The Mosta Archives Banner

Pietru Chetcuti – sittin sena jsuq il-Monument

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Harga Nru. 3 (2007) Format Gdid


Pietru Chetcuti jinghata tifkira mis-SindkuIs-Sindku s-Sur Joe De Martino jipprezenta tifkira ta’ ringrazzjament lis-Sur Pietru Chetcuti f’Jum il-Mosta 2006.

(p.29) F’Settembru 2006, propju f’Jum il-Mosta, is-Sur Joe De Martino, is-Sindku tal-Mosta, ipprezenta tifkira ta’ ringrazzjament lis-Sur Pietru Chetcuti, f’isem il-Mostin kollha, bhala apprezzament talli kien saq il-Monument ta’ Kristu mejjet li jinhareg fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, ghal sittin sena. Jien iltqajt ma’ Pietru, kif xtaq li nsejjahlu, fid-dar tieghu, 110, Triq Gafa, il-Mosta.


Victor: Insellimlek Piet, tista’ taghtina xi taghrif dwarek?


Pietru: Jiena twelidt fl-10 ta’ Marzu 1921, u l-genituri tieghi kienu Salvu u Anna Fenech. Konna sebat ahwa f’din l-ordni: Marija, Pawlu, Guzeppa, jien, Karmni, Filomena u Sunta.


Victor: X’kien ix-xoghol tieghek? Meta kont zghir, niftakrek suldat issuq il-mutur tas-servizzi Inglizi, gieli rkibt ma xi karozza tal-linja misjuqa minnek, u niftakrek ukoll bhala bennej.


Pietru: Kont immid ghonqi ghal kollox, basta r-rota ddur u ma narax il-familja tieghi, li kienet numeruza, bil-guh. Qatt ma rrifjutajt xoghol, ghamilt zmien nahdem fis-sengha tal-bini, u meta ma kontx insib xoghol kont nahdem ta’ xufier anki fuq tal-linja. L-aktar li kont nahdem fuq ir-rotta tal-Mosta, u kultant kont naghmel xi vjagg ghal tas-Sliema.


Victor: X’kien jisimha l-mara tieghek?


Pietru Chetcuti quddiem il-Monument fl-2005Is-Sur Pietru Chetcuti quddiem il-Monument fil-Gimgha l-Kbira 2005, l-ahhar darba li saqu.

Pietru: Kien jisimha Katerina u ilha mejta tmien snin. Ahna kellna disghat itfal: Rose, Salvu, Annie, Tony, Vincent, Mary, Joseph, Karmenu, u Vivienne. Kif qed tara kelli ghal min nahdem u l-pagi kienu baxxi hafna.


Victor: Kellek xi delizzju?


Pietru: L-uniku delizzju li kelli li nerfa’ xi vara matul diversi purcissjonijiet li kienu jsiru matul is-sena, u kont inhobb naghti daqqa t’id fl-armar tat-toroq fi zmien Santa Marija. Meta bdejt nitfarfar dejjem kont nilbes ta’ fratell. Aktar tard bdejt nerfa’ xi standart u hadt parti b’dan il-mod tista’ tghid f’purcissjonijiet is-sena kollha. L-aktar standart li kont nerfa’ kien dak tas-Sagrament maghruf bhala l-prim. Dan huwa kbir, wiehed mill-itqal, u fih kedda fil-purcissjoni, jekk ikun ir-rih.


Dak iz-zmien kienu jsiru aktar purcissjonijiet mil-lum. L-istatwa sabiha li nsibu fin-nicca fir-Rotunda parigg dik ta’ Santa Marija kienet tinhareg diversi drabi taht diversi titoli, bhal tac-Cintura, tal-Ward, u Marija Regina.


Victor: Ghidilna aktar dwar dan id-delizzju sabih, u devot fl-istess hin.


Pietru: U x’naqbad nghidlek. Jien ghamilt zmien twil nerfa’ l-istatwa sabiha ta’ Santa Marija ghal madwar tletin sena. Jien kont bdejt hawn zaghzugh hafna, bir-reffiegha l-ohra wisq akbar minni. Tista’ tghid erfajt kwazi f’kull vara minn tal-Gimgha l-Kbira. L-ahhar li erfajt kien fil-Vara l-Kbira ghal tliet snin. Qed nghidlek l-ahhar li erfajt, ghax imbaghad bdiet l-istorja twila tal-Monument. Qabel spiccajt, il-gaj li konna nerfghuha, ftehmna li naghmlu u nhallsu Salib gdid tal-Via Sagra. Ghamilnieh u din l-opra sabiha ghadha tintuza sal-lum. Dan sar fi zmien il-prokuratur Dun Anton Muscat, u kien sewa mitt lira. Din kienet somma kbira tlieta u sittin sena ilu.


Victor: (p.30) Tista’ tghidilna kif bdiet l-istorja twila tal-Monument?


