The Mosta Archives Banner

Mastr’Ang Gatt f’gheluq il-100 sena minn mewtu

minn C.J. Schembri


L-ewwel parti: Il-Mosta: Gunju 1976 – Lulju 1976

nieqsa


It-tieni parti: Il-Mosta: Awissu – Settembru 1976


Snin ta’ hajja iebsa


Il-prim bennej Mastr'Ang GattL-imghallem u prim bennej Mastr'Ang Gatt

(p.6) Mastr’Ang kien issa ragel ta 64 sena, imxejjah qabel iz-zmien, mikdud bil-hsieb u maghkus bit-toqol tax-xoghol; kien insomma wiehed misjur sewwa bis-snin ta’ hajja iebsa u ta’ tbatija. L-imghallem kien issa beda jhoss li ma kellux izjed x’jaghti lid-dinja ghax il-forzi ta’ gismu kienu bdew jonqsulu u jitilqugh bil ftit il-ftit. Ghalhekk, wara hidma ta’ snin twal li kienet bdietlu minn tfulitu minghajr qatt ma waqfet, dan il-haddiem biezel u kapaci issa, fl-ahhar ta’ zmienu, kellu bilfors jerfgha minn xoghlu u jhalli ghal kollox dik is-sengha ta’ bennej li kien wiret minghand missieru u li huwa stess kien wettaq b’tant genju u dedikazzjoni.


Mal-waqfa tax-xoghol, lil Mastru Ang waqaflu wkoll il-hlas ta’ dik il-bagatella ta’ flus li kien idahhal kuljum bi hlas ghax-xoghol kbir li kien jaghmel. Dawk il-ftit ewweq li bihom kien jithallas kienu l-unika qliegh mizeru ghall-ghixien tieghu ta’ kuljum u biex minnhom seta’ jzomm il-familja fqira tieghu. Issa, ghax dan l-imghallem u bennej ta’ hila kbira xjieh u ma felahx jahdem izjed, din ix-xi haga zghira li kien jaqla’ ta’ kuljum waqfitlu! U hekk, wara hidma bhal dik tieghu, l-Kapu-Mastru tar-Rotunda safa’ bla sold fil-but, bil kemm kellu bizzejjed biex seta’ jitrejjaq u kemm kemm seta’ jghix ta’ bniedem xih li kien!


Kulhadd kien jaf sewwa li dan l-imghallem tajjeb qatt ma kien thallas bizzejjed kif kien tabilhaqq jixraqlu ghal dak ix-xoghol kbir li kellu f’idejh. Bill dawk tal-Parrocca ma riedux jarawh ibati, hasbuha malajr u wara qatghuha li johorgulu teftifa zghira ta’ xi ftit hbub kuljum bhala pensjoni mhux ghax b’daqshekk Mastr’Ang seta’ qatt jigi mhallas tax-xoghol li kien ghamel, imma b’gharfien tas-servizz twil ta’ hafna snin shah u ghall-hidma siewja li kien wettaq fuq l-opra kbira tar-Rotunda. Kienet tabilhaqq nitfa’ zghira ta’ pensjoni dik li hargulu, kemm xejn biex forsi serviet lix-xwejjah biex b’dik id-daqsxejn huwa seta’ jkompli jkebbes u idahhan l-ghaziza pipa li tant kien ihobb jigdem bejn snienu u jdendila ma xuftejh. Tal-Parrocca xtaqu li kieku johorgulu xi haga izjed milli tawh, izda jahasra ma setghux ghax minn fejn huma ma kellhomx!


Zgur li ghal Mastr’Ang il-flus qatt ma ghamlu bih u lanqas issa, ghalkemm tant fil-bzonn, ma kienx ihobb wisq ihares lejhom. Kien bizzejjed ghal dan ix-xwejjah ta’ qalb kbira biex izomm haj u jghix hieni billi ta’ kuljum kien jaghti harsa sewwa ta’ mghallem li kien, fejn dik id-dehra imponenti u majestuza ta’ dak it-Tempju rotund u grandjuz u jhoss minn jghidlu li dak il-koloss li kien qieghed jilmah quddiemu twaqqaf u wasal sat-tmiem tieghu bl-gharaq ta’ gbinu u bil-hidma tal-qawwa ta’ dirghajh. Kellu ragun ix-xwejjah Mastr’Ang jithenna u jitpaxxa quddiem dik ix-xena sabiha ta’ dik l-opra tal-ghageb meta kien jiftakar li dik kienet il-frott tal-hidma u l-kuragg tieghu.


It-tielet parti: Il-Mosta: Ottubru – Novembru 1976


Il-bust ta' Mastr'Ang Gatt fir-RotundaIl-bust ta' Mast'Ang li hemm fuq qabru fil-kappellun ta' San Bastjan.

