The Mosta Archives Banner

Il-Markiz tal-Fiddien

minn Louis Vassallo


Il-Mosta: Harga Nru. 4 (2007) Format Gdid


L-arma ta' Mallia TaboneL-arma ta’ Mallia Tabone

(p.56) L-istorja tan-nobilta Maltija tmur lura lejn iz-zmien tal-hakma Normanna. L-antenati ta’ diversi nobbli Maltin gew Malta fil-perjodu tan-Normanni, fejn kienu gew moghtija bcejjec ta’ artijiet maghrufa bhala xaghri. Dan kompla jigri meta dawn il-gzejjer waqghu taht ir-Renju ta’ Sqallija. Bla dubju, kienu l-Kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann li holqu numru kbir ta’ titli nobbiljari u nghataw minn diversi granmastri lil persuni li kienu jghixu fil-gzejjer Maltin. Mal-migja ta’ Napuljun Bonaparti f’Malta fl-1798, dawn it-titli ta’ nobilta gew imnezza’ minn kull setgha. Fl-1877 saret lista ta’ rakkomandazzjonijiet fejn uriet liema huma dawk it-titli ta’ nobilta li ghandhom jigu rikonoxxuti mill-Kuruna Ingliza. Kemm qabel u kif ukoll wara l-ghoti ta’ l-Indipendenza fl-1964, diversi titli barraniin ta’ nobilta gew moghtija lic-cittadini Maltin. Meta Malta saret Repubblika fl-1974, kull cittadin sar ugwali u ndaqs fejn jidhlu dmirijiet u drittijiet. Il-ligi li ghaddiet mill-Parlament Malti nhar it-23 ta’ Gunju 1975, tghid li, filwaqt li dawn it-titli nobbli gew irtirati, jistghu jigu uzati bla xkiel fil-hajja socjali ta’ l-individwu. Il-precedenza tat-titli nobbli Maltin hi bbazata fuq kemm it-titlu nnifsu imur lura fiz-zmien u mhux fuq xi grad universitarju tal-persuna involuta.


Mill-Granmastru De Rohan


Fost ohrajn, fil-Mosta niltaqghu man-nobilta tal-familja Mallia Tabone li kien inghatalhom it-titlu ta’ Markiz. L-ewwel persuna minn din il-familja li kisbet dan it-titlu hu Salvatore Angelo Mallia Tabone, dixxendent ta’ Agostino Tabone li kien iddistingwa ruhu fl-Assedju l-Kbir ta’ Malta ta’ l-1565. Hu kien gie moghti t-titlu ta’ Markiz nhar il-15 ta’ Ottubru 1785 mill-Granmastru De Rohan. Bhala turija ta’ rispett fewdali, ‘il-Markiz tal-Fiddien’ kif kien popolarment maghruf minn kullhadd, kellu l-ordni li ta’ kull sena f’jum it-tifkira tal-hatra tieghu, kellu jaghtih bukkett fjuri. Nhar il-15 ta’ Gunju 1793 l-istess granmastru hareg rescritto li fih gedded dan it-titlu billi ghamar li jibqa’ jintiret fir-razza ta’ Mallia Tabone ma kull wild ta’ sess maskili.


Tal-Fiddien


Il-Fenici kienu semmew bicca art ftit ‘l isfel mir-Rabat, ‘Fiddien’ li tfisser ‘Zmien iz-Zebbug’, u hu mahsub li hawn kien jaghsru z-zebbug biex jaghmlu z-zejt minnu. It-titlu nobbli ‘ta’ Fiddien’ jaf il-bidu tieghu fl-1287 lill-familja Santa Sofia u rega’ gie moghti lill-familja Torres fl-1520, sakemm fl-1785 inghata lill-familja Mallia Tabone.