Il-monument minn tahtIl-monument minn taht – tidher l-isteering wheel u r-roti.

Pietru: Kelli gibda specjali lejh minn mindu kont zghir. Ghall-habta tal-1944, kont smajt li min kien isuqu, kien se jemigra. Jien avvicinajt lill-prokuratur tal-Gimgha l-Kbira, Dun Anton Muscat, u tlabtu biex nohorgu mill-mahzen fejn jintrefa’ sal-knisja. L-ewwel darba kont ftit ecitat, izda mill-ewwel hadtlu l-habta. Wara ftit granet waslet il-Gimgha l-Kbira u soqtu l-ewwel darba tul il-purcissjoni kollha, u bqajt insuqu ghall sittin sena konsekuttivi.


Nerga’ nghidlek “insuqu” ghaliex ghad hawn min jahseb, fosthom barranin, li dan jingarr fuq l-ispallejn minn reffiegha li jkunu tahtu. Naturalment ghandu erba’ roti tal-hadid, miksija bit-tajers tal-lastiku solidi, kif ukoll steering wheel kif ukoll brejk, minhabba z-zewg nizliet taz-zuntier u n-nizla ta’ San Guzepp (Triq il-Kbira). Nista’ nghidlek, li f’sittin sena qatt ma hassejna l-bzonn li nuzawh fin-nizla ta’ San Guzepp. Min ikun isuq jista’ jara fejn hu miexi minn zewg toqbiet, bil-kemm jidhru minn barra, billi qedghin fl-ornament ta’ l-induratura.


Victor: Tassew interessanti Piet, tista’ tghidilna aktar?


Pietru: Il-qafas tas-sodda li fuqha hemm Kristu mejjet hija isolata mill-parti t’isfel permezz ta’ sett ta’ molol, biex ma ssirx hsara minhabba xi skossi matul it-triq. Ricentament ma dawn il-molol zdiedu sett ta’ shock absorbers moderni biex issir anqas hsara. Il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ddum madwar tliet sieghat barra, u l-aktar li tghejja, ghaliex tkun mghawweg, biex tkun tista’ tara sewwa minn dawn iz-zewg toqbiet, billi huma daqsxejn fil-baxx. Matul it-triq kollha, qatt ma hrigt minn tahtu, minn x’hin tohrog sa ma tidhol. Generalment dejjem konna nkunu tahtu erbgha minn nies, biex jghinu fl-imbuttar, ghalkemm tant hu mibni bis-sengha li fil-wita kont insuqu anke bl-ghajnuna ta’ persuna ohra. Matul it-triq, kien ikollna bzonn biss ta’ l-ghajnuna waqt id-dhul tal-purcissjoni minhabba t-tarag.


Victor: Kif involvejt membri ohra tal-familja fil-Monument?


Pietru Chetcuti f'ritratt ta' wara l-gwerraPietru wara l-gwerra bhala despatch rider hdejn il-mutur tieghu tas-servizz Matchless waqt inspection parade fil-paradeground ta’ St. Andrews Barracks. Warajh jidhru t-trakkijiet kbar li kienu jigbdu l-kanuni Bofors.

Pietru: Lill-uliedi Toninu u Censu kont ili ndahhalhom mieghi tahtu minn mindu saru guvintur. Jiena kelli nirtira fl-2005 minhabba ragunijiet ta’ sahha, wara li kien ili nsuqu sittin sena. Mis-sena l-ohra beda jsuqu ibni Toninu, u mieghu jkun hemm ibnu Manuel kif ukoll ibni Censu.


Victor: Xi tghidilna dwar il-hidma tieghek bhala xufier fuq il-karozza tal-linja?


Pietru: Kont nahdem fejn kont nahdem, gieli hdimt bhala xufier fuq tal-linja, specjalment nhar ta’ Hadd, billi l-pagi kienu baxxi hafna. Dak iz-zmien konna ghadna bil-kunduttur, li kien ikun fuq l-istaffa biex jigbor il-flus.


Ix-xufier xogholu kien li jsuq biss. Kont insuq ma diversi propjetarji tax-xarabankijiet. L-aktar ma Guzeppi l-Paramount. Konna nahdmu sieghat twal. Gieli hdimt ukoll bhala xufier tat-trakkijiet tal-gebel, fost ohrajn ma Pawlu tal-Melecin, li kellu barriera bi shab ma iehor bejn l-Imqabba u s-Siggiewi. Minn hemm konna ngorru l-gebel ghal kull naha ta’ Malta.


Victor: (p.31) Pietru, x’inhuma t-tifkiriet tieghek ta’ zmien il-gwerra?


