The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA FIZ-ZMIEN IL-HAKMA TAL-KAVALLIERI TA' SAN GWANN

Michael A. Sant

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta, 1996.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kunsill jew mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


ZWIGIJIET FIL-MOSTA


(p.25) Mil-Liber Matrimoniorum, m’ghandniex xi nghidu, nitghallmu hafna dwar zwigijiet fil-Mosta. Ghalkemm ghal dan l-istudju qghadna l-aktar fuq is-snin 1630-50, xi taghrif dwar zwigijiet fi zmenijiet ohra fil-Mosta waslilna wkoll.


Bejn is-snin 1612 u l-1629 l-akbar ghadd ta’ zwigijiet fil-Mosta kien ta’ tnax (1625 u 1629) u l-izghar ghadd kien ta’ tnejn (1614). Bejn l-1630 u l-1650 l-akbar ghadd ta’ zwigijiet f’sena wahda tela ghal sbatax (1639) u l-izghar ghadd kien ta’ tlieta (1638). Nifhmuha mela ghaliex l-ghadd fis-sena ta’ wara tela ghal sbatax. [Ara Tabella XX]


Tabella XX: Ghadd ta’ zwigijiet 1612-1650

(p.76)

NUMBER OF MARRIAGES1
1612-1629 1630-1650
Year Total Year Total
1612 8 1630 8
1613 5 1631 4
1614 2 1632 6
1615 7 1633 10
1616 6 1634 12
1617 6 1635 7
1618 4 1636 14
1619 6 1637 4
1620 8 1638 3
1621 8 1639 17
1622 8 1640 13
1623 8 1641 15
1624 5 1642 11
1625 12 1643 10
1626 3 1644 7
1627 8 1645 13
1628 3 1646 13
1629 12 1647 14
1648 5
1649 10
1650 8
  1. See A.P.M., M.L. I (1611-1701).

(Carmel Calleja, op. cit., tab. IX)


(p.25) Issa l-akbar ghadd ta’ zwigijiet kienu jkunu endogami, ta’ Mostin mal-Mostin. Zwigijiet endogami kienu wkoll ir-regola f’xi nahiet ohra rurali. Izda mhux f’kollha. Waqt li fis-Siggiewi, zwigijiet endogami kienu ta’ 61.8 fil-mija fil-perjodu 1750-1800 u fil-Mosta 58.1%, f’Hal Balzan il-percentagg kien biss ta' 24.4%, f Hal Kirkop 24.2%, f’Hal Lija 35.3% u f’Hal Ghaxaq 33.2%. F’Ghawdex, kif wiehed jistenna, ir-rata ta’ zwigijiet endogami kienet x’aktarx gholja, 53.3% (p.26) fix-Xewkija u 70.2% fl-Gharb.84 Dawn il-figuri kienu xhieda li l-qawl Malti: “Baqra tajba tinbiegh f’pajjizha”, ma kienx inholoq ghal xejn.


Bejn l-1630 u l-1650 minn 204 zwieg b’kollox, 83 minnhom kienu ta’ barranin li hadu tfajliet Mostin. Il-guvintur, kif wiehed jistenna, gew l-aktar min-Naxxar (24 wiehed) u mir-Rabat (20). Izda gew ukoll minn inhawi ohra, maghduda 4 minn Ghawdex. [Ara Tabella XXI] Fi zmien meta l-missirijiet kienu x’aktarx jinnegozjaw iz-zwieg ta’ binthom nifhmu kif bdiewa jew rahhala Mostin irrangaw zwigijiet ma’ tfal “bil-ghaqal” sahansitra minn Ghawdex. Nghidu ahna fil-5 ta’ Frar 1636 l-Ghawdxi Lucium Cardona izzewweg lil Speranziam Camenzuli mill-Mosta.85


Tabella XXI: Barranin li zzewgu fil-Mosta 1630-50

(p.77)

OUTSIDERS MARRYING AT MOSTA (1630-1650)1
Village/ Hamlet Number
Naxaro 24
Rabato 20
Lia 9
Attard 8
Birchircara 4
Gozo 4
Gregorio (Gargur) 3
Dingli 2
Balzano 2
Curmi 2
Zebbug 1
Crendi 1
Sigievi 1
Singlea 1
Bordi 1
Total 83 Males
Total Number of Marriages 204
  1. See A.P.M., M.L. I (1611-1701).