Fi zmien il-Francizi


Matul l-ahhar sena ta’ l-Ordni f’Malta, il-Granmastru Hompesch hatar lill-Konti Barbaro u l-Konti Castelletti flimkien mal-Markiz Mallia Tabone bhala gurati tal-belt Notabile – l-Imdina. Nhar id-9 ta’ Gunju 1798, it-truppi Francizi mmexxijin mill-General Vaubois dahlu l-Imdina. In-nobbli Maltin kienu konxji li fic-cirkustanzi li nqalghu ma setghux ikunu f’pozizzjoni tajba biex jiddefendu l-belt kapitali l-antika ta’ Malta. Ghalhekk ftehmu li jwaqqfu kunsill lokali. Il-Kaptan ta’ Rodi l-Baruni Bonici, flimkien ma’ l-erba’ gurati – il-Konti Manduca, il-Konti Barbaro, il-Konti Theuma u l-Markiz Mallia Tabone – iltaqghu fil-Palazz ta’ l-Isqof fejn kienu gew milqughin minn Mons. Vincenzo Labini nnifsu. Hemmhekk iltaqghu ma Vincenzo (p.57) Barbara li kien qed jirraprezenta lill-General Bonaparti u r-Repubblika Franciza. Kontra qalbhom, il-membri tal-kunsill qablu biex huma ma jopponux lit-truppi Francizi ghax gew moghtija garanzija li d-drittijiet taghhom fuq ir-religjon, il-liberta u l-propjeta se jkunu mharsa. F’dik l-istess lejla, ic-cwievet tal-bibien ta’ Citta Notabile ghaddew f’idejn il-General Vaubois.


Sofrew tbatija


L-istorja ta’ gensna tghidilna li l-affarijiet marru zmerc u l-poplu kollu kien iddispjacut u mdejjaq bl-arroganza li wrew maghhom il-hakkiema l-godda. Dan wassal ghall-imblokk twil tal-Francizi, fejn is-sitwazzjoni ta’ pajjizna kompliet hzienet. Numru ta’ familji nobbli Maltin sofrew tbatija kbira, konsegwenza tad-decizjonijiet horox li impona l-General Vaubois. Il-membri tal-familja Mallia Tabone gew ordnati biex isellfu flushom halli b’hekk jithallsu s-suldati Francizi, djarhom gew irrekwizizzjonati, waqt li l-familja kollha giet ordnata bil-forza biex titlaq mill-Belt Valletta. Dan l-episodju drammatiku gab fi tmiemu l-istorja attiva u mlewna tan-nobilta f’Malta, mifruxa fuq medda ta’ tliet mitt sena.


Fl-1878, it-titlu ta’ Markiz lill-familja Mallia Tabone gie rikonoxxut mill-Kuruna Ingliza.


Nicola


Il-familja tal-Markiz Mallia TaboneIl-familja tal-Markiz Mallia Tabone migbura flimkien fuq is-setah tar-razzett tal-familja

