 kellhom jibaghtu l-haddiema u ma jzommux hlief il-bennejja u erba lavranti. In-nies ma kenux jifilhu jaghtu bhal qabel, il-ghaliex dawn l-ahhar snin ma kenitx ghamlet hlif ftit ferm xita, u l-ucuh tar-raba kienu kollha mitlufin. Ma nafux min, wara dan kollu ma kienx jaqta qalbu meta minn naha wahda jara kemm ix-xoghol kien ghadu lura u min-naha l-ohra ma kien hemm l-ebda hjiel ta' tama minn mnejn sejrin jigu l-flus.


Imma l-providenza ma tonqos qatt. F'dak iz-zmien li (p.155) kienu tant xotti mill-flus, inqala qassis minn Haz-Zebbug Dun Manwel Barbara29 li kien kull xahar jigi minn Haz-Zebbug ghall-Mosta, johrog borza flus u jaghtiha lill-Kappillan ghall-bini tal-knisja. Dan il-qassis tajjeb, u li qatt ma ried u la hajr u lanqas hag'ohra, ta' b'kollox 1,640 skud ghall-bini tal-fabrika30. Sar xi gbir minn xi sinjuri maltin; u xi ufficjali nglizi ta' l-armata ghamlu wkoll xi recti ghal pubbliku u minn dak li dahhlu taw ghal bini ta' din il-fabrika li kienet meqjusa li sejra taghmel unur lil Malta kollha31. Tassew li kull laqxa tirfed l-imramma, imma koloss minn dik ix-xorta kien jitlob gelgul ta' flus!


Ghad li mill-banda wahda l-ghajnuna kienet zghira hafna, mill-banda l-ohra, it-tama, u l-qawwa ta' qalb tad-Deputati kienu tassew kbar u ta' l-ghageb. Minghajr ma qatghu qalbhom, dawn fl-1 t'Awissu 1841, regghu kitbu Ruma, fejn talbu:-

  1. illi ma jkunux imgeghlin (kif kien talab l-Isqof) illi jergghu jqeghdu fil-kaxxa dik is-somma mehuda mill-legati taz-zwieg u patrojonji li ga ntefqghet fil-fabbrika;
  2. illi minn dakinhar il quddiem tigi mizmuma l-ghazla ta' nies ghall-imsemmija patrimonji u doti biex dak il-frott imur ghall-bini tal-knisja sa ma titlesta;
  3. illi tigi moghtija s-setgha lill-amministratur tal-kaxxa tal-fabrika li jipoteka xi bini u raba liberi tal-knisja, biex fuqhom igib kapitali li hemm bzonn biex jitkompla x-xoghol;
  4. illi r-renti tal-benefizzji vojta, bhal dak imholli wara l-mewt ta' Fra Gwann Saliba fl-1840, dak tal kononikat ta' Santa Venera li kien ilu vojt mis-sena 1837, u ohrajn f'kollha kemm hija d-djocesi, minn dakinhar il quddiem imorru, sa ma jkunu ma ttiehdux, ghall-istess bini.

"Ghaliex", komplew ighidu "kulhadd ghandu (p.156) jifhimha li billi opra bhal din iggib il-gid tar-ruh lill-hajjin u lill-mejtin, hekk il-hajjin u l-mejtin ghandhom ighinu fit-twaqqif taghha". Giebu wkoll bhala turija l-qanpiena "is-sekonda" u "it-terza" li saru il-wahda fl-1784 u l-ohra fl-1670 minn legat taz-zwieg imwaqqaf minn Kostanz Fenech, kif jidher mill-kitba ta' fuqhom.


Ghal dan wara li ghamlet is-soltu mistoqsijiet lill-Isqof, Ruma, fid-9 ta' Lulju 1842, tat is-sentenza taghha hekk:

  • Ghal (a) Iva, imma ma jitilfux dawk ix-xebbiet li kienu ga maghzula.
  • Ghal (b) Iva, basta li ghal dak li huwa patrimonji ma jitmessux dawk li ga huma maghzulin minn certi familji, jekk dawn jinsabu, skond ir-reskritt tad-9 ta' Marzu 1835, u fuq dawk li huma doti, ma jitmessux dawk li ga talbu ghalihom, u sakemm jaqghlaq il-permess ta' qabel.
  • Ghac-(c) wiegbet: Iva, izda mbasta r-renta tal-Kappillan ma tkunx mimsusa, u bil-kundizzjonijiet tas-soltu, jigifieri li jsir kollox b'lanqas interess, u wara jigu mqeghdin 100 skud, u jinbeda wara li jispicca l-permess ta' 15-il sena moghti fl-1835, u sadattant jinghataw l-interessi.
  • Ghad-(d) qalet: Iva, izda biss dawk il-benefizzji li huma mwaqqfin fil-parrocca.

Ruma tathom ukoll ir-renti tal-kanonikat ta' Santa Venera fuq xi ftehim li sar. L-Isqof wettaq dan id-digriet fit-12 t'Ottubru 1824 (mnizzel hazin, x'aktarx irid jigi 1842).


Sa ma ntbaghat dan ir-rikors li semmejna u giet it-twegiba, il-Kappillan Schembri ma qaghadx b'idejh fil-but. Mela fit-28 t'Ottubru 1841 telaq ghal Ruma biex jithabat hu stess u jara kif jista jdabbar il-flus biex jibqa sejjer ix-xoghol. It-tahbit tal-Kappillan gewwa Ruma ma kienx zghir u jinghad li billi fl-Italja nzerta kien hemm xi glied, qabduh u zammewh tliet xhur prigunier.


Wara li ghaddew disa' xhur ta' hsibijiet u taqtigh il-qalb, (p.157) il-Mostin, fil-bidu t'Awissu 1842, regghu laqghu bil-ferha lir-raghaj taghhom. Dan kien farraghom mhux ftit meta wriehom bil-bolla li qala minghand l-Papa Girgor XVI. Din l-ittra Apostolika tal-25 ta' Gunju 1842 kienet iggighel lil Publju Marija dei Konti Sant (illi dak iz-zmien kien Isqof Kugitur ta' Monsinjur F.S.Caruana) li kif imut l-Isqof ix-xih kellu jaghti lil fabbrika tal-knisja tal-Mosta s-somma ta' 3,000 skud (£250) fis-sena zmien ghaxar snin, minn dak li ddahhal il-mensa ta' l-Isqof.


