The Mosta Archives Banner

Abbuz mill-Immunita Ekklezjastika tal-Knisja tal-Madonna tal-Hlas

kitba ta’ Dr.  Joseph F.Grima


Festa San Gorg Martri 2017 - Ghaqda Socjo-Muzikali Anici, Hal Qormi A.D. 1988


L-Assunta ta' Buqana limiti tar-Rabat Il-lapida bit-taljan tan-'NON GODE L'IMMUNITA ECCLESIAS(TI)CA' li hemm mal-kappella ta' Santa Margerita fil-Mosta. F'dan l-artiklu jissemma certu Mosti Gamri Cuschieri li jidher li pprova japprofitta ruhu mill-immunita li kienet tgawdi l-Kappella tal-Hlas f'Hal Qormi biex jevadi l-gustizzja u spicca hazin.

Tista tghid li ma kwazi l-kappelli u knejjes zghar kollha tal-gzejjer Maltin insibu bicca rhama b’din il-kitba: Non gode l immunita ecclesiastica li tfisser [dan il-post] ma jgawdix l-immunita ekklezjastika. U allura wahidhom jigu dawn il-mistoqsijiet: Ghaliex twahhlu dawn l-irhamiet? U x’kienet din l-immunita?


Daz-zmien, ahna mdorrijin bil-Qrati tal-Gustizzja tal-Istat biss fil-pajjiz izda mhux dejjem kien hekk. Kienu jezistu wkoll qrati ohrajn, fosthom dawk ekklesjastici li fil-kaz ta’ Malta kienu l-Qorti tal-Isqof u l-Qorti tal-Inkwizitur.


Il-Qorti tal-Isqof, maghruf ukoll bhala l-Qorti Djocesan, kien jiggudika kawzi civili u kriminali li kienu jinvolvu qassisin, kjerici u individwi ohrajn li kienu taht gurisdizzjoni ekklesjastika. Barra minn hekk, dawk il-lajc li kienu jiehdu kenn f’postijiet fejn kien hemm l-immunita ekklesjastika – u dawn kienu jinkludu l-knejjes u l-kappelli inkluz  xi zuntier li kellhom quddiemhom – kienu jaqghu ukoll taht il-gurisdizzjoni tal-Qorti tal-Isqof.


Naturalment, wiehed irid jispjega kif zviluppat din l-immunita. Jekk immorru lura bosta sekli, insibu li l-qrati lajci ma kinux zviluppati legalment bhalma kien il-kaz dawn l-ahhar mitejn sa tliet mitt sena. Bosta kienu dawk in-nies li kienu jippreferu jidhru quddiem il-Qorti tal-Isqof tal-lokal taghhom minflok tal-Istat ghax kienu jhossu li aktar kellhom cans li ssir gustizzja maghhom.


B’hekk zviluppat din l-immunita li, permezz taghha, jekk persuna mfittxija mill-istat tiehu kenn fi knisja, ecc, l-ufficju tal-Istat ma setghux legalment jidhlu ghaliha u johorguha minn hemm. Allura dik il-persuna kellha d-dritt li jkollha l-kaz taghha mismugh mill-Qorti tal-Isqof.


Ghaldaqstant, l-iskop kien wiehed tajjeb izda, bhalma jigri dejjem, dahal l-abbuz. Bdew jiehdu vantagg minn din l-immunita l-elementi kriminali li kienu jaharbu mill-gustizzja billi jiehdu kenn fi Knisja jew post simili. Dan sehh ukoll f’Malta u mhux darba jew tnejn l-awtoritajiet governattivi sabu ruhhom b’idejhom marbutin u mfixkla milli jaqbdu hallelin u briganti biex jitfghuhom il-habs. Ghalhekk, il-gvern tal-Ordni ta’ San Gwann beda jhabrek mal-awtoritajiet ekklesjastici biex din l-immunita titnehha. Fl-1762, sar ftehim ma Ruma li, permezz tieghu, bosta knejjes u kappelli spiccatilhom din l-immunita.


Allura, mal-hajt ta’ kull bini li ma baqax igawdi din l-immunita, twahhlet irhama zghira biex tavza lil dak li jkun b’dan il-fatt. Kellhom jghaddu aktar minn sittin sena qabel dan il-privilegg tal-immunita (maghruf bhala right of sanctuary bl-Ingliz) tnehha ghal kollox minn Malta fl-1828.


Wahda mill-knejjes li fl-1762 tilfet dan il-privilegg tal-immunita kienet il-Knisja tal-Madonna tal-Hlas u, fil-fatt, insibu din l-irhama zghira mwahhla fil-faccata taghha. Billi maqtugha mill-abitant, dari ferm aktar mil-lum, kienet konvenjenti biex, mhux darba jew tnejn, elementi kriminali fittxew jistkennu fil-logog li hemm fuq iz-zuntier taghha. Jien tal-fehma li l-incidenti kriminali li sehhew fl-1759 fil-precinti ta’ din il-knisja taw kontribut sew biex intlahaq il-ftehim biex titnehha l-immunita ekklezjali minn bosta knejjes tliet snin wara.


Allura x’kien sehh f’Hal Qormi fl-1759 u min fejn ingabar it-taghrif? Nafu x’gara minn kitba fi djarju privat kontemporanju, mill-korrispondenza tal-Gran Mastru Pinto li tinsab fl-arkivji tal-Ordni ta’ San Gwann u mir-rapporti li l-Inkwizitur ta’ Malta kien jibghat regolarment Ruma. Meta jingabar dak li nkiteb dwar dan l-incident kriminali, johorgu dawn il-fatti.