(Calleja, op. cit., Tab. X)


(p.26) M’ghandniex xi nghidu, guvintur Mostin ukoll kienu jizzewgu barra mir-rahal. Biex naghtu ezempju, bejn l-1750 u l-1797 wiehed u ghoxrin Mosti zzewweg Hal Lija u hdax-il Mosti iehor izzewweg is-Siggiewi. Mostin ohra zzewgu band’ohra.86 Hadd mill-Mosta ma zzewweg tfajliet fl-Gharb jew fix-Xewkija f’dan il-perjodu, izda zwigijiet ta’ Mostin fi nhawi ohra t’Ghawdex saru. [Ara Tabella XXII]


Tabella XXII: Pajjiz l-irgiel gharajjes 1750-1797

(p.78)

ORIGIN OF BRIDEGROOMS, 1750-1797 (MALTA)
Lija
Lija 122 Attard 15 Tarxien 3
Zebbug 32 Mdina/Rabat 10 Gozo 2
Naxxar 31 Qormi 8 Senglea 2
Birkirkara 22 Siggiewi 8 Zejtun 2
Balzan 21 Gharghur 5 Ghaxaq 1
Mosta 21 Luqa 4 Gudja 1
Valletta 19 Dingli 3 Vittoriosa 1
Sources
Lib. Matr. III (1679-1754)
Lib. Matr. IV (1755-1869)
Siggiewi
Siggiewi 465 Dingli 9 Kirkop 3
Zebbug 66 Naxxar 8 Senglea 3
Zurrieq 35 Attard 7 Vittoriosa 2
Mdina/Rabat 28 Balzan 6 Gozo 1
Mqabba 26 Cospicua 6 Gudja 1
Qrendi 25 Birkirkara 5 Lija 1
Qormi 17 Luqa 5 Safi 1
Valletta 13 Ghaxaq 4 Tarxien 1
Mosta 11 Gharghur 3 Zabbar 1
Sources
Lib. Matr. III (1723-1784)
Lib. Matr. IV (1784-1835)

(F. Ciappara, Marriage in Malta in the Late Eighteenth Century, 1988, p. 49)


(p.26) Kultant kien ikun hemm impediment ghaz-zwieg, x’aktarx minhabba illi l-gharajjes kienu jigu minn xulxin fil-qrib (konsangwinita). Izda gieli kien hemm impedimenti ohra minhabba relazzjonijiet sesswali (“ex acta fornicatio”) nghidu ahna m’omm jew oht l-gharusa. Impedimenti ohra setghu jsehhu meta l-gharus jew l-gharusa kien jew kienet parrinu/a fil-maghmudija jew fil-Grizma ta’ l-Isqof ta’ xi hadd fil-familja fejn sejjer jew sejra tizzewweg. U impediment iehor kien meta wiehed jizzewweg wahda li kien jghix maghha f’adulterju. Issa fil-Mosta bejn l-1750 u l-1800 insibu 16-il dispensa minn impediment minhabba konsangwinita u hamsa minhabba relazzjonijiet sesswali kif semmejna. Minhabba ragunijiet ohra ma nsibux impedimenti. Interessanti nqabblu dawn il-figuri ma’ dawk tal-Belt Valletta fejn l-ghadd hu wisq oghla u ma’ dawk ta’ Ghawdex fejn id-dispensi, l-aktar minhabba konsangwinita fiz-zwieg, kien wisq oghla.87 [Ara Tabella XXIII]


Tabella XXIII: Dispensi taz-zwieg f’Malta 1750-1800

(p.79)

MARRIAGE DISPENSATIONS IN MALTA, 1750-1800 (NUMBERS IN BRACKETS DENOTE COMMON RELATIONSHIP)
Consanguinity Affinity Spiritual
Cognizance
Public
Honesty
Crime
Attard 1 1 - - -
Balzan 2 - - 1 -
Birkirkara 17 6 - - 1
Cospicua 16 3 - - -
Dingli 7 2 - - -
Gharghur 6 3 - - -
Ghaxaq 4 3 - - -
Gudja 6 4 (1) - -
Kirkop - - - -
Lija 4 1 - - -
Luqa 3 3 (1) - -
Mdina/Rabat 17 2 - - -
Mosta 16 5 - - -
Mqabba 3 3 - - -
Naxxar 13 3 - - -
Qormi 6 1 1 - -
Qrendi 3 1 - - -
Safi - - - - -
Senglea 12 2 2 - 1
Siggiewi 3 3 - 1 (1)
Tarxien 2 - - - -
Valletta 60 13 9 2 2
Vittoriosa 6 2 - - -
Zabbar 10 1 - - -
Zebbug 17 7 1 - -
Zejtun 18 4 - - -
Zurrieq 12 - - - -
Gozo
Gharb 57 10 (1) - -
Nadur 53 12 - - -
Rabat 85 13 2 1 -
Sannat 18 2 - - -
Xaghra (Caccia) 27 10 - 1 -
Xewkija 18 10 - - -
Zebbug 15 5 - - -
Unidentified 2 1 - - -
Total 539 136 15 6 4

(F. Ciappara, 1988, p. 52)


