The Mosta Archives Banner

Il-Pussess tal-Arcipriet Dun Joe Carabott


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 1981


Arcipriet Mons. Joe Carabott jdoqq il-qanpiena l-kbiraL-Arcipriet idoqq il-Qanpiena l-kbira.

Arcipriet Mons. Joe Carabott fil-konfessjonarju, Mosta L-Arcipriet fil-konfessjunarju.

Arcipriet Mons. Joe Carabott jiehu l-pusses Il-koncelebrazzjoni Solenni. Il-folla li mliet il-Knisja.

(p.14) Il-Hadd, 1 ta’ Novembru, festa tal-Qaddisin kollha u li fakkritna fil-31 anniversarju mid-Domma tal-Assunzjoni, Dun Joe Carabott ha l-hatra formali ta’ Arcipriet tal-Mosta.


Fl-4:15pm l-Arcipriet telaq mill-Oratorju “Qalb ta’ Gesu” akkumpanjat minn qrabatu, kleru u poplu. Il-Banda “Nicolo Isouard” ziedet il-ferh tal-okkazjoni. In-nies tal-Parrocca laqghetu bil-ferh u bic-capcip. Il-murtali u l-musketterija ghenu wkoll fil-briju.


Il-knisja kient mimlija bin-nies u f’din l-okkazjoni hadu sehem Kor Santa Cecilja, il-Kor Shalom u l-korijiet tal-gruppi neo-katekumenali.


Il-Vigarju Generali mexxa l-funzjoni. Il-Vici-Kancillier, il-Kan. Dun Guzepp Bonello, qara n-nomina tal-hatra u ttiehed il-gurament mill-Arcipriet.


L-Arcipriet ircieva minghand il-Vigarju l-imfietah tal-knisja, daqq il-qanpiena l-kbira, fetah il-bieba tat-Tabernaklu, dahal fil-konfessjonarju, u tela’ fuq il-pulptu.


Fil-koncelebrazzjoni hadu sehm 35 sacerdot. Jassistu vicin l-Arcipriet kien hemm Mons. Bartilmew Bezzina u Mons Lawrence Gatt, Rettur tas-Seminarju.


Fil-funzjoni kien hemm kommentarju biex in-nies tkun taf x’qieghed isir u x’ifisser. Dan sar mis-Sur Tony Galea.


L-omelija saret mill-Vigarju Generali, li qal li l-kwalitajiet sbieh li ghandu l-Arcipriet il-gdid zgur li jkunu ta’ siewi fit-tregia tal-Parrocca. Il-kleru tal-Mosta pprezentalu enciklopedija sabiha hafna.


Wara c-cerimonja l-Arcipriet indirizza fost diversi applawsi lill-poplu migbur fir-Rotunda. Qalilna, "Il-prezenza taghkom f’numru hekk kbir hi prova, jekk nehtiguha, li l-poplu Malti huwa marbut mas-sacerdoti tieghu u din ir-rabta mhix wahda ta’ konvenjenza ghax hekk jaqbel, anqas hija rabta temporanja issa iva u ghada tispicca, imma rabta ta’ mhabba u rispett, rabta li turina s-solidarjeta taghkom maghna. Qed inghidu dan ghax nixtieq li dan il-valur sabih fil-hajja Maltija nghozzuh u nsahhuh."


"Nixtieq nirringrazzjakom mill-qalb ghall-merhba li tajtuni matul dawn il ftit granet li ilni fostkom, nittama li dan kien bidu ta’ rapport qawwi ta’ ghaqda u mhabba bejnietna. Fraht bl-ispirtu sabih li jezisti fost is-sacerdoti ta’ din il-Parrocca."


"Irrid nistqarr li f’dawn il-granet hassejt ghira u ghax hi nisranija ma niktitnix, imma ferrhitni. Il-Parrocca writ apprezzament tassew qawwi ghax-xoghol li ghamel l-Arcipriet ta’ qabli, illum Mons. Bezzina. Inhossni kuntent li dhalt wara minn hadem, bena u ghaqqad. Grazzi, Monsinjur tal-Parrocca li hallejtli."


Wara li sellem lill-Parrocci tas-Siggiewi, Wied il-Ghajn u z-Zejtun u ghamel id-diversi ringrazzjamenti tieghu spicca billi jitlob lil Marija Mtellgha fis-Sema li fil-31 anniversarju tad-Domma taghha beda l-hidma tieghu f’din il-Parrocca, biex tghinu u tharsu. Wieghed li Hi tkun il-punt ta’ riferenza, il-ferh u l-qawwa, il-Patruna u s-Sultana.


Is-Sur John Delicata, President tal-Kunsill Parrokjali, fid-diskors qasir li ghamel, awguralu hidma fejjieda fost il-poplu taghna.


Wara l-pussess il-banda “Nicolo Isouard” wasslet lill-Arcipriet sal-Museum tas-subien fejn ghamel it-trattament.