The Mosta Archives Banner

Akille Ferris u l-Knisja tal-Mosta

maqlub ghall-Malti minn Dun Pawl Buhagiar


L-ewwel parti: Il-Mosta: Settembru - Novembru 1980


(p.2) Fl-antik meta f’Malta kien hawn biss seba’ parrocci, ir-rahal ckejken tal-Mosta kien jiddependi mill-parrocca tan-Naxxar. Minhabba d-dritt tal-perkaggi, il-kappillan tan-Naxxar kellu l-obbligu li, darba fis-sena,  nhar il-festa titulari, jinzel iqaddes il-Mosta.


Fil-vizta pastorali, minhabba l-boghod u t-triq hazina, il-Mostin talbu lill-Isqof Gargallo biex il-Mosta ssir parrocca ghaliha. L-Isqof accetta. Fis-16 ta’ Settembru, 1608 hareg id-digriet, imma ma giex imwettaq qabel il-mewt tal-kappillan Naxxari Dun Giljan Borg, li grat fis-16 ta’ Lulju 1610.


Ferhanin bil-parrocca l-gdida, il-Mostin bdew jahsbu biex jibnu knisja sabiha, u bid-disinn u taht id-direzzjoni ta’ Tumas Dingli, bnew il-knisja parrokkjali li tlestiet fis-sena 1614. Din kienet imzejna b’koppla, korsija, zewg kampnari, zewg kappelluni, zewg sagrestiji, kor u 10 artali. Fis-sena 1682 giet misruqa u pprofonata mill-Gharab u giet ikkonsagrata sollennament mill-Isqof Pellerano fis-sena 1774.


Il-bini tar-Rotunda


Billi l-poplu tal-Mosta kompla jikber, inhass il-bzonn li tinbena knisja akbar. B’kumbinazzjoni madwar is-sena 1780 kien qed jistudja Ruma s-seminarista Felic Calleja miz-Zurrieq. Sar sacerdot u ghamel l-ewwel quddiesa fil-Pantheon, li tant impressjonah li bena iehor bhalu, fl-ahhar ta’ xjuhitu, gewwa l-Mosta. Meta rritorna Malta fis-sena 1792, sar kappillan ta’ Hal Balzan u fis-sena 1797 gie trasferit ghall-parrocca tal-Mosta.


Il-Mostin kienu ilhom imxewqin li jibnu knisja gdida imma flus ma kellhomx. Saru jafu li l-kappillan kien sinjur imma kien kiteb kollox ghall-isptar ta’ Santu Spirtu tar-Rabat. Daru bih u webbluh biex ihalli gidu ghall-knisja l-gdida. Fl-ahhar accetta u fl-20 ta’ Jannar 1833 ghamel it-testment ghand in-nutar Chetcuti.


Bhas-soltu bdew jiddiskutu fejn u kif sa jibnuha. Min ried li tinbena f’post iehor halli l-qadima tigi kkonservata, u min ried li taqa’ l-qadima u jinqdew bi knisja filjali sakemm titlesta l-gdida. L-arkitett George Grognet de Vasse, biex isolvi l-kwistjoni, ghalkemm bdew jidhru diversi pjanti, fassal knisja tonda li tesa’ l-qadima biex din tibqa’ sservi lill-poplu sakemm titlesta l-gdida. Il-Mostin  issahhru fuqha imma bdew jaqtghu qalbhom; imma l-kappillan Calleja, meta raha, ftakar fil-Pantheon ta’ Ruma u ddecieda li din tinghazel u tinbena.


Din il-pjanta giet studjata minn diversi arkitetti civili u militari u f’seduta li saret fil-palazz tal-Gvernatur giet approvata minn kullhadd. L-ewwel gebla giet imqieghda u mbierka mill-Vigarju Generali, l-Arcidjaknu Dr. Salv. Lanzon nhar it-30 ta’ Mejju 1833. B’dispjacir kbir ta’  kulhadd il-Kappillan Calleja, li hadem u halla gidu ghal dan it-tempju ma kienx prezenti ghax miet nhar l-20 ta’ Frar 1833. Ghal din ic-cerimonja, barra l-folol kbar li ngabru fil-Mosta minn kull rokna ta’ Malta ried ikun prezenti anke l-Gvernatur Ponsonby.