(p.26) Xi zwigijiet f’Malta, bhal barra (ara I Promessi Sposi), kienu ta’ xejra klandestina. X’uhud kienu jichdu li jizzewgu lil dak li jkun ghazlilhom missierhom izda jippruvaw jizzewgu bil-mohbi lill-mahbub li jkunu ghazlu huma. Fil-Mosta, bejn l-1750 u l-1800, ma nsibux kaz wiehed ta’ zwieg klandestin. Daz-zwigijiet insibuhom l-aktar, kif (p.27) wiehed jistenna, fil-Belt Valletta u fit-Tlitt Ibliet.88 Izda attentat biex il-mahbubin jissorprendu lill-kappillan u jzewwighom, sar fil-Mosta. Izda Dun Filippo Gugliermo Seychell induna illi l-kavalier bla voti Santnin u t-tfajla tieghu kienu qeghdin jistennewh. X’ghamel? Harbilhom minn daru baxx baxx billi ghaddielhom mill-bieb tal-gnien u mar il-Belt biex jghid kollox lill-Isqof.89


Xi zwigijiet kienu poligami, meta wiehed mill-gharajjes kien diga mizzewweg lil ragel jew mara ohra. Fil-Mosta, ghallinqas bejn l-1754 u l-1785, ma nsibu l-ebda kaz bhal dan. L-aktar kazi komuni kienu fejn jidhlu l-barranin.90 L-Inkwizituri kienu jkunu horox sewwa f’kazi bhal dawn.


Xi Maltin, kif semmejna, kienu jizzewgu barranin u dan kien isehh l-aktar fejn kien hemm l-aktar tahlit, jigifieri, ghal darb’ohra, fil-Belt Valletta u fit-Tlitt Ibliet. Ftit insibu kazi bhal dawn fl-irhula. Hadd mill-Mosta bejn l-1630 u l-1650 ma zzewweg barrani u trid tgharrex sewwa biex issib xi hadd li ghamel hekk fis-snin ta’ wara. Bejn l-1750 u l-1800 waqt li fil-Birgu, nghidu ahna, 40 mara zzewgu barrani, ma nsibu l-ebda tfajla minn Hal Balzan, Hal Lija, Hal Kirkop, is-Siggiewi jew il-Mosta li zzewget ragel barrani.91


Rari li xi Maltin kienu jizzewgu lsiera. Bejn l-1750 u l-1798 ma nsibu anqas kaz wiehed biss f’Hal Balzan jew Hal Kirkop. F’Hal Lija, f’Hal Qormi u fil-Mosta nsibu kaz wiehed biss ta’ lsir jizzewweg xebba Maltija. Fl-Imqabba fl-istess zmien insibu zewg kazi.92


Normalment dari, bhal-lum, bniedem kien jizzewweg darba biss. Iz-zwieg ghal hajtek kollha. Izda fi zmien meta n-nies kienu jmutu x’aktarx zghar, irgiel kienu jintemmu fil-jasar u ma kinitx haga, l-aktar jekk tkun mara, li tghix wehidha, hafna kienu jizzewgu t-tieni u sahansitra t-tielet u r-raba’ darba. Qisu wiehed minn kull hames zwigijiet kien ikun it-tieni zwieg ghall-gharus jew l-gharusa. L-irgiel romol kienu jippreferu jiehdu xebbiet milli nisa romol bhalhom, waqt illi l-guvintur rari hafna kienu jizzewgu nisa romol. Bejn l-1750 u l-1798 minn total ta’ 954 zwieg fil-Mosta, 766 izzewgu ghall-ewwel darba, 37 guvni izzewweg armla, 109 xebbiet izzewgu rgiel romol u 42 armel hadu armla. Interessanti li nkunu nafu wkoll illi fil-Mosta hames irgiel izzewgu ghat-tielet darba. [Ara Tabella XXIV]93


Tabella XXIV: L-ewwel zwigijiet u zwigijiet ohrajn

(p.80)

Table 4.5 First Marriages and Remarriages (1750-1798)
Total Marriages First Marriages Bachelor to Widow Spinster to Widower Widow to Widower
Balzan 202 164 13 10 15
C. Pinto 1,494 1,104 89 142 159
Kirkop 129 109 5 12 3
Lija 332 268 16 35 13
Mosta 954 766 37 109 42
Siggiewi 690 522 30 71 37
Sources
Balzan

  • Lib. Matr. II (1682-1779)
  • Lib. Matr. III (1780-1888)

C. Pinto

  • Lib. Matr. II (1702-1755)
  • Lib. Matr. III (1756-1803)

Kirkop

  • Lib.Matr. I (1675-1780)
  • Lib.Matr. II (1781-1897)

Lija

  • Lib. Matr. III (1679-1754)
  • Lib. Matr. IV (1755-1869)

Mosta

  • Lib. Matr. II (169l-1781)
  • Lib. Matr. III (178l-1833)

Siggiewi

  • Lib.Matr. III (1723-1784)
  • Lib.Matr. IV (1784-1835)

Table 4.6 Number of widow/er/s in various Parishes
Qrendi (1758) Balzan (1780) Attard (1784) Dingli (1786) Mqabba (1790)
Widows 33 29 8 8 32
Widowers 10 5 5 5 9
Sources
  • Qrendi - CEM. SA 16, no. 9
  • Balzan - CEM.SA 4, no. 1
  • Attard - CEM. SA 18, no. 1
  • Dingli - CEM. SA 7, no. 5
  • Mqabba - CEM.SA 11, no. 8

