The Mosta Archives Banner

L-Arcipriet Dun Girgor Borg – F'gheluq is-60 sena minn mewtu

minn Ivan Scerri


Il-Mosta: Jannar – Marzu 2002


L-Arcipriet Dun Girgor BorgIl-pittura li turi lill-Arcipriet Dun Girgor Borg li tinsab fis-sagristija tal-qassisin.

(p.15) Dun Girgor Borg twieled il-Mosta nhar il-25 ta’ Novembru, 1891, iben Nikola u Marija Camilleri.


Beda l-istudji tieghu fl-iskola tal-Gvern u wara kompla fis-seminarju ta’ l-Arcisqof, fejn gie ordnat sacerdot fid-19 ta’ Marzu 1915 mill-Isqof Dom. Mauro Caruana O.S.B.


Beda l-ewwel hidma pastorali tieghu fil-parrocca tal-Mosta u kien ghal xi zmien Vigendarju f’Burmarrad.


Kien membru fil-Missjoni l-Kbira u bhala predikatur imsemmi ippriedka kemm-il darba l-ezercizzi f’San Kalcedonju, il-Furjana kif ukoll f’bosta parrocci.


Dun Girgor Borg fis-sena 1930 gie mahtur bhala t-22 raghaj spiritwali u r-raba’ Arcipriet tal-Parrocca tal-Mosta, u ha l-pussess lejliet il-festa ta’ Santa Marija ta’ dik is-sena stess.


Minbarra x-xoghol pastorali li tant kien ghal qalbu, Dun Girgor ma naqasx li jzejjen b’diversi opri ta’ l-arti lir-Rotunda. Kien fi zmienu li kienu saru s-sitt arkangli tal-Kor, l-istatwi ta’ Santa Marija u ta’ San Guzepp ta’ fuq iz-zuntier, kif ukoll il-fontijiet ta’ l-ilma mbierek. Dawn l-opri ta’ l-arti huma xoghol ta’ l-iskultur Belti Censu Apap.


Fis-sena 1932 sar il-pulptu fuq id-disinn tas-Surmast Carmelo Tonna tar-Rabat ta’ Malta, xoghol sabih fl-injam tal-gewz u mzejjen bi tmien panewijiet tal-bronz basso rilievi li jirraprezentaw l-Inkurunazzjoni tal-Madonna u s-Seba’ Doni ta’ l-Ispirtu s-Santu, xoghol bikri ta’ l-istess skultur Censu Apap.


Bil-hidma ta’ Dun Girgor kienet mibnija mill-gdid id-Domus Curialis, id-dar fejn joqghod kull Arcipriet tal-Parrocca tal-Mosta, taht it-tregija tal-bennej u mghallem Mosti, Mastru Salvu Zahra.


Fis-sena 1936 giet inawgurata l-koppla tar-Rotunda wara li fuqha kien tlesta x-xoghol ta’ l-iskultura u l-induratura skont il-pjanta ta’ l-arkitett inginier Gorg Grognet de Vasse. Dan ix-xoghol juri l-kapacita ta’ l-imghallem Mosti Salvu Zahra li kien hazzez bi precizzjoni kbira d-disinn sabih ta’ Grognet qabel ma kienet giet skolpita u ndurata l-koppla tar-Rotunda.


Dun Girgor, ta’ patrijott Mosti li kien, l-aktar li bata kien fi zmien l-ahhar gwerra dinjija, meta l-awtoritajiet Inglizi riedu li l-Knisja tal-Mosta sservi ta’ xelter. Kien insista bil-qawwa kollha li l-Knisja ma kienetx post kenni u r-raguni hadha nhar id-9 ta’ April 1942 meta waqt attakk mill-ajru, bomba Germaniz nifdet il-koppla tar-Rotunda u bl-intercessjoni ta’ Alla u ta’ Marija Assunta ma splodietx.


Kienet ghadha l-gwerra meta marda kiefra hakmitu izda l-imhabba tieghu lejn il-parrocca tal-Mosta baqghet dejjem hemm tant li meta kien irtirat f’dar ghall-mistrieh f’Burmarrad, wara kull attakk kien jghid lill-ohtu biex titla’ fuq il-bejt biex tara jekk il-koppla tar-Rotunda kinietx ghada hemm.


L-Arcipriet Dun Girgor Borg miet fit-2 ta’ Gunju 1942 fl-eta ta’ 50 sena u gie midfun fil-qabar tal-familja fil-Kannierja tar-Rotunda. B’tifkira tieghu fil-kappella tal-Madonna tar-Ruzarju hemm lapida b’kitba bil-Latin kif ukoll kwadru tal-pittura fis-sagristija tan-naha tal-lemin.