The Mosta Archives Banner

Jitfakkar is-sittin anniversarju tal-bomba

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: April – Awissu 2002


Trakk tat-tip Bedford jigbed il-kanun BoforsTrakk tat-tip Bedford jigbed il-kanun Bofors warajh.

(p.9) Nhar it-Tlieta 9 ta’ April 2002 kien is-sittin anniversarju minn meta r-Rotunda ntlaqtet minn bomba Germaniza waqt it-Tieni Gwerra Dinjija. Din il-bomba, li mirakolozament ma splodietx, ghamlet hsara konsiderevoli fil-koppla kif ukoll fil-paviment ta’ l-irham. Ghalkemm kien hemm mat-tliet mitt ruh fil-knisja, hadd ma wegga’, minkejja li waqghu knaten ghal gol-knisja minbarra l-bomba nnifisha.


Din il-grajja tigi mfakkra kull sena f’din id-data billi jindaqqu l-qniepen fil-4:40p.m., il-hin li fih kienet grat, u fil-ghaxija ssir quddiesa ta’ l-okkazjoni li warajha jitkanta Te Deum. Dan bhala ringrazzjament lil Alla u lil Marija Santissima billi l-fatt li l-bomba ma splodietx u ma wegga’ hadd huwa meqjus bhala wiehed mirakoluz.


Fil-Mosta nsibu triq imsemmija ghal din il-grajja storika. Ghaxar snin ilu, bl-inizjattiva ta’ l-Arcipriet Dun Joe Carabott, kien gie inawgurat monument gdid fis-sagristija, biex titfakkar din il-grajja. Dan kien gie ddisinjat mill-iskultur bravu Mosti Ganni Bonnici.


Din is-sena huwa s-sittin anniversarju ta’ din il-grajja. Ghalhekk il-Parrocca tal-Mosta, flimkien mal-Kunsill Lokali Mosti, organizzaw xi haga fuq skala akbar mis-soltu. Nhar it-Tlieta 9 ta’ April 2002 fil-4:40p.m., indaqqet mota mill-qniepen tar-Rotunda u fis-6:30p.m. saret quddiesa bil-kant tat-Te Deum. Nhar il-Gimgha 12 ta’ April giet organizzata serata kommemorattiva Letterarja biex tfakkar din il-grajja.


Despatch Rider fuq il-mutur tal-epokaDespatch Rider fuq il-mutur tal-epoka tat-Tieni Gwerra Dinjijia liebesl-uniformi ta' dak iz-zmien.

Giet organizzata wkoll kompetizzjoni tal-kitba u tat-tpingija ghat-tfal ta’ l-iskejjel tal-Mosta. Izda n-numru ta’ konkorrenti tant kien kbir (‘il fuq minn sitt mija), illi sa l-14 ta’ April ir-rizultati ma lahqux gew ippublikati minhabba l-ammont kbir ta’ xoghlijiet li kellha tezamina l-gurija. Izda l-qofol ta’ dan kollu sehh nhar il-Hadd 14 ta’ April 2002, meta sar reenactment ta’ din il-grajja fil-pjazza tar-Rotunda.


Fl-10:30 ta’ fil-ghodu waslu ghadd ta’ vetturi tal-militar li kienu jintuzaw fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Ghalkemm dawn il-vetturi ghandhom ‘il fuq minn sittin sena, dawn jinsabu f’kundizzjoni perfetta, grazzi ghas-sidien dilettanti taghhom li tant jiehdu hsiebhom u jzommuhom fi stat tajjeb. Dawn kienu jinkludu jeep, Austin, zewg trakkijiet zghar u trakk kbir Bedford li kellu kanun kbir Bofors warajh. Kien hemm ukoll mutur ta’ Despatch Rider u mutur iehor ta’ l-istess epoka bis-sidecar.


Fil-11:30 saret dawra b’dawn il-vetturi ma l-inhawi tal-pjazza u ndaqqu s-sireni biex ihabbru hbit mill-ajru kif kien isir dak iz-zmien. Intrama wkoll il-kanun Bofors fil-pjazza. Fil-11:50a.m. is-sireni regghu ndaqqu bhala Air Raid Warning. Instema’ l-isparar ta’ kanuni minn tarf il-Mosta u ghadda ajruplan fid-direzzjoni tal-knisja minn fuq Triq il-Kungress Ewkaristiku.


Ftit wara li daqq nofsinhar rega’ gie l-ajruplan ta’ “l-ghadu” u  ttajjar ghal fuq ir-Rotunda min-naha tan-Naxxar, sabiex taparsi ntefghet il-bomba li nifdet il-koppla. Dak il-hin kien hemm diversi tifqigh ta’ bombi fl-ajru minn diversi nhawi fil-pjazza. Minn fejn dahlet il-bomba telghet dahna kbira bajda. Ftit hin wara l-istess ajruplan ittajjar minn Triq il-Kostituzzjoni ghan-naha ta’ Hal Lija. Hawnhekk regghu ndaqqu s-sireni biex ihabbru t-tmiem ta’ l-attakk mill-ajru.


Il-pjazza tar-Rotunda kienet mimlija bin-nies, mhux biss Mostin, izda minn diversi rhula ohra. Kollox kien organizzat tajjeb. Il-wirja tal-vetturi antiki ttellghet mill-grupp dilettanti tal-vetturi tal-militar. It-titjir ta’ l-ajruplan u l-isparar kienu ikkordinati mis-Sur Joe Ciliberti, wiehed mill-organizzaturi tal-Malta Air Show. L-ajruplan taparsi ta’ l-ghadu kien tat-tip Cessna: 172 tal-AOPA. Din id-darba ma kienx misjuq minn pilota Germaniz izda minn tfajla pilota minn H’Attard, is-Sinjorina Liz Vella. Flimkien maghha kien hemm is-Sur Emanuel Magri tal-Malta Aviation Society bhala koordinatur tat-titjira.


Wirja bhal din tirrikjedi organizzazzjoni kbira kif ukoll hafna spejjez. Diversi ditti u individwi Mostin taw il-kontribut taghhom sabiex din setghet issir. Prosit tassew lis-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu li  pprovdiet l-isparar li kien jirraprezenta l-isparar tal-Bofors kif ukoll id-dahna li telghet minn fuq ir-Rotunda waqt l-attakk ta’ l-ajruplan. Prosit tassew lill-Parrocca u lill-Kunsill Lokali u lil kull min ghen biex dan l-avveniment storiku kien success.


Fil-quddiesa ta’ dan il-Hadd fil-ghodu, tqassmu bookmars sbieh kommemorattivi ta’ l-okkazjoni fuq disinn tassew sabih tas-Sur Joe Bonnici, in-neputi tal-maghruf skultur Mosti s-Sur Ganni Bonnici. Is-Sur Joe Bonnici dan l-ahhar ta kontribut tassew siewi f’diversi wirjiet dwar suggetti varji li gew imtellghi mis-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu. Izda fl-ahharnett prosit specjali lis-Sur Loreto Dalli, li kien il-koordinatur ta’ dawn l-attivitajiet kollha.