(F. Ciappara. 1988, p. 59)


(p.27) Fi zmien meta hafna Maltin kienu jsiefru barra minn Malta bhala bahrin fuq ix-xwieni ta’ l-Ordni jew fuq bcejjec merkantili, ghal (p.28) negozju ta’ kull xorta, biex jistudjaw barra pajjizna u x’naf jien, qabel jizzewgu Malta kien ikollhom jitolbu licenzja'mill-Kurja ta’ l-Isqof li turi li ma jkunux izzewgu qabel barra minn Malta. Insibu 3,251 applikazzjoni ghal din il-licenzja fl-ahhar nofs tas-Seklu 18. Il-kotra tat-talbiet 66.5% minnhom, kienu mill-ibliet marittimi tal-Belt, il-Furjana, il-Birgu, Bormla u l-Isla. Izda talbiet saru minn kull naha tal-gzira. Waqt li mill-Belt Valletta nsibu 735 licenzja, mill-Mosta ntalbu hamsa u ghoxrin.94


Tabella XXV: Talbiet mill-Maltin imsefrin ghall-“iStato Libero

(p.81)

TABLE 7.1 APPLICATIONS BY MALTESE ABROAD FOR THEIR ‘STATO LIBERO’
Birkirkara
Cospicua
Floriana
Kirkop
Luqa
Mosta
Naxxar
Qormi
Rabat
Senglea
Valletta
Vittoriosa
Zebbug
Zejtun
Gozo
Total
Ancona - - - - - - - - - 1 - - - - - 1
Bayonne - - - - - - - - - - - - - 1 - 1
Barcelona - - 1 - - - - - - 1 - - - - - 2
Cadiz - 1 - - - - - - - - 1 - - - - 2
Caltagirone - - - - - - - - - - 1 - - - - 1
Catania - - - - - - - - - - 3 - - - - 3
Civitaecchia - 1 - - - - - - - - 3 3 - - - 7
‘France’ 1 - - - - - - - - 1 3 1 - - - 6
Girgenti - - - - - - - - - 1 - - - - - 1
Licata - 1 - - - 1 - - - - - - - - - 2
Lisbon - - - - - - - - - 1 2 - - - - 3
Livorno - - - - - - - - - - 1 2 - - - 3
Madrid - - - - - - - 1 - - - - - - - 1
Malaga - - - - - - - - - - 1 - - - - 1
Marseilles - 5 - - - - - 1 1 1 7 4 - - - 19
Messina - 1 - - - - - - - - 2 - - - - 3
Montpellier - - - - - - - - - - 1 - - - - 1
Naples - 2 - - - - 1 - - - 8 - - - - 11
Nice - 1 - - - - - - - - - - - - - 1
Noto - - - - - - - - - - 1 1 - - - 2
Pachino - - - - - - - 1 1 - 1 - 2 - 7 12
Palermo - - - - - - - - - - 4 1 - - - 5
Paris - - 1 - - - - - - - - - 1 - - 2
Rome - - - - - - - 1 - 1 1 1 - - - 4
Sardegna - - - - - - - - - - 1 - - - - 1
Scicli - - 1 - - - - - - - 1 - - - - 2
‘Sicily’ - - - - - - - - 1 - - - - - 3 4
Siracusa - - - - - - - - - 1 3 - - - - 4
‘Spain’ - 1 - - - - - - - 1 1 - - - - 3
Terranova - - - 1 - - - - 1 1 3 - - - 2 8
Tripoli - - - - - - - - - - 1 - - - - 1
Valencia - - - - - - - - - - - 1 - 3 - 4
Venezia - - - - - - - - - - - 1 - - - 1
Villafranca - - - - 1 - - - - - - 1 - - - 2
Vittoria - - - - - - - - - - - - 1 - - 1
Untraced - 1 - - - - - - - 3 5 - - - 1 10
Total 1 14 3 1 1 1 1 4 4 13 55 16 4 4 13 135

Source. CEM. AO 779-836
(F Ciappara, 1988, p. 94)