Hawn indahhlu diskors f'iehor. Wiehed kaptan ingliz li kien gie u ta' daqqa ta' ghajn lir-rahal kiteb: "Ma ghandu xejn li jigbdek hlief l-knisja kolossli (li qedgha mjadwar il-qadima) u li ilha tinbena ghal xi ftit snin, u li jekk wiehed jiehu l-mixi tax-xoghol li bih tiela, jista jahseb li qatt ma titkompla32". Imma ftit kien jaf dan il-kaptan illi, bhalma kien wiegbu Sir William Butler (li niltaqghu mieghu iktar il-quddiem): "Opra, ghalkemm tidher li ma tistax issir, meta titwaqqaf ghall-imhabba t'Alla, issir hafifa biex taghmilha."


Issa mmorru ghalli konna qeghdin inghidu. Il-kappillan u d-Deputati raw kemm ghad iridu ghajnuna biex ikomplu l-fabrika u fis-sena 1844 talbu illi jkollhom is-setgha li jircievu f'daqqa u darba l-flus mhollija ghal biex isir il-quddies u jitnehha l-piz ghal dejjem u favur ta' dawk li huma gravati. Dawk il-kapitali li jdahhlu jigu mehuda ghal bini. Fis-7 ta' Dicembru 1847 il-Kappillan rega kiteb Ruma, fejn qal li ma tantx setghu jissellfu flus minhabba l-ipoteka li ga kien hemm fuq il-gid l-iehor tal-parrocca, ghalhekk talab is-setgha li jkun jista jipoteka l-gid l-iehor liberu tal-knisja bhalma hu dak tal-kaxxa ta' l-Erwieh, tar-Ruzarju u kaxxi ohra li hemm (p.158) imwaqqfin fl-istess knisja. Fl-ahhar, fit-8 ta' Marzu 1850, il-Kappilllan u d-Deputati regghu talbu biex jigi moghti permess ghal 15-il sena ohra fuq il-frott tal-legati tal-quddies mis-sena 1835; u fuq il-legati taz-zwieg, patrimonji u benefizzji vojti u legati kollha li hemm fil-parrocca mis-sena 1842, sabiex ir-renti taghhom imorru ghall-bini tal-knisja. Talbu wkoll li jkunu mehlusa mill-piz li jergghu jwaqqfu dawk il-kapitali tal-knisja, li bla permess kienu hadu ghall-bini tal-fabbrika. Dawn il-kapitali wasslu s-somma ta' 3,905 skud.


L-Isqof kiteb lil Ruma, fejn qal illi sa dakinhar intefqu fil-knisja mal-112,075 skud, u li skond il-fehma tal-perit qal li jilhqu jghaddu tnax il sena biex jitlesta l-bini u li jkunu jinhtiegu 70,000 skud ohra; anzi perit iehor kien jahseb li l-bini ma jistax jitlesta minghajr nefqa ta' 90,000 skud ohra. It-tieni qal li l-frott ta' dawk il-legati, patrimonji u benefizzji kien ilahhaq mas-6,000 skud fis-sena.


Saret il-kawza f'Ruma u fil-31 ta' Lulju 1852 is-Sagra Kongregazzjoni tal-Kardinali Interpreti tal-Koncilju ta' Trentu wiegbet illi t-talba tal-1844 u dik l-ohra li saret 1847 ma setghux ikunu mhollija. Fuq it-talba li ghamlu l-ahhar fl-1850 il-Kongregazzjoni halliethom jiehdu l-frott tal-legati patrimonji u fondazzjonijiet ohra ghal hames snin biss u b'dawn il-kondizzjonijiet ta' qabel, imma ma hafritilhomx il-kapitali tal-knisja li minn rajhom hadu ghall-bini u ghalhekk geghlithom li wara li jghaddu hames snin, jaghmlu depositu ta' 100 skud kull sena.


Il-Kongregazzjoni baghtet kollox lill-Isqof u dan ta' s-setgha tieghu b'reskritt tas-6 ta' Dicembru 185233.


Imma l-qarrej ma ghandux jahseb li l-Mostin ma kenux (p.159) qeghdin ighinu wkoll mill-ahjar li jistghu. Il-gbir ma qata qatt, u li kieku ma kenitx il-ghajnuna tan-nies tar-rahal l-iktar b'xoghol ta' b'xejn, kieku ma kienx jista jkun li tibqa mixja l' quddiem il-fabbrika.


Bini tal-koppla


Is-snin kienu qeghdin igerbu gmielhom, imma x-xoghol ma waqafx anzi fl-ahhar waslu biex jaghlqu l-koppla. Din il-koppla fiha bicca xoghol kbira tal-Inginerija imma dak li jghaggeb lil kulhadd huwa kif kellhom il-hila jtellghu saqaf bhal dak minghajr armar tahtu, kif soltu jsir f'gheluq minn dik ix-xorta. Il-bini taghha sar billi kienu jqeghdu filata dawra mejt, u minflok il-mollijiet li kienu juzaw fil-bicca t'isfel tal-knisja, hawn kellhom iz-zintlu. Imbaghad wara li tkun lesta dik il-filata jibdew l-ohra ta' fuqha. Il-hagra izzomm li ma taqghax ghall-isfel imhabba li kellha l-gorgnu mill-maqghad, mir-rjus u mill-faqqani; u ghalhekk wahda tigi ngastata ma l-ohra, u s-sodda ta' taht dejjem izzom l-ohra ta' fuqha. It-tajn kienu jaghmluh minn trab griz li kienu jgibu minn Buqana (fit-triq tar-Rabat). Dan sabu li kien jaqbad daqs il-purcellana u wisq ahjar mill-gir.


Il-hagar kien jitla kif kienu jtellghuh meta kienu fit-tambur, jigifieri kellhom il-parank u l-pastiega. Il-ktajjen tal-pastiega kienu jigbduhom 4 bghula, li kienu jimxu l-isfel wara l-knisja (matul Strada Parrochiale). Fuq, imbaghad kellhom zewg karrijiet biex igorru fuqhom il-hagar mill-parank ghal fejn ikunu jridu jqeghduhom. Mhux ghalxejn immela li kull kittieb fuq ir-Rotunda, tarah isemmilek il-koppla u jistaghgeb huwa u jikteb illi saret kollha minghajr armar.


