L-ambjent naturali tal-Mosta
minn Jonathan Henwood
Il-Mosta: Harga Nru. 2 (2006) Format Gdid
(p.12) L-ambjent naturali Malti huwa maghmul minn numru ta’ ekosistemi, li flimkien jaqghu taht il-klassifika ta’ l-Ambjent Sklerofitiku. Dan huwa ambjent distint minn ohrajn li jinstabu f’regjuni ohra tad-dinja minhabba li l-pjanti li jinsabu hawn huma adatti ghal-certi fatturi u processi abiotici bhal nghidu ahna t-tip ta’ blat, il-fond u l-fertilita tal-hamrija u l-kwantita ta’ l-ilma.
Fil-Mediterran il-klima hija pjuttost arida jigifieri maghmula minn zewg staguni differenti hafna minn xulxin. Fil-fatt insibu stagun shun u niexef bejn April/Mejju u Settembru u stagun tax-xita bejn Settembru/Ottubru u Marzu/April. Ghalhekk l-ilma fil-wicc ta’ l-art huwa pjuttost skars. Min-naha l-ohra, il-blat huwa kollu sedimentarju u kalkarju u dan iwassal ghal hamrija pjuttost baxxa u kalkarja.
L-ambjent fiziku tal-Mosta jvarja fid-diversi regjuni. Mil-lat tal-geologija, fil-wicc insibu l-Franka, li hi gebla pjuttost ratba u l-Qawwi ta’ Taht, specjalment matul il-Qasma l-Kbira (Great Fault) u l-widien, u li hija gebla iebsa hafna. Il-hamrija hija ghaldaqstant tipikament baxxa, pero kapaci tilhaq fond tajjeb fis-sodda tal-wied, fejn jingabru hamrija u depoziti minn matul l-ilqugh tal-wied, u fl-ghelieqi. Mil-lat ta’ l-idrologija, karatteristika ewlenija tal-Mosta hija t-tul tal-widien li jaqsmuha, u li jaghmlu parti mis-sistema ta’ Wied il-Ghasel. Is-sistema ta’ widien tibda mill-Bahrija, minn Wied il-Buzbiez u Wied l-Ghemieri u ghaldaqstnat tikkontribwixxi ghal ammont sostanzjali ta’ ilma fl-ambjent u li jingema minn postijiet iktar gholjin, bhan-Naxxar, ir-Rabat u d-Dwejra u jnixxi ghal go Burmarrad. Milli jidher fi zminijiet bikrija, il-Mosta kienet centru minn fejn kien jghaddi hafna ilma, kif jixhed il-wied fond, u li kien iwassal sal-pjanura u l-bwar salmastri ta’ Burmarrad li issa nqerdu. Ghaldaqstant, il-Mosta kienet pjuttost fertili mil-lat ambjentali minhabba l-widien u d-diversita ta’ hlejjaq li jgibu maghhom. Fl-imghoddi l-widien kienu miksijin bil-makkja tal-wied, u wesghat ohra jista’ jkun li kienu mghottija bil-bosk. Pero, l-iktar ambjenti komuni x’aktarx kien ix-xaghri, fid-diversi form tieghu bhal, nghidu ahna, ix-xaghri tas-saghtar u x-xaghri tat-tenghud, u l-ambjenti ta’ ilma, kemm gieri kif ukoll qieghed.
Illum il-gurnata, l-ambjent Mosti huwa karatterizzat minn diversi ekosistemi u li l-aktar wiehed komuni, wara l-bini u artijiet mharrbta (>30%) u artijiet ikkultivati (47%), huwa ghal darb’ ohra l-ambjent tax-xaghri. Il-makkja naqset gmielha u l-ebda bosk naturali ma jinstab. Fl-ahhar mill-ahhar il-parti l-kbira tal-Wied hija niexfa matul is-sena kollha u jeghreq biss ghal ftit jiem matul ix-xitwa wara xi dilluvju. Izda, inutli nippruvaw niggustifikaw lilna nfusna billi nuru li hawn ambjent naturali estensiv, minhabba li parti mill-ambjent naturali huwa mharbat mill-bniedem u allura huwa ta’ kwalita baxxa.