(p.28) Xi rgiel kienu jsiefru u jghibu, jew imutu, jew jaqghu lsiera jew jaharbu minn arthom u marthom. In-nisa kienu ta' sikwit jitolbu biex jergghu jizzewgu jekk kien jirnexxilhom igibu xhieda li zewghom kien miet tassew. Insibu hafna talbiet bhal dawn l-aktar mill-Belt Valletta u mit-Tlitt Ibliet. Izda nsibu talbiet miz-Zejtun, minn Haz-Zebbug, min-Naxxar, minn Ghawdex - tista’ tghid minn kullimkien. Biss mill-Mosta ma nsibux kaz wiehed bejn l-1750 u l-1800.95 Izda r-rahal jissemma b’xi mod f’dawn il-kazi. Nhar il-25 t’April 1751 Teresa Abela minn Hal Ghaxaq izzewget lil Felice Pace minn Bormla. Ftit wara z-zwieg, dan telaq minn Malta u tnax-il sena wara, fl-10 ta’ Dicembru 1763, hi talbet licenzja biex tkun tista' terga’ tizzewweg. Ix-xiehda li gabet, Saverio Cassar u Guzeppi Grixti, halfu illi waqt li kienu abbord bastiment Franciz qrib Martinique, iltaqghu ma' bicca tal-gwerra Ingliza u waqt il-glied li nqala’ 70 ragel mic-corma tilfu hajjithom, fosthom l-imsemmi Felice Pace li l-katavru tieghu twaddab il-bahar. Fuq dix-xhieda, Tereza ngnatat il-licenzja biex terga’ tizzewweg u nghaqdet fiz-zwieg ma’ certu Lazzru Vella mill-Mosta. X'gara izda? Nhar l-10 ta’ Jannar 1776 Dun Enrico Xikluna mill-Kurja ta' l-Isqof ta l-ahbar illi Felice kien gie lura f’Malta. Fit-13 tax-xahar Felice nnifsu deher il-Palazz ta’ l-Isqof u talab formalment li jerga’ jinghaqad ma’ martu. Hu stqarr illi x-xiehda li kienet tellghet martu l-anqas biss kien jafhom ghalkemm ammetta li hu u c-corma kollha abbord il-bastiment Franciz kienu ttiehdu prigunieri minn zewg bicciet tal-gwerra Inglizi waqt illi kienu jbahhru fl-ibhra territorjali ta' dak il-pajjiz. Fit-18 tax-xahar, Evangelista Barbara, mara ta’ 65 sena, u Dun Nikola Zammit, it-tnejn minn Hal Ghaxaq, gharfu lil Felice li kien aghma minn ghajn wahda. Fl-20 ta’ Jannar 1776 Teresa Abela giet ordnata biex titlaq lill-Mosti Lazzru Vella u tinghaqad mill-gdid ma’ l-ewwel ragel li kellha.96


(p.29) Ghalhekk kemm fis-17-il seklu u kemm fit-tmintax, l-irgiel li kienu jitilqu minn Malta ma setghu qatt ikunu certi li meta jergghu lura se jsibu lil marthom tistenniehom bil-herqa. Izda lanqas in-nisa ma setghu jahilfu li zwieghom jigu lura, bla ma zzewgu darb’ ohra waqt li jkunu barra minn Malta, jew dak li jizzewgu, l-aktar jekk barrani, ma kienx diga mizzewweg.


Bhal-lum, mhux l-irgiel kollha, jew in-nisa kollha kienu fidili lejn marthom jew zewghom. U nsibu hafna kazijiet fl-arkivji tal-Knisja u f’dawk ta’ l-Inkwizitur ta’ adulterju. Fil-Mosta ma jissemmewx kazi bhal dawn ghat-tieni nofs tas-Seklu Tmintax. Kaz interessanti hu ta’ Lucia Sant minn Hal Gharghur li kien ikollha ggarrab l-umiljazzjoni li torqod fl-istess sodda ma’ zewgha Luqa u l-konkubina tieghu Roza.97


Meta l-gharajjes kienu jizzewgu kienu jarmaw dar ghal rashom u rari nsibuhom joqoghdu ma’ xi genituri taghhom jew ma’ qrabathom. Kemm fl-irhula u kemm fl-ibliet, id-djar ma kinux skarsi u kien hemm min jibdel spiss fejn joqghod. Imbaghad, nghiduha, toqghod ma’ nies il-mara jew nies ir-ragel kienet haga mhux biss ta’ wgigh ir-ras izda kultant ta’ nkwiet serju. Giovanni Camilleri mill-Mosta kien joqghod fl-istess dar ma’ missier u omm martu. Meta f’Novembru ta’ l-1792 kellu xi jghid mal-mara tieghu Maria u milli jidher farfrilha xi daqqtejn, missierha u ommha qabzu fuqu, keccewh minn darhom u sahansitra wassluh lill-Inkwizitur Mons. Carpegna talli fir-rabja kien sabbat xi santi fl-art.98


Nigu ghal hag’ohra. Hu twemmin fieragh li wiehed jahseb illi dan l-gharajjes kienu jizzewgu zghar. Analizi ta’ l-iStatus Animarum juri illi ftit, ftit ferm, kienu jizzewgu bejn il-15 u d-19-il sena. Il-ligi Maltija kienet taghti parir lill-missirijiet li jzewgu ’l uliedhom bniet meta jkollhom bejn l-20 u l-25 sena.99 Harsa lejn xi zwigijiet fil-Mosta fis-17-il seklu [ara Tabella XXVI] turi illi l-bniet kienu jizzewgu, bejn wiehed u iehor, ta’ erbgha u ghoxrin sena. Tassew illi nsibu zewgt ibniet ta’ 14-il sena, Imperiam Mifsud li fl-1647 izzewget lil Antoninus Bucajiar u lil Catherina Xerri li fl-1650 izzewget lil Leonardum Guevara, izda mbaghad insibu nisa ta’ sahansitra 33 sena u nofs bhal Maria Xiberras li fl-1669 izzewget lil Paulum Deguevara.