L-ahhar persuna mill-familja Mallia Tabone li gab it-titlu ta’ ‘Marquis di Fiddien’ kien Nicola Mallia Tabone (1894-1973), fejn imbaghad dan it-titlu ghadda ghand il-familja Caruana Dingli. Dan il-Markiz li kien jahbat is-seba’ u l-ahhar wiehed fil-familja Mallia Tabone, kien jghix il-Mosta. Kemm hu u kif ukoll xi antenati tieghu kienu jghixu f’dar kbira u sabiha qrib ir-Rotunda, xi zewg bibien ‘l isfel mill-ufficju parrokkjali u li llum ma din id-dar, fuq plakka tac-ceramika, insibu miktub “Il-Markiz tal-Fiddien”. Il-familja Mallia Tabone kellha wkoll fil-Mosta, razzett li jmur lura sas-seklu sbatax u li llum hu s-sede ufficjali ta’ l-Ghaqda Filantropika Talent Mosti. Il-Markiz Nicola Mallia Tabone baqa’ guvni sa ma miet fl-1973. Dan il-Markiz kien bidwi fejn kien jahdem l-ucuh tar-raba’ tieghu fuq rih Wied il-Ghasel u li hemmhekk kellu razzett imdaqqas biex fih irabbi xi annimali domestici u tjur bhal tigieg u (p.58) hamiem. Xi Mostin imdahhlin fiz-zmien, iddiskrivew lil Nikola l-Markiz bhala persuna minn taghna, qasir u rqieq, dejjem bil-glekk u b’kappell tat-trizza. Jinghad li fl-ghorfa ta’ fuq is-setah, il-Markiz kellu kollezzjoni vasta ta’ kull tip ta’ armi tan-nar u fost dawn ma setax jonqos li kellu bosta snieter ta’ tipi u marki differenti li kien juzhom ghad-delizzju tal-kacca. Ghad hawn xi anzjani li jiftakru lill-Markiz diehel u hiereg mir-razzett, fi triqtu lejn Wied il-Ghasel jew lejn in-naha ta’ Santa Margerita b’xi zewgt iklieb tal-kacca ihufu quddiemu! Smajna wkoll li l-Markiz kien jiddelitta bit-tigrijiet taz-zwiemel, fejn mhux l-ewwel darba li rebah l-ewwel post biz-ziemel favorit tieghu, l-aktar ghall-okkazjoni ta’ l-Imnarja. Gieli wkoll iddizappunta ruhu ghax ikun tilef xi tigrija mportanti.


Sacerdot mahbub


Fost ix-xjuh Mostin ghadu jissemma’ certu qassis li kien qarib tal-familja Mallia Tabone. Dun Gwann Mallia Tabone kien wisq mahbub mal-Mostin. Sfortunatament dan il-qassis umli miet b’incident li kellu fil-Wardija. Iz-ziemel li kien qed igorr il-karrettun li fuqu kien hemm riekeb Dun Gwann, sfratta u b’hekk hu nbezaq ‘il barra b’tisbita kbira u baqa’ tal-post. Din id-dizgrazzja sehhet nhar it-3 ta’ Novembru 1941. Kellu biss madwar erbghin sena.


Oggetti ta’ pregju


F’dak iz-zmien, il-Mosti Dun Salv Magro, illum Mons. Onorarju, kien jiehu hsieb il-htigijiet spiritwali tal-familja Mallia Tabone. Bhala gest ta’ apprezzament lil Dun Salv xi membri ta’ din il-familja hallew bhala wirt, arlogg ta’ valur u ghadd ta’ kwadri sbieh. Min-naha tieghu Dun Salv kien irregala dawn l-oggetti ta’ pregju lill-knisja tal-Mosta, fejn wiehed ghadu jista’ jammirahom fis-sagristija ta’ fejn hemm il-bomba. Ta’ min isemmi l-kwadru li fih jidher Sidna Gesu Kristu qed jitnizzel mis-salib, xoghol li hu maghdud bhala ta’ Antoine de Favray. Hdejh naraw il-kwadri f’gieh zewg qaddisin nisa, Sant’Agata u Santa Cecilja. Kwadru iehor li jixraqlu attenzjoni hu dak li juri l-qtil ta’ Abel minn huh Kajjin. Tahtu sewwa jidher sett ta’ erba’ kwadri zghar li juru episodji mit-Testment il-Qadim.


Uzu Gdid


Il-familja tal-Markiz Mallia TaboneIr-razzett Mallia Tabone li llum iservi bhala s-sit ta’ l-Ghaqda Filantropika Talen Mosti

