The Mosta Archives Banner

Imfakkra l-vittmi tal-Gwerra li kienu fix-Xelter Nru 71


Il-Mosta: April – Awissu 1999


Scouts fil-Mosta jfakkru vittmi tal-gwerraIt-tfal ta' l-iskola flimkien ma l-iskawts jimmarcjaw ghal hdejn il-lapida kommemorattiva.

(p.9) Nhar it-22 ta’ Marzu, bl-inizjattiva tas-Sur Charles Vella, membru tal-Kumitat Monument Qalbiena Mostin, tfakkar is-57 anniversarju mit-tragedja tax-Xelter Numru 71, li jinsab fi Triq Gafa. Hawn 34 inqatlu u 4 ohra li kienu fl-istess xelter mietu aktar tard fl-isptar. B’kollox mietu 38 persuna, 68 ohra spiccaw l-isptar korruti gravament. B’kollox 102. Dan gara wara li xi bombi gew direttament fuq l-bokok tax-xelter. Hames persuni minn dawn li semmejna tqattghu bicciet ghax ma lahqux nizlu fix-xelter.


Ic-cerimonja bdiet b’korteo mill-pjazza. Hadu sehem fih numru sabih ta’ tfal mill-klassijiet tas-sitt sena ta’ l-iskola Primarja tal-Gvern flimkien ma l-ghalliema taghhom. Hekk kif waslu quddiem l-irhama kommemorattiva s-Sur Charles Vella spjega dak kollu li gara nhar il-21 ta’ Marzu 1942 f’dak ix-xelter u ta xi taghrif iehor dwar l-ahhar gwerra dinjija.


Wara d-diskors indaqq il-Last Post minn tifel u tifla ta’ wahda mill-klassijiet. Dawn it-tfal huma membri tal-banda tal-Grupp ta’ l-iskawts tal-Mosta. Wara saret minuta silenzju u ndaqq ir-Reveille.


Is-Sur Charles Vella mbaghad qal talba b’sufragju ghal dawk li tilfu hajjithom f’dik it-tragedja, wahda mill-ghar, jekk mhux l-ghar li graw hawn Malta fl-ahhar gwerra dinjija.


Ic-cerimonja ntemmet bi tqeghid ta’ kuruna biswit il-lapida kommemorattiva.