Tabella XXVI: Eta taz-zwigijiet ghan-nisa

(pp.82-83)

MARRIAGE AGE FOR GIRLS1
Name Date of Birth MS Married to On MS2 Age
1 Mariam HAJUS 6. 9.1628 D.L. I (1612-40) Dominicum Camilleri 8.10.1645 p. 50 17yrs 1m
2. Dominica HAIUS 29. 3.1638 B.L. II (1630-97), f. 27v Jo: Mariam Fenec 10. 8.1659 p. 75 21yrs 5m
3. Margarita HAIUS l. 6.1641 Ibid., f. 36r Joannem Buhagiar 10. 9.1662 p. 83 21yrs 3m
4. Clemencia HAIUS 30. 1.1645 Ibid., f. 46r Franciscum Mifsud from Naxaro 31. 1.1666 p. 90 21yrs
5. Dominica ACIOPARDI 10. 3.1643 Ibid., f. 41r Julianum Diguevora 2. 7.1662 p. 82 19yrs 4m
6. Margarita BORG 6. 1.1635 Ibid., f. 18v Marinum Citu from Curmi 22.10.1663 p. 85 28yrs 9m
7. Joanella BORG 16.11.1646 Ibid., f. 51r Dominicum Galia 6.11.1667 pp. 93-94 21yrs
8. Paulina BORG 2. 7.1649 Ibid., f. 66r Joannem Camilleri from Attard -.2.1674 p. 116 24yrs 7m
9. Maria BUCAGIAR 23. 2.1631 Ibid., f. 4v Dominicus Xherri 9. 9.1657 p. 71 26yrs 6m
10. Maria BUSUTIL 25. 3.1625 D.L. I (1612-40) Andream Samut from Naxaro 16. 9.1646 p. 52 21yrs 6m
11. Gratia CAMILLERI 8. 8.1637 B.L. II ( 1630-97), f. 26r Jo: Mariam Vella from Lia 26. 8.1663 p. 84 26yrs
12. Domenica CAUCHI 24. 9.1618 D.L. I (1612-40) Bertum Zimech 6.10.1641 p. 42 23yrs
13. Domenica CHETCUTI 12. 3.1628 Ibid. Gratium Portelli from Attard 6.10.1647 p. 55 19yrs 7m
14. Angelica CHETCUTI 7. 7.1630 B.L. II (1630-97), f. 2v Stephanum Borg from Naxaro 6. 9.1654 p. 66 24yrs 2m
15. Gratia CHETCUTI 3.10.1633 Ibid., f. 13v Michaelem Frendo 5.10.1653 p. 64 20yrs
16. Joanella GAT 26. 6.1616 D.L. I (1612-40) Marium Cauchi from Naxaro 14.10.1634 pp. 29-30 18yrs 4m
17. Chaterina GAT 24. 8.1620 Ibid. Franciscum Borg from Nasciaro 19.10.1647 p. 55 27yrs 2m
18. Gratia GAT 22.12.1622 Ibid. Angelum Fenech 15. 8.1648 p. 55 25yrs 8m
19. Clemencia GAT 2. 5.1627 Ibid. Dominicum Buhagiar 15. 8.1652 p. 61 25yrs 3m
20. Matteola GAT 21. 9.1629 Ibid. Fernandicum Vella from Zebbug 15. 8.1658 p. 72 28yrs 11m
21. Barbara GAT 9. 3.1632 B.L. II (1630-97), f. 8r Pasqualem Tabuni from Insula Gaudisii 15. 8.1661 p. 79 29yrs 5m
22. Geronima GAT 13. 2.1638 Ibid., f. 27v Paulum Mamo from Zebbug 15. 8.1666 p. 91 28yrs 6m
23. Margarita GILESTRI 9. 8.1643 Ibid., f.42r Gregorium Tonna 15. 8.1662 p. 82 19yrs
24. Imperiam MIFSUD 1. 8.1633 Ibid., f. 12r Antoninum Bucagiar 28. 7.1647 p. 54 14yrs
25. Dominica PORTELLI 19. 4.1635 Ibid., f. 19v Andream Attard from Tarxien 15. 8.1659 p. 75 24yrs 4m
26. Maria PORTELLI 19.10.1634 Ibid., f. 18r Petrum Galia from Nasciaro 5. 9.1662 p. 83 28yrs
27. Paulina PULIS 21. 6.1648 Ibid., f. 60r Jo: Mariam Frendo 7.10.1668 p. 96 20yrs 4m
28. Clemencia SAPIAN 12. 2.1641 Ibid., f. 35r Petrum Portelli 20.10.1669 p. 100 28yrs 8m
29. Margarita VASSALLO 30. 4.1633 Ibid., f. 11v Thomam Didaci from Insula Gaudisii 15. 8.1660 p. 77 27yrs 4m
30. Maria VASSALLO 27.10.1635 Ibid., f. 20v Marium Fenech from Lia 15. 8.1664 p. 86 28yrs 10m
31. Maria XIBERRAS 26. 4.1636 Ibid., f. 22r Paulum Deguevara 14. 9.1669 pp. 98-99 33yrs 5m
32. Gratia XEBYRAS 1.10.1637 Ibid., f. 26v Josephum Agius 9. 9.1668 pp. 95-96 30yrs 11m
33. Catherinam XERRI 6. 1.1636 Ibid., f. 21r Leonardum Guevara 18. 9.1650 p. 59 14yrs 8m
34. Chaterina ZAMIT 9. 6.1631 Ibid., f. 5v Jo: Paulum Portelli from Rabat 12. 8.1657 p. 70 26yrs 2m
35. Maria ZARB 17. 6.1626 D.L. I (1612-40) Paulucium Curmi 23. 1.1650 p. 58 23yrs 7m
36. Chaterina Zarb 2(?)4.5.1629 Ibid. Bernardum Xiberras from Lia 6. 8.1651 p. 60 22yrs 2m
  1. See A.P.M., M.L. I (1611-1701), D.L. I (1612-1640), B.L. II (1630-1697). Indice di tutti Matrimoni celebrati nella Santa Parocchiale Chiesa della Musta.
  2. The MS used is M.L. I (1611-1701).

