The Mosta Archives Banner

Altar u Ambone godda fir-Rotunda

minn Victor B.Caruana


Il-Mosta: Mejju – Gunju 1985


Ambone fir-Rotunda Mosta L-altar-mejda l-gdid (p.1)

Ambone fir-Rotunda Mosta L-ambone l-gdid

(p.2) Nhar is-Sibt, 22 ta' Dicembru 1984 fil-quddiesa ta' filghaxija tbierku altar-mejda u ambone godda mill-Arcipriet Dun Joe Carabott.


Dawn hadu post l-altar-mejda u ambone li kienu saru ftit wara r-riforma fil-Liturgija tal-Quddiesa wara l-Koncilju Vatikan II. Kienu saru b'mod provizorju. Ghalhekk kien xieraq li ssir ghamara xierqa sew ghac-celebrazzjonijiet liturgici kif ukoll ghal tempju majestuz bhalma hi r-Rotunda.


Minn informazzjoni li ghandi, l-Arcipriet mill-ewwel zmien li gie fostna, hass li kemm l-altar maggur kif ukoll dak kollu li hemm madwaru kien jinhtieg tibdil biex jinghata dehra isbah. Din hi r-raguni ghala fl-1984 gew restawrati u argentati mill-gdid is-sett gandlieri ta' kuljum. Inghatat tindifa lil Vazi Sagri bhal pissidi, salib tal-kleru, plattini tat-tqarbin u affarijiet ohra.


Pero l-aqwa xoghol sar meta wara l-konsultazzjoni xierqa, l-Arcipriet ha hsieb li jinhadmu l-altar-mejda u l-ambone. Dawn saru fuq disinn ta' l-artist u skultur Mosti s-Sur Ganni Bonnici. L-altar li huwa tal-gewz Afrikan, inhadem mis-Sur Carmel Mangion ta' Broad Street, il-Hamrun. L-iskultura fix-xoghol ta' l-injam hija xoghol is-Sur Salvu Bugeja minn Tas-Sliema. Il-panewijiet tal-bronz inhadmu fl-Italja permezz tad-Ditta Theuma tal-Belt Valletta.


‘Il quddiem hemm il-hsieb li ssir ukoll is-sedja tac-celebrant b'dak kollu li jmur maghha. Kumment generali huwa li saret opra tassew sabiha li tixraq lill-knisja taghna.