Din il-koppla tfakkkarna fil-bini megalitiku li n-nies ta' Zmien il-Hagar waqqfu ghal dinhom f'Malta u Ghawdex. Bhalhom qandlu kull hagra daqshiex u mill-hamrija ta' l-art ghamlu t-tajn taghhom, u kif l-bnedmin ta' Zmien il-Gdid tal-Hagar kellhom il-hila li jwaqqfu minghajr ghodda tal-metalli dak(p.160) il-bini hekk goff, l-imghallmin tar-Rotunda kellhom il-hila jdendlu dak il-hagar kollu kbir fl-ajru fuq l-armar mhux tal-injam u l-hadid imma tad-dehen tal-mohh, li jiflah bil-wisq izjed.


Mewt ta' Schembri


Kieku wiehed inizzel dak kollu li jisma mix-xjuh tallum fuq il-kappillan Schembri, kif kien jigri, minn hawn ghal hemm, kien idur bin-nies nhar ta' Hadd, kif kien jitlob il-flus u johrog ukoll minn tieghu, kemm kien thabat f'Ruma intant kieku wiehed ikollu jikteb kemm hadem ghal gieh tal-Madonna u ta' l-art twelildu, bit-twaqqif ta' tempju minn dik ix-xorta, kieku jkollna nigbdu wisq iktar fit-tul. Din il-hidma kollha u maghha x-xoghol ta' Kappillan, kienu jghejju lill-bniedem ta' l-azzar, u ghalhekk hija u tiela il-koppla il-mahbub raghaj tal-Mosta beda jhossu jghejja sewwa.


Fit-12 ta' Dicembru 1858 ghamel testment privat li mbaghad gie miftuh wara mewtu34. F'dan it-testment wara li bhas-soltu kiteb ruhu lil Alla, lill-Vergni Imqaddsa u lill-qaddisin u angli tas-sema, qal "irrid illi gismi mejjet ikun mehud u midfun fl-imsemmija Knisja Parrokjali, illi b'imhabba liema bhala waqqaft u mexxejt ghal hamsa u ghoxrin sena u izjed." Imbaghad wara li tkellem minn xi hwejjeg tal-familja, gie biex jahseb ghall-fabrika l-gdida. Bhall-Kappillan ta' qablu dan Schembri wera kemm tassew kien ihobb lil dan it-tempju l'ghaliex naraw illi huwa wkoll halliha werrieta universali fuq gidu l-iehor kollu, raba, bini, kapitali u kridtu. Ir-raba u l-bini li halla lill-knisja gew imnizzlin ghalihom ma l-istess testment li juri li kien hemm erbatax il-bicca bejn djar u artijiet imxerrdin l'hawn u l'hemm.


Dawk li kellhom jiehdu hsieb ta' dak li halla lill-knisja kellhom ibighu r-raba bl-ahjar prezzijiet u bi flushom (p.161) ikomplu x-xoghol tal-fabrika u mbaghad jaghmlu l-injam, hadid, hgieg u hwejjeg ohra li jinhtieg biex jistghu jsiru s-servizzi fiha, u jzejnuha skond kif jitlob id-disinn nobbli taghha. Ta' s-setgha li jitnehha l-hajt tal-ghalqa li kellu wara l-knisja, u hekk titwessa t-triq, u l-ghalqa ssir pjazza zghira.


Disa xhur u nofs wara li ghamel dan it-testment, sew sew fit-28 ta' Settembru 1859, l-id kiesha tal-mewt gibdet lill-gisem ta' dan il-mahbub Kappillan Mosti biex ruhu tmur tgawdi l-frott tax-xoghol kbir li kien ghamel. Dan ir-raghaj tajjeb u habrieki ma kienx xih, ghax kull ma kellu kienu 60 sena u 20 gurnata (tigi li twieled 8 ta' Settembru 1799?), imma ghex hajja twila hafna, il-ghaliex il-bniedem jghix b'dak li jaghmel u mhux bl-ghadd ta' snin li jkollu.


Mid-dar ghal knisja l-qadima (li sadattant kienet ghadha wieqfa fil-gdida) haduh bl-isbah u l-aqwa akkumpanjament, li ghadda mit-triq mimlija b'folla ta' nies vistuzi, wara li spiccat il-quddiesa ghal ruhu u qabel il-Libera, kif kien poggut f'nofs il-knisja, il-Vigarju Kurat, Dun Anton Mallia tela' fuq il-pulptu, u wara li minn hemm baqa iccassat ghal ftit minuti fuq il-kadavru tal-Kappillan fetah fommu ta' missjunarju li kien u ghamel erba kelmiet fuqu li bekka lil kull wiehed u wahda li kien hemm fil-knisja.35


Ghazla ta' Mallia


Il-koppla tal-knisja kienet telghet gmielha, imma kieku stess din kienet lesta l-fabrika riedet mexxej qawwi biex jibqa sejjer bix-xogholijiet li bicca bini bhal dik thalli warajha. Ghalhekk l-Isqof ghazel biex isir kappillan gdid tar-rahal lill-missjunarju Dun Anton Mallia; li kien (p.162) bniedem ta' hila kbira. Dan il-qassis Karkariz kien jaf il-Mosta tajjeb billi kien vigarju kurat tar-rahal ghalhekk il-ghazla tieghu kienet flokha hafna. Ha l-pussess fl-24 ta' Ottubru 1859 u bhal ta' qablu ta' ruhu u gismu ghax-xoghol kbir u twil li Calleja qanqal u ma kellux x-xorti li jara mitmum.


Tarma Knisja u zzarma ohra


Ghal bidu ta' 1860 il-koppla waslet biex taghlaq, u tant ix-xemx kemm ukoll ix-xita ma kienux jibqghu dehlin mill-wesgha kollha tat-tambur; ghalhekk id-Deputati u l-imghallmin ftehmu li jhottu l-knisja l-qadima minn gewwa l-gdida. Issa billi meta jgarrfu l-qadima kellhom jinqdew minnufih bil-gdida hasbu li qabel ma jibdew ihottu, ibierku l-gdida.