(C. Calleja, op. cit., Tab. XIV.)


(p.29) Mill-ftit taghrif li ghandna nehduha illi l-guvintur kienu jizzewgu bejn wiehed u iehor ta’ 29 sena [Ara Tabella XXVII]. Kultant, bhal-lum, kienu jaqbzu t-tletin sena. Issa dix-xehta ta’ zwieg mhux bikri (p.30) tibqa’ tghodd ghat-tmintax-il seklu ghalkemm l-etajiet taz-zwieg donnhom jickienu xi ftit. Figuri ghall-Mosta m’ghandniex izda l-medja ta’ eta tal-bniet f’Hal Balzan bejn l-1750 u l-1798 kienet ta’ 22.6 u tal-guvintur tliet snin aktar, 25.8. Xi nisa, bhal-lum, gieli kienu jkunu ixjeh mill-irgiel. U guvintur minn klassijiet tat-tajjeb kienu x’aktarx jizzewgu aktar tard minn ulied il-haddiema.100


Tabella XXVII: Eta taz-zwigijiet ghall-irgiel

(p.84)

MARRIAGE AGE FOR MEN1
Name Date of Birth MS2 Married to On MS3 Age
1. Dominicus CAMILLER1 27. 3.1635 f. 19r Gratiam Xherri 20.8.1661 p. 80 26yrs 5m
2. Laurencius CUSCHIERI 26.11 1634 f. 18v Gratiam Galia 4.10.1664 p. 87 29yrs 11m
3. Jo: Maria GILESTR1 22.6.1631 f. 5r Antoniam Bonello 16.10.1661 p. 81 30yrs 4m
4. Clemens MANGION 15.10.1647 f. 54v Agatam Fenech 6.11.1678 pp. 135-136 31yrs 1m
5. Salvatore MANGION 19.3.1645 f. 46v Mariam Deguara 26.10.1675 pp. 123-124 30yrs 7m
6. Jo: Paulus XERRI 8.4.1647 f. 52v Mariam Paci 21.7. 1674 p. 117 27yrs 3m
7. Dominicus ZAMIT 24.9.1641 f. 37r Catarinam Samut 14.10.1668 p. 96 27yrs 1m
  1. See A.P.M. M.L. I (1611-1701), B.L. II (1630-1697). Indice di tutti Matrimoni celebrati nella Santa Chiesa della Musta.
  2. The MS used is B.L. II (1630-1697)
  3. The MS used is M.L. I (1611-1701)

(C. Calleja, op. Tab. XV.)


(p.30) Meta, xahar b’xahar, kienu jsiru l-aktar zwigijiet? Il-mudell qajla kien jitbiddel minn sena ghal sena. Fiz-Zmenijiet tan-Nofs kien hemm tliet zminijiet meta ma setax isir zwieg, izda l-Koncilju ta’ Trentu pprojbixxa c-celebrazzjoni taz-zwieg biss ghal zmien l-Avvent u zmien ir-Randan. Permess specjali li jista’ jsir iz-zwieg kien jinghata meta, nghidu ahna, ir-ragel kien jinhtieglu jitlaq mill-gzira, jew it-tfajla tohrog tqila u ma tkunx trid tinkixef. Bhal ma turi Tabella XXVIII, ix-xhur ta’ Dicembru (Avvent) u Marzu (Randan) kienu l-inqas popolari ghaz-zwieg. Mejju (mhux bhall-Ingilterra) kien xahar iehor mhux popolari biex wiehed jizzewweg fih minhabba s-superstizzjoni fiergha li hu xahar tad-dizgrazzji; “Mejju mirjieh, b’kull deni stennieh”. L-aktar li kienu jsiru zwigijiet, ghallinqas fil-Mosta, kien fil-faxxa ta’ xhur bejn Awissu u Ottubru.