Pietru: Zminijiet ta’ biza’ u ansjeta ghalija u ghall-familjari tieghi, l-aktar ghax kont inkun ‘l boghod minnhom u ma kontx inkun naf x’seta’ gralhom. Bhal hafna guvintur ta’ zmieni, jiena kont ingbart suldat bil-lieva. Jiena kont gunner, jigifieri suldat fuq il-kanuni. Xogholna kien li niddefendu lil Malta mill-ajruplani ta’ l-ghadu. Meta waqghet il-bomba fuq ir-Rotunda kont stazzjonat fil-fortizza ta’ San Pietru (din inbniet mill-Inglizi fl-1890 u tinsab qrib Haz Zabbar. Matul il-gwerra din kienet immexxija minn Major Watkins).


Jien kont immur u nigi minn hemm bir-rota u kont indum granet ma nerga nigi d-dar. Fid-9 ta’ April 1942 kont hemm u mill-ewwel indunajna li kien hemm attakk ahrax fuq il-Mosta. Jien bdejt ninkwieta dwar il-familja tieghi u rnexxieli nikseb permess li mmur nara x’sar mill-familja u naturalment gejt bir-rota u matul il-lejl. Dwal fit-toroq ma kienx hemm u kelli fanal zghir mar-rota.


L-ewwel m’ghaddejt ghand ommi u mbaghad bqajt sejjer id-dar tieghi ghax kont diga mizzewweg u kelli t-tfal. Ghall-grazzja t’Alla hadd minnhom ma kien wegga’, izda huma qaluli li kienet waqghet bomba fir-Rotunda. Wara ftit ergajt tlaqt bir-rota ghall-fortizza ta’ San Pietru. Niftakar tajjeb meta kienu jsewwu l-hsara fil-koppla. Kont hemm meta kienu qed itellghu l-armar iddisinjat mill-imghallem Salvu Zahra. Dak iz-zmien ma kienx hawn cranes izda kien hemm nies tassew tas-sengha li kienu jafu jarmaw bil-kbir.


Victor: Fejn kont stazzjonat aktar bhala suldat?


Pietru Chetcuti fil-LibjaPietru (l-ewwel wiehed mill-lemin) ma shabu suldati u zewg Gharab fid-dezert fil-Libja. Iz-zewg Gharab huma s-sidien tal-gemel kbir li hemm warajhom.

Pietru: Kont ukoll f’Hal Far u anki kultant f’Ta Vnezja (Ta’ Qali), u anke kont fuq il-kanun Bofors li kien fit-tarf tal-Mosta, fejn illum hemm il-football ground il-kbir. Niftakar ukoll hafna djar imwaqqghin fil-Mosta u meta mietu 39 ruh fix-xelter ta’ Triq Gafa. Dakinhar ukoll kont fil-Fortizza ta’ San Pietru u gejt nara x’gara bir-rota, izda dik id-darba sibt li wiehed minn dawk li mietu fix-xelter kien iz-ziju tieghi Ganni Fenech, hu ommi, li kien ibiegh il-hobz.


Missieri wkoll kien ibiegh il-hobz Birkirkara u l-Hamrun. Kien imur biz-ziemel u l-karrettun. Fil-bidu kellu kaxxa kbira mghottija fejn ipoggi l-hobz. Aktar tard kellu karrettun bil-kaxxa kbira qisha gwardarobba bil-bibien. Din kienet tkun mizbugha bajda jew isfar car. Il-forn kien taz-zijiet u kien hdejn Pjazza Brittanja.


Victor: Hawnhekk ukoll kien hawn vit ta’ l-ilma pubbliku, li kellu x’jaqsam mal-familja taghkom, tista’ tghidilna aktar dwar dan?


Pietru: Dan kien fit-triq fil-kantuniera ta’ Pjazza Brittanja, u ma kienx ighidulu vit izda pompa ta’ l-ilma. In-nies kienu jtellghu l-ilma permezz ta’ pompa bl-idejn mill-giebja tan-nannu, li kienet imqabbda ma (p.32) mina ta’ l-ilma taht l-art. Il-giebja kienet taht id-dar tan-nannu, imma l-pompa kienet fit-triq. Din kien ghadha hemm sal-hamsinijiet. Meta jien kien ghadni zaghzugh ma kienx hawn viti ta’ l-ilma fid-djar. In-nies kienu jigu jimlew bil-bramel jew xi buqar kbir. Tista’ tghid li dak iz-zmien kull dar zghira jew kbira kien ikollha l-bir.


Victor: Pietru nirringrazzjak ta’ dan it-taghrif siewi li tajtna. Kif ghidtli inti, kont issuq trakkijiet, muturi, karozzi tal-linja u diversi ngenji ohra, izda l-aktar vettura ghal qalbek kienet dik tal-Mulej … il-Monument. Meta tohrog Il-Mosta b’din l-intervista int tkun ghalaqt 86 sena. Nawgurawlek ghomor twil.


L-intervista saret fid-dar ta’ Pietru Chetcuti, il-Mosta nhar it-22 ta’ Jannar 2007.