It-tberik sar mill-Kappillan Mallia nhar il-Hamis is-16 ta' Frar 1860. Jumejn wara, fit-18 ta' Frar, habat Sibt il-Karnival, u l-Mostin bdew ihottu l-knisja l-qadima. Hassew hekk genn kbir biex jaraw sewwa l-knisja l-gdida, li b'ghageb kbir ta' kulhadd, kif ukoll ta' kull min jisma, illum, kellhom il-hila ihottu l-knisja l-qadima, kollha u johorgu sa lanqas laqxa mill-bibien tal-knisja l-gdida fi zmien ta' tmint ijiem. L-ewwel Hadd tar-Randan, is-26 ta' Frar, kont tista titfa riglejk mill-bieb il-kbir u tistaghgeb b'dak il-gmiel ta' tempju kif jidher dawra mejt. L-ewwel quddiesa fl-altar tal-kor qaddisha Dr. Dun Mikelang Mifsud, dak il-Monsinjur Mosti li kien tant maghruf ghall-gherf tieghu.


"Te Deum"


Ritratt tar-Rotunda ghada minghajr il-lanterna Il-Knisja minghajr l-anterna u Triq il-Kungress Ewkaristiku kif kienet cirka 1889. Inzerta dawk iz-zewg binjiet li jidhru ghadhom jezistu, b'dik tax-xellug tigi kantuniera ma Triq Gafa.

Hmistax wara it-tielet Hadd tar-Randan fil-11 ta' Marzu 1860, fit-tlieta u nofs ta' wara nofsinhar l-Isqof Fra Gejtanu Pace Forno wasal fil-Mosta, u wara li gie milqugh mill-Kappillan u l-kleru baqa diehel il-knisja fejn fost il-biki ta' ferh tal-Mostin kollha beda t-Te Deum, bhala hajr l' Alla talli wara hidma ta' 27 sena, tlesta dak it-tempju hekk nobbli li l-Mostin waqqfu ghal qima Tieghu u ghal imhabba tal-Vergni Marija.


(p.164) Nistghu nahsbu x'hassu fi qlubhom il-Mostin kollha meta b'lehen wiehed gholi fahhru u taw hajr l'Alla talli kien taghhom il-grazzja li jwasslu sat-tmiem tempju bhal dak. Li kien qieghed f'xi belt kbira kien bizzejjed monument kbir li mhux f'malajr issib min jindahal biex iwaqqfu, u hawn f'daqsxejn ta' rahal zghir u fqir, inbeda, tela' bit-tbatija u fl-ahhar, f'hajja t'Alla tlesta.


Bhala tifkira ta' dan il-jum ta' ferh saret dik il-kitba li hemm fuq irhama taht it-tieqa bejn il-pilastri ta' taht il-kampnar tal-punent li tghid:-

Ritratt tar-Rotunda ghada minghajr il-lanterna Il-lapida li tfakkar it-tlestija tax-xoghol tal-bini tal-knisja. Iggib id-data 1860 u tonora lill-Kappillan Dun Gam Schembri li kien diga ilu mejjet diversi xhur fl-1859 u ma kienx irnexxielu jaraha lesta.

LIL ALLA WISQ TAJJEB U KBIR.
IL-KAPPILLAN GAMMARI SCHEMBRI MOSTI
FITTEX LI JINBENA
DAN IT-TEMPLJU L-IZJED NOBBLI
LI GHALL-GHAMLA U GHALL-WISA'
IHABBATA MAL-PANTEHON TA' RUMA
BICCA BIL-GID KBIR
MHOLLI B'TESTMENT MILL-KAPPILLAN F. CALLEJA
BICCA BIL-FLUS TIEGHU U BIL-FLUS MIGBURA
TAHT IL-PERIT GORG GROGNET DE VASSE
L-EWWEL HAGRA GIET IMQEGHDA
FIT-30 TA' MEJJU TAS-SENA1833,
IS-SAQAF TLESTA
BLA MA HADD KIEN JISTENNA
FIS-SENA 1860.


Mewt ta' Grognet


It-testment ta' Gorg Grognet It-testment tal-arkitett Gorg Grognet

Rajna kemm kienu kbar it-tbatijiet tan-nies tar-rahal, tal-Kappillan u d-Deputati li habirku ghax-xoghol. Imma xejn ma semmejna kemm dan it-tempju kien sewa tbatija lil Grognet li nistghu nghidu mhabba fih ghadda hajja fit-tbatija u fil-faqar.


(p.165) Ghalhekk wiehed jista jahseb kemm kien jum ta' ferh ghal dak l-arkitett ta' qalb kbira meta hu wkoll minn taht dik il-koppla kbira fahhar u ta' hajr lis-Sema talli wara hafna tahbit tlesta dak it-tempju li kien l-ikbar opra li kien ghamel. Imma jerga Grognet kellu jaghti hajr akbar minn hafna nies li kienu mdahhlin fil-bini ta' dik il-Knisja, l'ghaliex Alla kien tah il-ghomor u ra b'ghajnejh ix-xoghol tieghu mit-tqeghid ta' l-ewwel hagra sat-tmiem tal-quccata tal-koppla. Din kienet xorti kbira li ma messitx lil fundatur Kappillan Calleja u lanqas lil habrieki raghaj ta' warajh, Dun Gamm Schembri. Imma donnu Grognet, bhax-xwejjah profeta Xmun tar-Rabta l-Gdida ma kellux imut qabel ma jara b'ghajnejh dak li kienet ix-xewqa ta' qalbu li jara; u meta raha lesta seta jtenni l-kelmet ta' David:-
"Ninxtehet wicci fl-art lejn id-dar imqaddsa tieghek, biex inroddlok il-hajr ghal hnientek u s-sedqa tieghek36."


Kien ragel mimli bl-ghomor, bil-gherf u (hekk taf id-dinja) bil-faqar. Ghaddiet sena u ohra wara dik il-festa, u Grognet beda jhoss iz-zejt tal-hajja jonqos u l-hajja stess bdiet tnewni. It-tarf ma kienx fil-boghod, ghaliex dan l-awtur tar-Rotunda miet fil-5 ta' Settembru 1862 fid-dar tieghu gol-Belt Valletta.