Minn 36 zwieg li sehh fil-Mosta mnizzla f’Tabella XXVI, 13 saru f’Awissu, 8 f’Settembru u 9 f’Ottubru. F’Jannar u f’Lulju saru zewg zwigijiet biss u wiehed kull wiehed fix-xhur ta’ Frar u Novembru. F’Marzu, April, Mejju, Gunju u Dicembru ma sar lanqas zwieg wiehed.


Jekk issa naraw kif kienet il-qaghda bejn wiehed u iehor mitt sena wara, insibu li bejn l-1751 u l-1800 fil-Mosta l-aktar xhur popolari ghaz-zwieg kienu, f’din l-ordni, Ottubru, Settembru u Novembru, b’Mejju, Marzu u Dicembru l-inqas xhur popolari. Awissu jidher illi kien tilef postu minn kullimkien. Fi rhula ohra, izda, ix-xhur l-izjed popolari ghaz-zwieg mhux dejjem kienu bhal dawk tal-Mosta. [Ara Tabella XXVIII] Ix-xhur ta’ bla zwieg, m’ghandniex xi nghidu, jibqghu l-istess.


Tabella XXVIII: Xhur popolari ghaz-zwieg

(p.85)

TABLE 4.1 MARRIAGE SEASONALITY (175l-1800)
(1: l-aktar popolari, 12: l-anqas)
1 2 3 10 11 12
Balzan Oct Nov Feb May Mar Dec
Lija Jan Nov Oct May Mar Dec
Mosta Oct Sept Nov May Mar Dec
Naxxar Nov Sept Jan May Mar Dec
Siggiewi Jan Oct Nov May Mar Dec

Sources
Balzan - Lib. Matr. II (1682-1779), Lib. Matr. III (1780-1888)
Lija - Lib. Matr. III (1679-1754), Lib. Matr. IV (1755-1869)
Mosta - Lib. Matr. II (169l-1781), Lib. Matr. III (178l-1833)
Naxxar - Lib. Matr. II (1687-1800), Lib. Matr. III (1800-1814)
Siggiewi - Lib. Matr. III (1723-1784), Lib. Matr. IV (1784-1835)
(F. Ciappara, 1988, p. 46)


(p.30) Illum iz-zwieg isir quddiem l-altar maggur izda dari, bhal ma jiftakru x-xjuh taghna, ma kienx hekk. Fil-Liber Matrimoniorum tas-17-il Seklu, jixhdu li xi koppji biex iharsu xi legat taz-zwieg (“ad implendum legatum”) kienu jizzewgu f’xi altar tal-genb, x’aktarx wiehed minn tal-Konfraternitajiet tar-Ruzarju jew tas-Sagrament. Dan kien il-kaz ta’, nghidu ahna, Jacobum Sammut li zzewweg lil Paulinam Hibeijer, ta’ (p.31) Joannes Pulis u Catharinam Samut (7-10-1640), ta’ Domenicum Debono u Gratiam Busottil, ta’ Domenicum Fenech u Teresam Busottil, ta’ Salvu Fenech u Johannellam Fenech u ta’ xi ohrajn.101


REFERENZI

  1. F. Ciappara, Marriage in Malta in the Late Eighteenth Century (Malta 1988), pp. 47-48.
  2. Calleja (1973), p. 50.
  3. Ara Ciappara (1988), Table 4.2 u 4.3, pp. 49-50.
  4. Ibid.,pp. 5l-52.
  5. Ibid., Appendix A, pp. 12l-123.
  6. Ibid., p. 27.
  7. Ibid., Appendix F, pp. 129-130.
  8. Ibid.,p. 96.
  9. Ibid., p. 47.
  10. Ibid., p. 58 u Table 4.5. p. 59. M'ghandniex xi nghidu kienet haga aktar hafifa li armel jerga' jizzewweg milli armla ssib sieheb gdid. Izda armla wkoll gieli kienet issib terga' tizzewweg u l-aktar jekk kellha l-art jew il-flus.
  11. Ara Ciappara (1988), p. 91 u Nota 1. Ara wkoll Tabella XXV.
  12. 95 Ibid., p. 100 u Nota 65.
  13. 96. AIM. Processi 131B. ff.632r-638v. ikkwotat minn Ciappara (1988), p. 101.
  14. Ciappara (1988). p. 79.
  15. AIM. Processi 136A. ff. 15r-19v ikkwotat minn ibid., p. 38.
  16. Del Dritto Municipale di Malta, p. 115, par. VI.
  17. Ciappara (1988), pp. 33-36.
  18. Calleja (1973), p. 76.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni
  2. Studji demografici
  3. Mosta issir parrocca
  4. Hjiel ekonomiku
  5. Hajja Socjo Religjuza
  6. Ismijiet / Kunjomijiet
  7. Zwigijiet
  8. Twelidijiet
  9. Imwiet
  10. Gheluq
  11. Appendici