The Mosta Archives Banner

Il-Miraklu tal-Bomba jaghlaq 50 Sena – 9 t'April 1942

jirrakkonta Dun Salv Magro li kien prezenti fil-knisja


Il-Mosta: April – Awissu 1992


Koncelebrazzjoni solenni mill-Kleru tal-Mosta l-Hamis 9 ta' April 1992Koncelebrazzjoni solenni mill-Kleru tal-Mosta l-Hamis 9 ta' April 1992 fl-okkazjoni tal-50 sena mill-miraklu tal-Bomba

(p.5) Kien il-Hamis fuq l-Ghid il-Kbir, id-9 ta' April, 1942, meta konna migburin fil-knisja biex issir l-Adorazzjoni tal-Hamis li kellha tibda fl-4:30p.m. Ftit qabel kien daqq is-sinjal ta' Air Raid u ghalhekk qghadna nistennew x'jista' jigri.


Malajr beda sparar qawwi hafna fil-vicin u ftit wara l-4:30p.m. instemghu nezlin il-bombi. Wahda nizlet magenb it-tarag li jaghti ghas-sagristija tan-naha tax-xellug; ohra, aktarx zghira, giet u splodiet fuq l-imtarrag tal-koppla, bejn il-kappelli tas-Salib u ta' San Guzepp; ohra, li kienet bomba kbira, nifdet il-koppla, habtet fuq il-lunetta fejn hemm il-pittura ta’ Gesu qed jippriedka, regghet habtet tahtha, imbaghad waqghet fl-art u baqghet titkaxkar sa taht it-tnax-il stazzjon tal-Via Sagra. Bomba ohra zghira habtet mal-kampnar tal-qanpiena l-kbira, ma splodietx u baqghet niezla fuq iz-zuntier.


Fil-knisja dak il-hin kien hemm madwar 300 ruh. Meta nizlet il-bomba fil-knisja qam storbju shih u giri ta’ nies u tkissir tal-hgieg. Il-knisja mtliet bit-trab u kwantita kbira ta’ gebel nizlet bi dritt it-toqba li ghamlet il-bomba fil-koppla. Saret hafna hsara fil-paviment, il-lampier ittajjar minn postu u saret xi hsara zghira fil-kwadri, imma hadd min-nies prezenti ma wegga'. Ftit tal-hin wara din il-grajja gew is-suldati tal-Bomb Disposal Unit u hadu l-bomba. L-ghada filghaxija gew izuru l-knisja l-Arcisqof Dom Mawru Caruana u l-Gvernatur ta' Malta. Dawn gew milqugha minn membri tal-Kleru, mis-Sur Karm Dimech u minn xi nies ohra.


Koncelebrazzjoni


Dun Salv Magro, Mons. Dun Salv Sammut u Dun Pawl Buhagiar waqt il-quddiesaDun Salv Magro, Mons. Dun Salv Sammut u Dun Pawl Buhagiar waqt il-koncelebrazzjoni tat-8 ta’ April.

Nhar l-Erbgha, 8 ta' April, 1992 tqaddset quddiesa koncelebrata minn Dun Salv Magro, Mons. Dun Salv Sammul u Dun Pawl Buhagiar bhala parti mill-festi tal-hamsin sena minn meta l-knisja taghna helsitha mill-bombi. Dawn it-tliet sacerdoti, li fi zmien il-grajja kien ghadhom seminaristi, kienu fil-knisja x'hin nizlet il-bomba go fiha. Kienu mistiedna ghal din il-quddiesa b'mod specjali dawk in-nies li kienu hemm x'hin waqghet il-bomba.