L-ewwel bennej kien Guzeppi Mangion minn Birkirkara. Wara xi zmien kellu jhalli u ndahal minfloku l-assistant tieghu, Ang Gatt miz-Zejtun, li kellu x-xorti jkompli x-xoghol sa l-ahhar.


Il-Mostin bdew il-bini tar-Rotunda b’16,000 skud li kien hallielhom il-kappillan Calleja. Beda jsir il-gbir u kulhadd beda jmidd (p.9) ghonqu ghax-xoghol u ghall-qtigh u garr tal-gebel tant li fl-1841 kien diga tela’ terz tal-bini. Imma, li ma kienx il-habrieki kappillan Dun Gio Maria Schembri, Alla biss jaf jekk ix-xoghol kienx sa jitkompla. B’dispensa minn Ruma ha l-flus tal-opri piji ghall-ispejjez. Gieghel lill-Isqof Sant jaghtih mill-mensa tieghu 3,000 skud. Dun Manwel Barbara tah 1,640 skud u l-kappillan Schembri halla 30,000 skud iehor. B’dawn il-flus seta’ jitkompla x-xoghol, imma anke dan il-kappillan ma kellux ix-xorti jarah mitmum ghax miet fit-28 ta’ Settembru, 1859.


Il-Kappillan il-gdid, Dun Anton Mallia, li ha l-pusses nhar l-24 ta’ Ottubru 1859,  kompla l-bini u fis-16 ta’ Frar 1860 bierek it-tempju. L-ewwel quddiesa saret fl-altar tal-kor minn Dr. Mikelang Mifsud. Il-knisja l-qadima, li kienet gol-gdida, bdiet tinhatt fis-Sibt tal-karnival, 18 ta’ Frar 1860 u fl-ewwel Hadd tar-Randan 26 ta’ Frar ma kienx baqa’ riha taghha. Hadu 27 sena biex bnew il-gdida u hattew il-qadima fi tmint ijiem.


Fil-11 ta’ Marzu 1860 li habat il-Hadd, fit-3:30pm wasal l-Isqof Gejtano Pace Forno u flimkien mal-kleru u mal-poplu tkanta t-Te Deum ta’ ringrazzjament lil Alla u lill-Madonna talli wara 27 sena xoghol u sagrificcji t-tempju sabih u kolossali tlesta u gie miftuh ghall-qima.


It-tieni parti: Il-Mosta: Dicembru 1980 – Jannar 1981


(p.7) Generalment fid-dinja wiehed jizra’ u l-iehor jahsad. Hekk gara fil-bini tal-knisja taghna. Ghalkemm il-bennej Anglu Gatt u l-arkitett George Grognet raw ix-xoghol t’idejhom u ta’ mohhom mitmum, il-kappillani Dun Felic Calleja u Dun Gammari Schembri, li hallew gharaqhom u demmhom, ma kellhomx ix-xorti jarawha lesta ghax mietu qabel iz-zmien.


Hadd ma jista’ jiddeskrivi kemm ferah George Grognet, imma qatt ma sofra dispjacir kbir daqskemm meta, konta qalbu, sar xi tibdil fil-pjanta tieghu. Dan jidher fl-atti tan-Nutar Chetcuti. Il-Mostin, biex ipattulu ghal dan il-monument li hallielhom hargulu mid-dhul tal-knisja pensjoni zghira, imma b’kumbinazzjoni f’Gunju tal-1862 gie Malta l-Princep ta’ Wales u l-Gvern talbu biex jassenjalu bhala premju £100 fis-sena tul hajtu. Imma, miskin, ma gawdihiex hlief ghal tliet xhur ghax il-mewt hasditu.


