The Mosta Archives Banner

Ic-Cimiterji tal-Mosta

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Frar – Marzu 1977


Cimiterji fil-Mosta, tallum u l-antikFuq ic-cimiterju tallum, taht ic-cimiterju l-antik

(p.10) Illum sejjer naghti xi taghrif dwar ic-cimiterji tal-Mosta li jidhru fir-ritratti fil-genb. Nibda sabiex nghid xi haga dwar ic-cimiterju li naraw fir-ritratt ta' taht, jigifieri c-cimiterju l-qadim. Dan jinsab mal-genb tat-triq quddiem il-Mediterrenean Flower Power. Dan huwa maghruf bhala c-cimiterju l-qadim ghax tabilhaqq hekk hu. Fil-fatt dan ghandu mat-tlett mitt sena.  Hawn nixtieq infakkar illi f'dak iz-zmien id-dfin kien isir fl-art tal-knisja il-qadima stess u mhux fil-kannierja. Dan kien isir f'diversi knejjes f'Malta, bhal f'Had Dingli, is-Siggiewi u n-Naxxar. F'dawn l-ahhar tliet knejjes dan ilu li nqata' biss madwar 40 sena ghaliex jien iltqajt ma' nies li, ghalkemm avvanzati, ma tistax issejhilhom xjuh u ghalhekk dan jiftakruh tajjeb.


Fis-sena 1676, kien hawn il-pesta u n-nies li kienu jmutu bil-pesta, ma kienux jigu midfuna fil-qiegha tal-knisja. Ghal-ewwel dawn bdew jigu midfuna fid-djar stess li jkunu mietu fihom u kienu jidfnuhom fil-mandra. Xhieda ta' dan huwa l-fatt illi kienet tezisti drawwa fil-Mosta, illi f'Novembru l-qassis kien imur ibierek il-mejtin f'diversi toroq u sqaqien madwar il-Mosta sabiex jigu mbierka l-mejtin li kienu midfuna fid-djar. Din id-drawwa inqatghet madwar 40 sena ilu. Zewg Mostin ohra li mietu bil-pesta gew midfuna fil-knisja zghira ta' Santa Margerita fit-tarf tar-rahal. Ghalhekk f'dan  iz-zmien ikrah tal-pesta fl-1676 sar ic-cimiterju l-qadim u ndifnu fih 27 ruh li kollha kienu mietu bil-pesta fosthom sacerdot zaghzugh ta' 24 sena, certu Dun Andreas Busuttil. Dan indifen fl-10 ta' Gunju 1676. Wara dan id-dfin rega' beda fil-qiegha tal-knisja l-qadima u aktar tard fil-kennierja tar-Rotunda.


Nghaddu issa sabiex naghtu xi taghrif dwar ic-cimiterju prezenti tal-Mosta. Dan jinsab fejn it-Torri Cumbo ftit il boghod mic-cimiterju l-qadim. Dan ic-cimiterju tbierek ufficjalment nhar is-Sibt 6 ta' Awissu 1837, mill-Kleru tal-Mosta li ghamel dan wara l-Kumpieta. L-art kienet inghatat mill-Gvern Ingliz. Dak iz-zmien il-Gvernatur kien Major General Sir Henry H. Bouverie li kien dam Gvernatur mill-1836 sal-1843. L-Arcisqof kien Mons. Frangisk Saverio Caruana li dam f'din il-kariga mill-1831 sal-1847. Dan kien l-ewwel Arcisqof mindu Malta u Ghawdex gew mifruda mill-Arcidjocesi ta' Palermo.


F'dan ic-cimiterju kien hemm originarjament madwar 60 qabar izda dawn naqsu billi nbniet il-kappella u xi whud mill-oqbra nqerdu meta ntlaqtu fil-gwerra u ma regghux gew irrangati. L-ewwel persuna li ndifnet f'dan ic-cimiterju kienet Maria Galea, li mietet bil-cholera fl-eta ta' 70 sena. Din giet midfuna fl-ewwel t'Awissu 1837. Id-dfin kollu tar-rahal kien baqa' jsir fil-kannierja u fic-cimiterju kienu jindifnu biss dawk li jkunu mietu b'mard jittiehed. Kienu jindifnu wkoll nies li ma kienux mill-Mosta u li jmutu l-isptar. Matul iz-zmien din id-drawwa nqatghet ukoll u kullhadd kompla jindifen fil-kannierja.


Meta l-Gvern dan l-ahhar ma halliex li jsir dfin aktar fil-kannierja minhabba ragunijiet igenici, indifnu tlieta minn nies biss fic-cimiterju u l-bqija bdew jindifnu fic-cimiterju tal-Addolorata. Fis-16 ta' Dicembru 1975 rega' beda jsir id-dfin f'dan ic-cimiterju u l-ewwel mejjet kien certu Censu Galea li ndifen f'din id-data. Bhalissa qed isir ix-xoghol fuq oqbra privati. J'Alla x-xoghol fuq l-oqbra tal-komun isir maghhom u jkollna post tad-dfin decenti ma jdumx halli l-Mostin ikollhom fejn jindifnu fir-rahal taghhom stess, u mhux jergghu jmorru jindifnu fl-Addolorata.