Bosta huma tal-fehma li l-Gvern Centrali kien ha f’idejh ir-raba’ u r-razzett wara l-mewt tal-Markiz Nicola Mallia Tabone. Fl-ghelieqi tal-Markiz giet mibnija l-iskola ‘Lily of the Valley’filwaqt li ghal aktar minn tletin sena, ir-razzett thalla abbandunat fejn sfortunatament garrab diversi hsarat. Izda bis-sahha tad-decizjoni mehuda fl-1986 mill-Ministru Dr. Daniel Micallef biex ir-razzett ma jitwaqqax minhabba t-tkabbir ta’ l-imsemmija skola, dan il-patrimonju gie restawrat fi zmien il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Dr. Ugo Mifsud Bonnici. Haddiema u studenti mill-Iskola tal-Bini Glormu Cassar irnexxielhom jirrestawraw b’success u b’hila dan ir-razzett grazzjuz. Il-kap ta’ l-Iskola Lily of the Valley ta’ dak iz-zmien, is-Sinjorina Mary Doris Aquilina, tat kontribut siewi f’din il-bicca xoghol. Ghal xi snin dan il-post ma sarx uzu minnu u kien f’dan il-perjodu li l-Ghaqda Filantropika Talent Mosti tefghet ghajnejha fuqu ghax sa dak iz-zmien kienet ghadha minghajr sede minfejn tmexxi. L-Ghaqda kellemt lill-awtoritajiet koncernati biex finalment gie maqbul li hija setghet tibda taghmel uzu mir-razzett bhala l-kwartieri taghha, skond il-ftehim li sar fl-1 ta’ Awissu 1998 mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni s-Sur Evarist Bartolo. Nhar il-Hadd 25 ta’ Ottubru 1998 dan il-post infetah ufficjalment mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Dr. Louis Galea. Kull attivita li ssir f’dan ic-centru kulturali u filantropika ghandha l-kooperazzjoni tal-kap ta’ l-iskola ta’ biswit ir-razzett, is-Sinjorina Josephine Mifsud, flimkien mal-Kunsill Skolastiku.


Nostalgija


Hekk kif tixref mill-ghatba ‘l gewwa tar-Razzett tal-Markiz, bhal donnok tisthajjel li bla ma trid tidhol minn seklu mimli giri, ghaggla, aljenazzjoni, apatija u indifferenza, ghal seklu li ghad fih persuni li ghalihom l-identita tfisser hafna ghall-gens Malti. Il-hitan hoxnin mibnijin b’tahlita ta’ gebel tal-qawwi u tal-franka, il-maxturi fil-hajt, l-ghorfa, il-bir, il-hawt ta’ l-ilma, il-mahzen tat-tiben, it-twieqi fil-gholi, ix-xorok u t-tarag li jaghti mill-bitha nofsana ghas-setah arjuz, iqanqlu fik immaginazzjoni nostalgika (p.59) ghal zmien li ghadda u mar biex qatt izjed ma jerga’ jigi lura! Kwazi ghadek tista’ tisthajjel it-tigieg fil-mandri u xi hadd minn hutu x-xebbiet jigbor il-bajd, jew jahleb il-moghoz, jew inizzel it-tamez fil-halib ghall-baqta biex jaghmel il-gbejniet. Kwazi kwazi ghadek tista’ xxomm it-tiben u l-ghalf. Ghadek tista’ timmagina lill-Markiz fis-setah jifli l-hamiem, ghadek tista’ tisma’ u xxomm il-bhejjem fl-istalel, il-pal tal-bajtar tax-xewk … Ghadek tista’ tisma’ s-serduq jidden bi kburija ma zerniq il-jum, jew tara lill-Markiz innifsu fil-barumbara jgharrex lejn ix-xaghri u r-raba’ mhaddar ta’ madwaru! Xi darba, qabel gew il-karozzi u l-izvilupp ta’ l-art f’dawn l-inhawi, hekk kienet l-istorja. Rurali, safja u trankwilla! Imma ghall-grazzja t’Alla, ir-razzett ghadu hemm sallum!


Riferenzi


Nizzi hajr lis-Sur Lorry Camilleri, lis-Sur Noel Fabri, lis-Sur Manuel D.Schembri, lis-Sur Philip Borg u lis-Sur Salvu Galea ghat-taghrif utli li ghogobhom jghadduli.