The Mosta Archives Banner

L-Arcipriet Dun Gregorio Borg, 75 sena mit-twelid tieghu


minn Dun Ang Camilleri


Il-Mosta: Ottubru – Novembru 1966


Arcipriet tal-Mosta, Dun Girgor BorgL-Arcipriet Dun Girgor Borg

(p.4) Meta wiehed jidhol fis-Sagristija, fost il-kwadri ta’ whud mill-Arciprieti tal-parrocca tal-Mosta jilmah lil dak ta’ Dun Girgor Borg, qassis li hadem u bata fil-parroca taghna. Dun Girgor twieled il-Mosta fil-25 ta’ Novembru 1891, minn Nikola Giovanni u Marija Camilleri. Beda l-istudji primarji tieghu fl-iskola tal-Gvern u wara kompla l-istudji tal-Letteratura, Filosofija u Teologija fis-Seminarju minn fejn fid-19 ta’  Marzu 1915, gie ordna Sacerdot minn Mons. Mauro Caruana, O.S.B., dak iz-zmien Isqof ta’ Malta.


Wara li qaddes mill-ewwel intefa’ ghax-xoghol pastorali. Ghal xi snin kien vicendarju, jqaddes, iqarar u jiehu hsieb il-knisja go Burmarrad. Fl-1922 dahal fil-Missjoni l-Kbira. Ippriedka kemm il darba l-Ezercizzi f’San Kacidonju, u ma kienx fadal pulptu Malta li Dun Gregorio ma telax fuqu biex isemma l-kelma t’Alla.


Kien it-14 ta’ Awissu, 1930, meta gie mahtur Arcipriet tal-Mosta. L-iktar kwalitajiet li jispikkaw f’dan l-Arcipriet u li ghadu jissemma ghalihom huma d-Dixxiplina u l-Indafa fit-Tempju t’Alla.


Kien dejjem ezatt fid-doveri tieghu u dawn kienu ta’ piena meta jarahom nuqqasijiet f’haddiehor f’dak li kellu x’jaqsam mad-doveri Religjuzi.


L-aktar li bata kien fi zmien il-gwerra meta l-awtoritajiet riedu li l-Knisja ssir bhal Shelter. Kemm kien isofri meta kien jara dawk in-nies jorqdu fil-knisja u tant nuqqasijiet ohra lejn id-dar t’Alla!


Kemm il darba kien tkellem ma’ l-awtoritajiet li l-knisja ma kenitx safe, izda dawn qatt ma taw kazu. Dan gie verifikat meta fid-9 ta’ April, 1942, waqghet il-bomba.


Barra mix-xoghol pastorali, li hu obbligu ta’ kull Arcipriet, Dun Girgor ma naqasx li jzejjen il-Knisja. Kienu fi zmienu li saru s-6 Arkangli tal-Kor li dak iz-zmien qamu £50 il wiehed, l-istatwi taz-zuntier ta' Santa Marija u San Guzepp, li hallas ghalihom Guzeppi Dingli. Dawn l-istatwi kif ukoll l-Arkangli huma xoghol l-iskultur Vincent Apap. Saru wkoll iz-zewg Fontijiet ta’ l-ilma mbierek minn fejn jidhlu l-irgiel, xoghol sabih tar-rham moghtijin minn Anglu Fenech u Gio Maria Attard. Sar ukoll il-Fonti tan-nisa, xoghol artistiku tal-bronz u rham minn benefattur m’huwiex maghruf li hallas ghalih £100.


Bicca xoghol kbira u mportanti kien il-hatt ta’ bini antik u bena minfloku l-bini sabih fejn joqghod kull Arcipriet li jigi. Dan ix-xoghol ta’ bini beda fl-1932 u tlesta fl-1933 meta gie mbierek mill-Isqof Mauro Caruana, O.S.B.


Kien Dun Gregorju li heggeg lil Dun Guzepp Calleja u lil hutu biex jaghtu figura isbah lil San Pacifiku, xoghol li gie fdat f’idejn Madre Tarcisja tas-Sorijiet Frangiskani ta’ Marija.


Kienet ghadha l-gwerra meta marda kiefra hakmitu, biss l-imhabba tieghu lejn il-parrocca baqghet hemm, tant hu hekk li meta kien irtirat go dar Burmarrad wara kull raid kien jghid lil ohtu: “Itla are tidhirx il-koppla”; u kien ix-shock tal-bomba li wasslu ghall-qabar.


Dun Gregorju miet fit-2 ta’ Gunju 1942. Sarlu funeral sabih u n-nies kollha thassritu. Illum il-fdal tieghu jinsab fil-kannierja. Fil-knisja li tant habb u hadem ghaliha, fil-Kappella tar-Ruzarju hemm lapida tifkira tieghu.