Il-ghada gismu l-mejjet gie mehud mill-Belt ghall-Mosta u wara funeral xieraq gie mqieghed biex jistrieh ghal dejjem gewwa r-Rotunda – monument ta' qisien xerqin ghal fejn kellu jistrieh bniedem ta' genju hekk kbir.


L-Anterna


Pjanta ta' l-Anterna Wiehed mid-disinji ta' l-Anterna mahzuz minn Grognet

Issa biex ma nohorgux barra mix-xoghol tal-knisja, ikollna nhallu fil-genb il-hidma taz-zewg Kappilllani Mallia u Camilleri li hasbu ghal dik li hija qiegha, zuntier, (p.167) skultura, zebgha, qniepen, artali , kwadri, u hwejjeg ohra, mehtiega u naslu fi zmien l-Arcipriet Dr. Dun Pawl Xuereb. Dan ir-raghaj habrieki ma kienx ilu ha l-pussess tal-knisja, meta beda jahseb jekk ikunx ahjar li minn flok ma ihalli l-koppla tispicca bil-quccata bhal dik tal-Pantheon ta' Ruma jigifieri minghajr anterna, inehhi l-bejt li kien jaghlaq il-quccata tal-koppla u minfloku jtella anterna sabiha li kienet tinhass nieqsa fl-arkitettura tar-Rotunda. Grognet kien halla tliet pjanti ta' anterni. Hemm dik li tidher fil-pjanta tieghu tal-knisja kollha li qeghda mdendla fis-sagristija, hemm ohra mdendla fil-Muzew tal-Belt, u hemm ukoll dik li fuqha giet mibnija l-anterna li hemm illum37.


L-anterna li hemm fil-pjanta tal-knisja kellha ssir ta' l-injam, imma t-tnejn l-ohra mahsubin ghall-bini tal-hagar.


Grognet fit-testment li ghamel qabel miet, kiteb illi

"ghall-gid ta' l-imsemmi tempju (tal-Mosta) irrid naghti parir tajjeb, illi l-anterna l-kbira tat-tempju ghandha tkun maghmula mill-hadid u kristalli hoxnin imdahhlin gewwa fih, illi jekk jibqaghli, xi ftit hajja, nittama li nkun nista nhozz kif ghandha l-ahjar issir."


Imma l-mewt ma kenitx fil-boghod, u din il-ghazla kellha, bhalma konna qeghdin inghidu, issir hafna wara. Imma issa xejn ma qaghdu fuq il-materjal li kellha issir u l-iktar wahda li ntoghgbot kienet dik tal-hagar li kien hazz Grognet stess, u li kellha l-ghamla ta' kuruna mqeghda fuq it-tempju, li jinkuruna lill-Madonna. Ghalhekk barra mill-gmiel taghha arkitettoniku din l-anterna kellha tifsir sabih u qieghed floku.


Hallew din il-pjanta tal-koppla f'idejn is-supretendent tax-xoghholijiet pubblici, is-Sur Gorg Schinas, li ghamel disinn taghha iktar fil-kobor. F'rokna ta' dan id-disinn, taht il firma (p.168) tieghu u bid-data tat-28 ta' Marzu 1889, is-Sur Schinas kiteb illi dak id-disinn ta' koppla tar-Rotunda tal-Mosta huwa fuq id-disinn ta' l-inginier G. Grognet b'tibdila zghira fil-gholi taghha. Kull ma ghamel Schinas kien li refa' l-koppla 5 piedi u 8 pulzieri iktar fil-gholi, u naqqas il-gholi ta' l-anglu li kellu jigi fuq il-balla. Dan il-ftit gholi izjed irnexxa tassew ghax kif inhi tidher ahjar minn isfel.


Jiddiskutu l-pjanta ta' l-Anterna Is-Sur Anglu Sammut (Imghallem), l-Arcipriet Dun Pawl Xuereb, Dun Pietru Magri u Dun Pawl Chetcuti jiddiskutu l-pjanta ta’ l-Anterna tal-knisja.

Imma bhas-soltu, ix-xitan meta jara l-gid jinqeda b'xi hadd biex kemm jista jfixkel, u din id-darba nqalghu xi nies li ma ridux issir anterna tal-hagar ghax bezghu li tista taghmel il-hsara lill-koppla. L-Arcipriet zamm iebes u baghat ghall-periti biex jaghtu l-pariri taghhom. Imma x'biza kien hemm meta wiehed jiftakar daqxejn fil-hxuna tat-tambur u tal-koppla. Il-periti qalu li ma kien hemm biza ta' xejn, u ghalhekk l-Arcipriet halla l-bini taghha f'idejn Mastr'Ang Sammut, mghallem li kien hadem hafna fil-knisja u li kien ghalaq l-ahhar disa filati tal-koppla meta Mastr'Ang Gatt kien marad.


Bdew jingabru l-flus, qalghu l-erba travi u x-xorok ta' fuqhom li kienu jaghlqu l-wisa ta' fuq u beda tiela l-bini ta' l-anterna li baqa sejjer sa ma spicca, minghajr ma hasset minn imkien il-koppla. Fil-bini tal-knisja din kienet l-ahhar imma mhux lanqas, bicca xoghol, il-ghaliex it-twaqqif ta' dawk il-mensli maqluba ta' bejn it-twieqi, kif jitilghu mitfughin il-gewwa u ma jmissux wahda mal-ohra kienet bicca xoghol li ghamlet ukoll lill-anterna wahda li m'hawnx bhala fil-Gzejjer taghna.


Bhala tifkira ta' dan kollu tqghedet lapida tar-rham fuq il-bieb ta' bejn il-pilastri tal-kampnar tal-lvant u fuqha tnaqqxet kitba li bi lsienna ssarraf:- (p.170)

Il-lapida li tfakkar it-tlestija tal-Anterna Il-lapida li tfakkar it-tlestija tal-anterna fl-1889.