(p.11) Ghal bosta snin wara Mast’Ang Gatt baqa’ jghix fil-faqar madwar niesu, imwarrab fil-mohba ta’ daru, iceklem u jghodd is-snin fis-skiet tal-hemda ta’ kamartu. Dan ir-ragel xwejjah kien ta’ sikwit joqghod jahseb u jhewden wahdu fuq l-imghoddi u, fi hsibijietu, kien dejjem imur lura fil-warrani ta’ zminijietnu fejn kien jerga’ jiltaqa’ ma’ dawk il-grajjiet qliel ta’ zmienu u jgib quddiem ghajnejh dak kollu li kien ghadda minn ghalih fis-snin ta’ qabel. Kemm tmaqdir qala’ fuq wiccu, u xi tfixkil kien isib madwaru; kemm sogru, u xi tbatija kellu jgarrab biex seta’ jwettaq dak kollu li kien ried jaghmel; kemm biza’, u xi qtiegh il-qalb kien dam isofri sakemm wassal sat-tmiem taghha l-opra kbira tar-Rotunda! Issa, ghal dan l-imghallem xwejjah u qalbieni, kollox kien mitmum; ghalih kien kollox spicca bir-risq u b’wicc il-gid. Ghal Mastru Ang Gatt il-kbir kien kollu ghadda, hekk li ghalih kien jidher li kollox kien qisu qieghed jghib bil-mod il-mod u jintilef fil-girja taz-zmien biex forsi dan jintesa wkoll.


Xempju u Zina


Sadattant, l-imsejken Mastr’Ang kien dahal gmielu fil-ghomor u d-dawl tal-hajja beda jonqsu bil-qajla l-qajla. Sahhtu bdiet thallih bil-ftit il-ftit sakemm fl-ahhar, wara hajja ta’ kwazi 79 sena, il-gamar tal-hajja ntfielu ghal kollox u fit-12 ta’ Novembru 1875 dan “ir-ragel tal-ghageb” gibed l-ahhar nifs ta’ hajtu u mieghu harget ruhu t-tajba biex marret titqaddes f’hajja ohra dejjiema u l-izjed hienja fid-dehra glorjuza ta’ l-Imghallem Divin fost l-ghana tal-kotra ta’ l-Angli u l-Qaddisin kollha. U hekk ghebet mill-ghajn tal-bniedem id-dehra ta’ dan il-Benefattur kbir tal-Mostin, l-ahhar wiehed mill-erba’ protagonisti kbar tal-opra grandjuza tar-Rotunda kif ukoll l-ahhar wiehed mill-erba’ kolonni principali li fuqhom twaqqaf dan it-Tempju famuz!


Lil Mastr’Ang Gatt ma ghamlulux xi funeral sabieh kif aktarx dejjem isir ghal xi persunagg ta’ qima u ta’ rispett, ghalkemm dan l-imghallem maghruf kien bniedem ta’ genju u ta’ gieh kbir. Il-katavru tieghu gie mehud sal-knisja l-kbira, bla ebda pompa jew tlellix, minghajr hoss jew xi hadd mexa warajh. Sarlu funeral mill-izjed semplici, ta’ ragel fqir u ta’ bniedem tassew komuni. Gewwa l-knisja ma sar xejn specjali, l-ebda servizz barra mis-soltu u fuq dan il-mejjet ma tkantawx diskorsi funebri u lanqas tlissnet kelma wahda ta’ tifhir. Ghal ghajn did-dinja, Mastru’Ang Gatt ma kienx maghdud mal-maghrufin!


Gismu mejjet kien imbaghad imnizzel sa taht il-knisja, hemm gewwa l-kennierja tal-mejtin fejn izjed wara gie midfun f’post minn tal-komuni mhux le, hemm izjed ‘il fuq, fil-qiegha kbira tar-Rotunda magenb dawk l-ohra shabu li maghhom dan l-imghallem kien hadem matul il-bosta snin.


Kien tabilhaqq zball kbir ta’ dakinhar li gab mieghu ghajb kbir lil niesna ta’ qabilna. Kif qatt dawk setghu naqsu li jgharrfu jghoddu mal-maghzulin taghna lil dan il-kbir benefattur tal-Mostin li ghamel hekk gieh lilu u lill-Maltin? Wara, kulhadd intebah u soghbieh bl-izball li kien sar. Imbaghad kollox issewwa u ntesa hekk kif lil Mastr’Ang Gatt saritlu dik il-gustizzja li kien haqqu meta l-fdalijiet mejta tieghu gew merfugha u ttrasportati gor-Rotunda fejn gew imqieghdha mill-gdid f’post xieraq u ta’ gieh biex hemm taht dik il-qiegha wiesa’ jistriehu ghal dejjem fost dawk ta’ hbiebu u ta’ shabu l-fundaturi l-ohra ta’ din l-opra grandjuza, taht il-kenn u d-dell tal-koppla gholja li qieghdha ssaqqaf dan it-tempju meraviljuz, l-ghaxqa tal-Mostin u l-ghageb ta’ kull min jarah, frott il-hidma u l-hila u l-qlubija ta’ dan Anglu Gatt – ix-xempju u z-zina tal-bennej Malti!