Lejn il-bidu ta’ Mejju, il-Gran Mastru Manuel Pinto de Fonseca kiteb lill-ambaxxatur tal-Ordni ta’ San Gwann f’Ruma, il-Kavallier De Breteuil, li xi nies kriminali li kienu qed jistkennu fi knisja filjali fit-tarf tal-Belt Pinto – Hal Qormi kien inghata dan l-isem sittax-il sena qabel, jigifieri fl-1743 – kienu qed ibezzghu bil-kbir bl-agir taghhom lill-abitanti tar-rahal u li l-Isqof iddecieda li jcaqlaqhom minn hemm u jehodhom fi Knisja ohra.


Pinto ma semmhiex il-Knisja tal-Hlas b’isimha izda hi haga zgura li kien qed jirreferi ghalilha. Intant, l-Isqof baghat kontingent ta’ tnax-il marixxal rekbin iz-zwiemel ghal dan il-ghan izda, flok ma marru bil-kwiet, il-gaj ta’ kriminali sparaw fuq il-marixxalli, ferew xi whud minnhom u baqghu jigru warajhom sakem waslu lura fir-rahal.


Rapporti ohra jirrakkontaw li l-Isqof baghat fizzjal u erba’ gwardji tieghu biex jeskkortaw dawn il-hallelin lejn il-habs tieghu izda dawn il-briganti irrezistew u ferew ghall-mewt wiehed mill-gwardji. Meta sema x’kien gara, il-Gran Mastru inkorla bil-kbir u baghat suldati minn tieghu b’ordni specifika li jisparaw fuq dawn id-delinkwenti jekk isibuhom barra mill-post fejn kien hemm l-immunita. Il-hallelin harbu minn Tal-Hlas u rnexxielhom isibu kenn fil-Knisja Parrokkjali l-Qadima ta’ Birkirkara.


Insibu miktub ukoll min kienu dawn in-nies: Anton u Salvu Falzon maghrufin bhala Ta’ Blaisu; Pietru u Salvu Caruana maghrufin bhala Ta’ Liscalch u Ta’ Sant; Marozz Muscat imlaqqam Tal Cuielep, Gamri Cuschieri mill-Mosta; u Gakbu Parnis. Inkiteb li dawn il-hallelin kienu armati sewwa b’armi tan-nar kif ukoll bi xwabel u li ma kienu jibzghu minn hadd. Il-Gran Mastru ddikjarahom zbanduti, jigifieri li ma kellhomx dritt ghall-protezzjoni mil-ligi (bl-Ingliz outlaw), u ordna li jinghata rigal ta’ mitt skud lil min jaqbad wiehed minnhom haj, jew inkella hamsin skud jekk il-halliel igibuh mejjet. Binhar, il-hallellin kienu jfittxu l-kenn tal-immunita ekklezjastika u bil-lejl kienu jattakkaw djar u nies.


Sadattant, mill-istess gajj ta’ briganti, kienu nqabdu seba’ hallelin li gew kundannati ghall-mewt. Apparti l-fatt li dak iz-zmien il-kriminali kienu jtellghuhom il-Qorti immedjatament u s-sentenza tinqata’ fi zmien qasir, il-kundanna tal-mewt setghet tkun krudili ghall-ahhar, tista’ tghid barbarika, u mhux sempliciment mewt bit-tghallieq. Minn dawn il-kundannati li ghadna kemm semmejna, tnejn minnhom kellhom jaqtghulhom rashom wara t-tghallieq u iehor kellhom johorgulu msarnu barra u jaqsmuh f’erba’ bicciet (quartering bl-Ingliz).  Wara kienu jhalluhom esibiti f’xi post, nghidu ahna fuq xi kolonna. Fil-fatt l-ezekuzzjoni taghhom sehhet fis-Saqqajja, ir-Rabat, fis-16 ta’ Mejju 1759.


Il-hruxija ta’ certi ezekuzzjonijijiet kienet tnissel biza’ fost il-poplu izda mhux l-istess nistghu nghidu ghall-hallelin li donnhom kienu jihraxu aktar f’ghemilhom. Dak il-halliel li kienu ordnaw li jsirlu quartering, kienu poggew rasu u parti minn gismu fuq kolonna f’Hal Qormi bhala twiddiba lill-briganti. Fis-17 ta’ Mejju, wiehed mill-hallellin li kien ghall-kenn fil-knisja mar Hal Qormi fit-tmienja ta’ filghodu u, biex jisfida lill-awtoritajiet, tefa’ mal-art dawk il-partijiet tal-gisem mejjet u rega’ harab ghall-kenn fil-knisja.


Ghaldaqstant, dawn l-abbuzi serji tal-immunita wasslu lill-Gran Mastru jikteb Ruma biex tinghata direzzjoni lill-Isqof x’ghandu jaghmel. Fil-fatt, ittra mill-Papa awtorizzat lill-Gran Mastru biex juza s-suldati tieghu halli jinqabdu dawn il-hallelin u, immanetjati sewwa, jikkalzrawhom fil-habs tal-Isqof. Hekk sar u l-briganti nqabdu u ttiehdu l-habs fid-19 t’ Awissu 1759.


Hekk intemm dan l-episodju xejn sabih li ghen mhux ftit biex tnehhiet l-immunita ekklezjastika minn fuq il-maggor parti tal-knejjes Maltin fl-1762 u twahhlu dawk l-irhamiet zghar li bihom bdejt din il-kitba.



Fuq din l-Immunita ara wkoll artiklu 'Non Gode l'Immunitá Ecclesiastica,' ta' Frans Ciappara, Melita Historica (1985) fejn tidher il-lista fosthom tal-kappelli fil-Mosta li ma baqghux igawdu din l-immunita, bil-Kappella ta' San Silvestru tidher imsemmija bi zball bhala Chiesa del SS. Salvadore.