LIL ALLA WISQ TAJJEB U KBIR.
FIS-SENA TA' WARA KRISTU 1889
PAWLU XUEREB, MILL-ISLA, DUTTUR FIT-TELOGIJA
L-EWWEL ARCIPRIET KAPPILLAN
WARA MADWAR 30 SENA
MIT-TMIEM TAL-BINI TAL-KNISJA
BIL-FLUS U X-XOGHOL IL-MOSTIN
FITTEX LI JTELLA'
L-ANTERNA TA' DIN IL-KNISJA
LI MILL-BEJT TAGHHA
TGHOLLI RASHA LEJN IS-SEMA
U B'HEKK MITMUMA X-XEWQA TA' KULHADD
GIE MGHOLLI
SA L-GHOLA TARF
IX-XOGHOL TAL-GHAGEB, IL-PANTHEON TA' MALTA


Monument ta' mhabba


Issa wara li rajna l-istorja kollha tar-Rotunda jixraq li ma nharsux lejn dan it-tempju biex nistaghgbu biss bil-kobor jew bl-arkitettura tieghu. Irridu wkoll nitfghu l-hsieb taghna iktar lura u naraw x'kien li qanqal u heggeg lil kull min kellu sehem fil-bini ta' dan it-tempju.


Din kienet l-imhabba tar-Religjon, bhal dik l-imhabba tad-din li n-nies neolitici hassew meta waqqfu dawk it-tempji tal-ghageb li ghandhom jidhru f'Hal Tarxien, Hagar Qim, il-Ggantija u postijiet ohra f'dawn il-gzejjer. U bhal dawk in-nies hekk qodma, il-Mostin indahlu ghal bicca xoghol li, biex inghidu hekk, kienet tghaddi l-hila ta' bnedmin li kienu. Tassew illi minn dak iz-zmien boghod tal-Hagar fuq wicc din il-Gzira ghadu qatt ma deher tempju li t-tifsir sabih tieghu jghaddi lil dak tal-Mosta.


Imhabba kienet dik li hegget lill-Kappillan Calleja li xehet l-ewwel hsieb ghal tempju bhal dak, u li ghal bini tieghu halla gidu kollu. Imhabba kienet ukoll dik tal-Kappillan (p.171) Schembri li geghlitu jghaddi hajja ta' hidma u qawwa ta' qalb mit-tqeghid ta' l-ewwel hagra sa sena qabel inghalqet il-koppla. Imhabba kienet dik li zammet il-Kappillan ta' warajh biex ikomplu x-xoghlijiet li bicca bini minn dik ix-xorta thalli warajha biex titkompla sewwa. Imhabba kienet dik ta' l-istess Arkitett Grognet li kien mixhut b'ruhu u gismu biex tigi mwettqa x-xewqa tieghu li titla dik ir-Rotunda li hazz u li huwa kien jaf illi kellha tkun ghal gieh tar-Religjon u mhux le biex thaxxinlu l-but. Xejn anqas ma kienet imhabba, dik tal-bennej Mastr'Ang Gatt li geghlitu li meta kien qieghed baxxut fi tweghijr kbir, il-ghajnejn ta' ruhu kienu merfugha jharsu ‘l fuq lejn dak is-Sema li lilu kien qieghed joghgob.


Imma xi tkun tiswa l-hila u l-hegga ta' ufficjal jekk ma jkollux warajh ir-rieda u s-sahha ta' l-armata li huwa jkun qieghed imexxi? Imma fil-kaz taghna r-rieda tan-nies tar-rahal kienet imqanqla minn imhabba li theggeg. U biex naraw kemm hu hekk huwa bizzejjed nuru f'liema stat kienet il-Mosta ghal habta tal-bidu tal-knisja. Milli jidher minn lista tal-foqra38 li marru ghal xi rbghajjen mit-tqassim tal-200 skud li halla l-Kappillan Calleja biex jinghataw lilll-foqra, it-tbatija ma kenitx zghira fir-rahal. Imma biex inkunu aktar zguri nistghu naqbdu f'idejna r-rapport li Kummissjoni msejha biex tara kif kienu l-affarijiet hawn Malta39 (ppubblikat fl-1837) u naraw illi fil-Mosta ma kien hawn l-ebda ghani li jghix biss bir-renta. Kien hawn 6 avukati, 14 il qassis, 3 impjegati mal-Gvern, tabib, 20 ragel li jahdmu r-raba taghhom, 200 bir-raba mqabbel ghandhom, 30 wiehed tal-hanut, 20 imghallem, 800 haddiem u 500 mara li jinsgu. Fuq il-qligh li l-haddiem tar-raba hawn Malta kien jaqla l-Kummisjoni qalet:-"il-qliegh ta' jum xoghol huwa 4 irbaghajja (6 soldi u 8 habbiet); fir-rebbiegha (p.172) 4 irbaghajja u 10 habbiet (7 ½ d); fis-Sajf 5 irbaghajja (8 soldi u 4 habbiet) flus; fix-xitwa zewg sighan xghir u sold flus; jew ukoll minghajr is-sold, u minfloku jaghtuhom qoton, mahlut jew hobz." Il-faqar imhabba n-nuqqas ta' xoghol kien mal-gzira kollha, imma milli jidher il-Mostin kienu maghfusa aktar minn ta' band'ohra. Ara kemm hu hekk, illi fil-lista tat-tallaba insibuhom l-ewwel nies. Biex nuru kemm kien zmien ta' faqar bizzejjed inghidu illi ftit qabel fir-rahal kienu mietu erbgha min-nies bil-guh.


Dan ghednieh biex nuru illi n-nies tal-Mosta bhal David tar-Rabta l-Qadima, la kienu armati u lanqas kellhom is-sahha ghal dak li ndahlu ghalih; u ttamaw biss fil-qawwa ta' l-imhabba tar-Religjon li kienu jhossu taqbad gewwa fihom, u hekk minghajr ma qatghu qalbhom bdew u baqghu sejrin bix-xoghol tal-fabbrika.