Dawn il-bidliet imsemmija graw minhabba l-migja tal-bniedem minn zminijiet bikrija u li uza l-art bhala sors ta’ ghajxien, sors ta’ materja prima – bhal gebel – u ghar-rikreazzjoni. Dawn il-processi biddlu l-wicc ta’ l-art u hadu post l-ekosistemi naturali. Attivitajiet li permezz taghhom jinqerdu meddiet shah, bhal nghidu ahna rimi ta’ materjal bhal f’Tal-Qares, bini ta’ djar fil-wied, barrieri, bini ta’ lqugh fil-wiedien u ohrajn, kollha wasslu biex il-biodiversita ssofri. Ma dawn inzidu t-tniggis estensiv ta’ l-ilma, attivitajiet ta’ rikreazzjoni bhal off roading u hruq.
Minkejja dan, allavolja maz-zmien l-ambjent qieghed imur lura, illum il-gurnata fil-Mosta nsibu xi hlejjaq li huma ta’ importanza nazzjonali u internazzjonali, u whud minnhom huma endemici. (p.13) Fost ohrajn, ix-xaghri huwa ambjent mill-aktar importanti minkejja li jidher niexef, minhabba li maghmul minn sistemi ta’ pjanti, xi drabi aromatici, u li huma importanti. Meded bhal Tal-Wej u partijiet minn Wied il-Ghasel u Tat-Targa jixhdu l-importanza minhabba l-prezenza ta’ diversi orkidej bhal Orkida Piramidali ta’ Malta (Anacamptis urvilleana) u l-Brimba (Ophhrys oxyrrhynchos). Fost pjanti ohra importanti nsibu l-Putorja ta’ Wied il-Ghasel (Stinking Madder, Putoria calabrica), is-Sigra ta’ l-Gharghar (Tetraclinis artikulata) u diversi fjuri bhal l-Ghansar Ikhal (Scilla Sicula). L-Ghadajjar ta’ ilma helu li huma pjuttost komuni fil-Mosta, u protetti bil-ligi, huma wkoll ghonja fi pjanti bhal dawn. Fihom id-diversi speci li jittolleraw l-ilma; insibu c-Cfolloq (Ranunculu saniculaefolius) u d-Damzonju (Damasonium bourgaei) li huwa pjuttost rari. L-Elatine (Elatine gussonei), li hija endemika ghall-Pantellerija u Malta, u l-Harira ta’ l-Ilma ta’ Malta (Zannichellia melitensis) jinstabu hawn ukoll. Minn studju ricenti, diversi kienu l-ispeci mahsuba li nqerdu izda li regghu feggu, uhud wara snin twal.
Min-naha l-ohra, hafna speci ta’ annimali ta’ mportanza jinsabu, fosthom diversi mammiferi bhal friefet il-lejl u pipistrelli, grieden ta’ geddumhom twil u ghasafar bhal Merill (Monticola solitaries). Minkejja li l-fawna tal-widien qatt ma giet studjata fid-dettal hafna huma s-sejbiet ta’ mportanza fosthom speci ta’ gurat, seba’ speci ta’ hanfus, speci ta’ nemla u erbgha ta’ znazan li huma endemici ghall-Wied. Il-krustacji ta’ l-ghadajjar bhal Gamblu ta’ l-Elmu (Triops cacriformes) li huwa rari u meqjus bhala speci antika hafna, il-Gamblu tal-Qaxra (Cysicus terarcus), u ohrajn, huma pjuttost frekwenti.
Minkejja li l-impatt antropologiku jidher li kien qawwi, xorta wahda, u b’sorpriza, jinstabu diversi ambjenti sinjuri kemm fis-sbuhija, kif ukoll fil-biodiversita. Pero l-futur ta’ dawn l-ambjenti jidher pjuttost imdallam, minhabba li l-bniedem, sforz il-gula u l-bluha, ikompli jeqred il-wirt li suppost jghaddi li ta’ warajh. Dan isir minghajr l-ebda sforz minn kull wiehed minnha biex napprezzaw u nharsu r-rigal li ghandna. Huwa minhabba f’hekk li l-ambjent Malti u Mosti mhux la kemm jirkupra mill-istat hazin li fih jinsab u lejn dak tal-biki li lejh qieghed jersaq.