Jispicca l-Arcipriet Joe Carabott, jilhaq Mario Tong
Il-Mosta: Mejju-Awissu 2003
(p.3) Sar maghruf issa minn kulhadd li l-Arcipriet Dun Joe Carabott wara 22 sena (1981-2003 gie mahtur mill-E.T. Mons. Guzeppi Mercieca Monsinjur tal-Kapitlu tal-Katidral. Ma nahsibx li hemm kliem ahjar minn ‘Kien Raghaj tajjeb, mexxej tajjeb’ f’kull sens tal-kelma, kemm f’dik li hi kura pastorali (kura ta’ l-erwieh), organizzazzjoni, manutenzjoni tat-Tempju taghna, tqassim ta’ Zoni b’Centri Pastorali, ecc. Issa li lahaq Monsinjur, nawgurawlu u nifirhulu minn qalbna.
Arcipriet Gdid
Wara konsultazzjoni li ghamel l-Arcisqof mal-Kleru u ma’ l-ghaqdiet religjuzi, ssar maghruf li l-Arcisqof hatar lil Dun Mario Tong, Arcipriet tal-Mosta. Dun Mario kien Kappillan ta’ Marsaxlokk, ghamel zmien jaghti hidma pastorali f’Gibilta u fl-Amerika, u dan l-ahhar kien Kappillan tal-Parrocca ta’ San Guzepp Haddiem f’Birkirkara.
Dun Mario Tong twieled il-Hamrun fid-29 ta’ April 1953 u kien ordnat sacerdot fid-19 ta’ Gunju 1977. Lill-Arcipriet il-gdid nghidulu ‘Merhba Bik.’ Inweghduk it-talb u l-kooperazzjoni taghna, kif ghamilna dejjem.