Min kien jaghti flus, min jaghti xi bhejjem, tajr u hwejjeg tar-raba biex ibighuhom ghal bini. Dak li kien fit-tarf tal-hajja kont tisma li sejjah lil nutar u ghamel testment fejn halla il-fabbrika werrieta ta' bicca mill-gid tieghu. Dan jixhdu l-Arcipriet djaknu L. Lanzon li kien Vigarju ta' l-Isqof, meta f'wahda mir-relazzjonijiet tieghu qal illi n-nies (tal-Mosta) ftaqru bil-flus kbar li taw ghall-knisja. Dawk li kienu mbaghad tassew foqra u bla sold kont issibhom mal-ohrajn jahdmu fil-knisja l-aktar nhar ta' Hadd u fil-btajjel.


Ix-xoghol tal-Hdud u l-btajjel hu ta' min isemmih l-ewwel haga fil-bini tal-fabbrika, ‘l ghaliex kien il-hidma mhux ta' nofs tuzzana nies, imma ta' kull Mosti, li kien jista u jaf imidd idejh. James Richardson, li kiteb fuq dak li ra b'ghajnejh fl-1841 qal:

"Wiehed jista jara daqs mitejn jew tliet mitt ruh tajbin li jigu minn jeddhom jahdmu hemm fl-istess jum (ghal nhar ta' Hadd); il-herqa u l-hidma taghhom hija mizmuma bit-tama zghira ta' gid akbar li l-Madonna tixhet (p.173) fuqhom u fuq il-familji taghhom, wiehed jista jghid illi l-knisja waslet sa fejn tidher illum l-iktar imhabba dawn il-haddiema ta' nhar ta' Hadd".40


J.Quintana fil-ktieb li ghaqqad fl-1843 tkellem ukoll fuq il-knisja u qal:

"Hija kbira l-herqa tan-nies tar-rahal biex ilestuh (it-tempju li qeghdin jibnu); huma f'jum il-festa jinghaqdu mal-haddiema ta' kull jum u jahdmu iebes minghajr ma jithallsu".41


Kien isir xoghol kbir, tant illi kull meta niltaqghu ma xi rikors tad-Deputati jew xi relazzjoni ta' l-Isqof lil Ruma fejn jissemma xi kemm kien ghadd jinhtigilhom flus u zmien biex ilestu, kienu ta' kull darba jsemmu dan ix-xoghol kbir li kien qieghed isir b'xejn, ghax kienu jafu kemm kienu jitbiddlu l-kalkoli sew tan-nefqa kemm ukoll taz-zmien kieku kellu jieqaf ix-xoghol ta' b'xejn.


Imma l-imhabba taghhom imxiet aktar il quddiem. Ghamlu xi snin xotti bla xita, u l-ilma tal-bjar tar-rahal spicca ghal kollox; ghalhekk starmu ghall-ilma biex jaghmlu it-tajn. Imma fejn hemm ir-rieda hemm ukoll it-triq, ighidu l-Inglizi, u hekk hu, il-ghaliex minghajr ma qatghu qalbhom kien hemm min kellu l-bhima u l-karrettun u wara li jispicca mill-jum tax-xoghol tieghu fir-raba, kien iqatta bicca kbira mil-lejl igorr l-ilma taht il-karrettun minn Ghajn Rihana u l-Ghajn ta' Pieru ghal misrah ta' quddiem il-knisja.


Izjed. L-istess nisa u tfal kienu jiswew daqs l-irgiel, aktar fil-Hdud u l-btajjel. Dawn kienu jbattlu l-karrettuni li jigu (p.174) bil-hamrija u jgezzuh borg kbir. Kont tara nisa ohra bl-eghriebel kbar jgharblu l-hamrija u x-xahx, ohrajn igorru l-ilma u jerga nisa ohra jaghgnu t-tajn. Zgur li qatt ma nstema minn zmien l-Assedju l-Kbir ta' Malta, fejn in-nisa u t-tfal urew din l-imhabba hekk ta' min ifahharha!


Bid-dritt kollu mmela toqghodilhom lil Mostin din il-kitba li Grognet ghamel fil-friz ta' fuq il-portiku li tghid:-
VIRGINI SYDERIBVS RESTITVTAE T.H. MVSTENSES F.F. A.S. M.CCM.LVII. u li tfisser:- Lil Vergni Mtellgha fis-Sema dan it-Tempju l-Mostin bnew fl-1857.


Lanqas huma ftit dawk li ghalihom din l-imhabba swiet ta' xempju kbir. Imma nghazlu ghall-anqas wiehed u niehdu suldat kittieb u kattoliku maghruf, Sir William Butler. Dan jistieden lill-frammazuni biex iharsu lejn ir-Rotunda tal-Mosta u jitghallmu minnha, jghidilhom:

"Morru l-Mosta, u harsu lejn din il-knisja mwaqqfa ghall-imhabba t'Alla. Harsu sewwa lejn dawn il-hitan hoxnin illi bil-mod jinghalqu fil-gholi hafna. Hawn ma tarawx injam, imma hagar mastizz. Duru dawra, madwarha, qisuha u mbaghad morru fin-nofs, u jekk ghandkom il-hila xtehtu gharkubtejkom itolbu li tkunu tistghu tarmu l-hmerijiet taghkom biex issiru bennejja liberi bhal dawn il-bennejja, u li taghmlu xi haga fid-dinja ghall-imhabba t'Alla … "42


Ghalhekk kull min jaghti daqqa t'ghajn lejn ir-Rotunda tal-Mosta ma jridx jinsa illi ghandu quddiem ghajnejh l-ewwel u fuq kollox monument ta' mhabba tar-religjon. Din il-virtu ddawwar lit-tempju kollu b'dija tal-gmiel tas-sema. It-tieni ghandu wiehed jistaghgeb b'bicca xoghol ta' bini li saret bi tfixkil ta' knisja ohra li kienet tingombra gewwa kollu u ta' koppla li telghet minghajr armar. It-tielet ghandu wiehed (p.175) jiftakar bil-genju ta' arkitett li b'dan ix-xoghol tieghu gibed gieh fuq Malta kollha.