Bi stil korint, il-knisja fiha minn gewwa cirkonferenza ta’ 118-il pied, imma jekk tiehu d-dahla tal-kappelluni, issib 152. It-tul mill-artal tal-kor sal-bieb ta’ barra hu ta’180 pied. L-gholi tal-koppla hu ta’ 172 pied u hxuna tal-hitan 25. Il-kolonni ta’ taht il-portiku huma gholjin 30 pied. Ghalkemm il-Kon-Katidral ta’ San Gwann tal-Belt hu kbir, il-knisja taghna hi akbar minnu u hu kkalkulat li 12,000 ruh jistghu joqghodu fiha bil-kumdita.


Barra l-majesta tal-koppla hemm zewg kampnari sbieh mghammrin b’seba’ qniepen. Il-kbira saret bil-gbir tan-nies u giet ikkonsagrata mill-Isqof G.Pace Forno fid-29 ta’ Dicembru 1864. Il-fustanija kienet ikkonsagrata mill-istess Isqof nhar it-18 ta’  Ottubru 1863. L-ohrajn: bicca kienu tal-knisja l-qadima u bicca saru wara.


Meta tlesta dan ix-xoghol, bdew jarmawha kif kien jixraq. Fl-1861 il-paviment gie ccangat bic-cangatura tal-gebla Maltija. Hasbu biex igibu l-kwadri tal-pittura ghall-artali. Il-kwadru ta’ San Guzepp sar Ruma fl-1859 minn Guzeppi Bonnici taht id-direzzjoni tal-Kav. Minardi.  Hallsuh l-ahwa Chetcuti. L-Isqof Pace Forno irregala ghall-altar tac-Cintura kopja tal-Erardi mpingi minn Salvu Barbara fl-1861. Billi sabu wiehed originali tal-Erardi, nehhew il-kopja li tpoggiet fis-sagristija, u poggew floku l-kwadru originali tal-Erardi. Il-kwadru tal-Konverzjoni ta’ San Pawl hu xoghol ta’ Salvatore Barbara u hallsu l-Avukat Mifsud fl-1864. Dak ta’ San Bastjan Santa Rozalja u Santu Rokku hu xoghol tal-Erardi mhallas minn Dun Gio Maria Galea. Il-kwadru ta’ Santa Filomena li jinsab fl-altar taghha fis-sagristija, hu xoghol ta’ Salvatore Barbara u hallsitu l-familja Spiteri Agius. Dak tar-Ruzarju pingieh Guzeppi Cali fl-1870. L-iehor tal-Kurcifiss pingieh Cortis fl-1861. Il-kwadru titulari hadmu Baskal Buhagiar. Gie rrestawrat minn Guzeppi Hyzler fl-1827 u irrangah ghall-knisja l-gdida l-pittur Barbara.


Il-kappillan Dun Salv Saverju Bonnici gieb minn Ruma l-fdal tal-martri San Pacifiku u l-Isqof Vincenzo Labini hareg id-digriet biex jigi espost ghall-qima nhar it-30 t’Awissu 1783.


F’din il-knisja hemm hames fratellanzi: tas-Sagrament, tar-Ruzarju, tal-Qalb ta’ Gesu, ta’ San Guzepp u tac-Cintura.


Hawn jaghlaq id-deskrizzjoni tieghu fuq il-knisja tal-Mosta ghax Akille Ferris kiteb dan li ghidna fl-1866.


Nota ta’ l-Editur

  • Skond E.B.Vella d-dijametru tac-cirkonferenza ta’ barra hu 180 pied; id-dijametru minn gewwa: 130 pied; Tul mit-tarf tal-faccata ta’ barra ghal ta’ wara: 244 pied; Hxuna tal-hitan tal-bazi: 27 ½ pied; Gholi tal-kolonni jonici 39 pied; Gholi mill-pedamenti (4 piedi pedamenti) sal-balla tal-bronz: 200 pied.