Nefqa u Zmien


Jinghad li wara li ghamlu l-kalkoli kollha, in-nefqa biex bnew dan it-tempju tal-Mosta intelghet mal-£21,000. Imma dan ma jfissirx, bhal meta nghidu li n-nefqa ta' San Pawl ta' Londra kienet £747,661 10s43. Dik is-somma ta' l-ewwel turina x'hareg tal-flus minghajr ma turina kemm swiet il-fabbrika; filwaqt li din is-somma ta' l-ahhar tghidilna kemm tiswa l-fabbrika jekk hadd ma zamm nota tan-nies li bhalma rajna kienu jahdmu fil-Hdud u l-btajjel. U mill-banda l-ohra kemm il ragel kien imhallas bi qliegh ta' tifel. Naraw kemm hu hekk. Fil-Katidral protestant ta' San Pawl gol-Belt Valletta li beda jinbena fl-1839 u kien lest fl-1844 (jigifieri meta kienet qeghda tinbena r-Rotunda) intefqu £18,000. Issa wiehed jistaqsi. Jekk dak il-katidral li dam jinbena anqas minn hames snin qam dik is-somma, immela kemm kellu jiswa l-bini tar-Rotunda? Ghalhekk dik is-somma li ntefqet tibqa' tissemma biex turi illi bhalma ghadna kif urejna, ir-Rotunda mhix haga ohra hlief xhieda tax-xoghol li l-Mostin hadmu ghall-qima tar-Religjon taghhom.


Mit-tqeghid ta' l-ewwel hagra fl-1833 sa ma nghalqet il-koppla fl-1860, ghaddew 27 sena, li fihom damet tinbena l-knisja. Ghal tempju minn dik ix-xorta u ghan-nuqqas ta' flus f'idejn id-Deputati, dan kien zmien tassew qasir. Fir-Rotunda tal-Mosta ma kienx hemm gej il-gelgul ta' flus li kellhom dawk li bnew lil San Pietru ta' Ruma, San Pawl ta' Londra, il-Katidral ta' Kolon u ohrajn, fejn sahansitra l-gvernijiet kienu johorgu somom kbar. Hag'ohra tal-ghageb hi li dan it-tempju tal-Mosta beda u spicca taht arkitett wiehed, taht bennej wiehed u tista tghid taht kappillan wiehed.


Riferenzi

  1. Abbozzo di Petizione alla S.S. Gregorio XVI, Dokument mizmum min-Nutar G. Chetcuti.
  2. J. Ferguson, History of the Modern Styles of Architecture (3rd Ed.), Vol. 1, p. 45.
  3. A. Ferres, Descrizione delle Chiese, p. 464.
  4. Atti tan-Nutar Dr. F. Chetcuti tat-20 ta' Jannar 1833.
  5. Atti tan-Nutar Dr. F. Chetcuti tat-30 ta' Marzu 1833.
  6. Atti tan-Nutar Dr. F. Chetcuti tat-20 ta' Jannar 1833.
  7. Malta Penny Magazine 24th July 1841.
  8. Abbozzo di Petizione, ecc.
  9. Id-dokumenti originali jinsabu ghan in-Nutar G. Chetcuti. Ara Sac. E. Salomone, La Rotunda della Musta, Relazione Architettonica del Grognet.
  10. Mid-dokumment ghand in-nutar G. Chetcuti – Doc II, No. 14.
  11. Abbozzo di Petizione alta S.S. Gregorio XVI.
  12. Dan it-tempju mwaqqaf fis-seklu IV fejn kienu jahsbu li kien il-Qabar ta' Kristu huwa llum maghruf bhala l-Moskea ta' Omar.
  13. Atti ta' Dr. F. Chetcuti tal 20 ta' Jannar 1833.
  14. Meta mbaghad inbniet ir-Rotunda, il-kadavru tieghu gie imtella fil-kappella tal-Madonna tar-Ruzarju, fejn illum tidher il-lapida tieghu. Kull sena fil-20 ta' Frar issir Quddiesa Kantata Solenni ghal ruhu.
  15. Minn dokument ghand ir-Rev. Dr. Anton Farrugia, Mosta.
  16. Atti Dr. F. Chetcuti tad-19 ta' Lulju 1833.
  17. Ibid.
  18. Atti Dr. F. Chetcuti tad-19 ta' Lulju 1833.
  19. The Malta Government Gazette, 5th June 1833, pp. 181-182.
  20. Curia Vescovile, Atti Civili, Anno 1833-1834.
  21. Mizmum minn Dun Karm Camilleri tal-Mosta.
  22. Mill-arkivju tal-Knisja.
  23. Bil-flus tallum nistghu nghidu li l-inqas haddiem kellu 8m u l-imghallem tieghu kellu kwazi 4c6 kuljum.
  24. Atti ta' Dr. F.Chetcuti tal-21 ta' Jannar 1834.
  25. Mill-arkivju tal-Knisja.
  26. Segreteria Vescovile, Vol 1833-35, p. 174; Vol 1841-42, p. 312 u taht il-31 ta' Lulju 1852.
  27. Segreteria Vescovile, Vol 1833-35, pp. 165-174.
  28. T. Mac Gill, Guide for … Malta, 1839, p. 124.
  29. Miet ta' 80 sena fis-17 ta' Dicembru 1842.
  30. A. Ferres, Descrizione delle Chiese, p. 466.
  31. Malta Penny Magazine, No. 98, 24th July 1841.
  32. J. Barber, The Overland Guide – Book for the Overland Traveller, (1845), p. 18.
  33. Segreteria Vescovile, Vol. 1841-42, pp 1045-1053.
  34. Atti ta' Dr. G. Pellegrini Petit, tat-13 t'Ottubru 1859.
  35. Dan il-Kappillan difnuh fil-knisja l-qadima, u meta din giet mahtuta giebuh fir-Rotunda taht il-lapida tieghu fil-kappella tal-Kurcifiss. Kull sena fit-28 ta' Settembru ssir quddiesa solenni ghal ruhu.
  36. Salm 137, v. 2.
  37. Din merfugha fl-Arkivju tal-Knisja.
  38. Mill-arkivju tal-Knisja.
  39. Reports of the Commisssion appointed to inquire into the Affairs of the island of Malta, 1837, Part III, pp. 4-11.
  40. Malta Penny Magazine, No. 98, 24th July 1841.
  41. Guida dell'Isola di Malta (1843), p. 111.
  42. The Catholic Times, April 11, 1913 "Eucharistic Congress," p. 8.
  43. Bumpus, The Cathedrals of England and Wales, p. 86.

Kapitli ohra mill-ktieb