The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (3): It-tliet kappelli tan-naha ta’ l-Epistola

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Jannar – April 2001


(p.4) Nghidu n-naha ta’ l-Epistola, ghax qabel ir-Riforma, fil-Liturgija tal-Quddiesa, l-Epistola kienet tinqara fuq in-naha tax-xellug ta’ l-artal, li tigi wkoll in-naha tal-lemin ghal min ikun qed ihares minn quddiem. Ghalhekk min-naha ta’ l-Evangelju tal-knisja, immorru issa fuq in-naha ta’ l-Epistola u nergghu nibdew mill-ewwel kappella ta’ magenb l-altar maggur, dik ta’ Gesu msallab Agonizzant.KappellunKurcifissTitular


Il-Kappella tal-Kurcifiss


It-titular tal-Kappellun tas-SalibIl-kwadru ta' Gesu Msallab li hemm fil-kappennun tas-Salib

Din il-kappella nafuha l-aktar bhala Tas-Salib. Il-kwadru ewlieni taghha huwa tal-pittur Vallettan Ignatio Carlo Cortis (1826-1900) u juri x-xena tal-kalvarju, b’Gesu Msallab agonizzant imdawwar b’ommu Marija Addolorata, b’San Gwann l-Evangelista, bil-Madalena u b’figura ohra femminili li jidher il-profil taghha biss wara l-Madonna, li hi aktarx Marija ta’ Kleofa. Skont Castagna dan il-kwadru tpitter fl-1869 u huwa maghdud bhala l-ahjar xoghol ta’ Cortis. Ta’ Cortis ukoll huwa l-kwadru laterali fuq in-naha tax-xellug li juri l-gisem mejjet ghad-difna li tpitter fl-1875.


Il-kwadru titulari l-iehor f’din il-kappella juri l-agunija ta’ Kristu fil-gnien tal-Getsemani mfarrag minn zewg angli. Dan huwa xoghol tal-pittur Senglean Giuseppe Bonnici li kien ukoll kontemporanju ma Cortis u bhalu kien tharreg taht Tommaso Minardi f’Ruma. It-tliet kwadri ta’ din il-kappella kienu hallsu ghalihom l-imsehbin jew sodalisti fl-Opra ta’ l-Agunija jew tal-Buona Morte, imwaqqfa fil-Parrocca tal-Mosta sa mill-1686.


F’din il-kappella naraw il-monument b’mezzu bust fuqu tal-kappillan Mosti Dun Gammari Schembri li ghal sitta u ghoxrin sena shah hadem bla waqfien biex inbniet ir-Rotunda. F’hajtu kien taha sahhtu u wara mewtu hallielha gidu kollu. Hawn taht dan il-monument, jinsabu l-fdalijiet ta’ dak li nistghu nsejhulu l-ikbar iben li qatt rat il-Mosta.


Fuq in-naha l-ohra tal-kappella tidher lapida sabiha li turi l-profeta Natan iwissi lis-sultan David. Dan ifakkar lill-kappillan Karkariz Dun Anton Mallia li fi zmien il-parrokat tieghu harget ghall-ewwel darba l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira (1866), saret l-istatwa titulari ta’ Santa Marija (1868) u fuq kollox il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda fil-15 t’Ottubru 1871. Il-lapida l-ohra li tidher fuq l-istess naha ta’ dik tal-kappillan Mallia hija dik li tfakkar il-kappillan Zabbari Dun Lawrenz Sciberras li dam biss bhala kappillan tal-Mosta mis-6 ta’ Marzu 1886 sat-22 ta’ Awissu 1886, ftit izjed minn hames xhur.


Fl-art quddiem l-artal naraw lapida li kienet maqlugha mill-knisja l-qadima u mpoggija hawn. Din tfakkar lill-kappillan Mosti Dun Gwann Sammut (1742-1758). Fost il-kappelli din hi l-unika wahda li ghandha l-vazi tal-kolonni miksijin bi rham safrani.


Il-Kappella ta’ San Guzepp


Nidhlu issa fil-kappella ddedikata lill-Gharus tal-Vergni Marija. Bir-ragun kollu fil-kwadru ewlieni ta’ fuq l-artal ta’ hawn nilmhu l-Gherusija ta’ San Guzepp mal-Madonna. Dan il-kwadru tpitter f’Ruma fl-1859 mill-pittur Giuseppe Bonnici taht id-direzzjoni ta’ Tommaso Minardi, is-surmast ta’ Bonnici. Hafna jikkummentaw li San Guzepp jidher xih wisq fejn il-Madonna li tidher naqra ta’ tfajla, kif fil-fatt kienet. X’aktarx li Bonnici ghamel hekk biex jaghmel bhalma kienu ghamlu pitturi kbar qablu li dehrilhom li jekk igibu ‘l San Guzepp xih, tispikka izjed il-verginita ta’ Marija. F’nofs il-kwadru naraw sacerdot tat-Tempju jzewwighom filwaqt li xi qraba jew hbieb mistednin qeghdin iharsu. Mal-genb fil-gholi jittajjar anglu, bi tliet puttini mieghu, izomm f’idu l-gilju simbolu ta’ dan iz-zwieg verginali.


Xoghol iehor ta’ Bonnici huwa l-kwadru laterali tan-naha tal-lemin li juri l-Familja Mqaddsa tistrieh fil-harba taghha fl-Egittu, li sar fl-1866. Il-kwadru laterali tax-xellug juri l-mewt qaddisa tal-kbir Patrijarka mfarrag minn Gesu u Marija u sar fl-1861. Dan huwa xoghol iehor ta’ Salvatore Barbara li flimkien ma’ Cortis, Bonnici u Caruana kienu Puristi u jhaddnu l-istess stil ta’ pittura, dak imhaddan mill-Moviment gdid fl-Arti maghruf bhala dak tan-Nazzareni. It-tliet kwadri ta’ din il-kappella kienu hallsu ghalihom l-ahwa sacerdoti Chetcuti, il-Monsinjuri Dun Guzepp u Dun Glormu u Dun Salv.


Fil-Kappella ta’ San Guzepp hawn midfunin hames membri tal-familja Mostija wisq maghrufa ta’ Chetcuti u l-qassis Mosti Dun Guzepp Mamo. Fuq il-lemin taghna nilmhu zewg lapidi mill-isbah, xoghol il-marmisti msemmijin Darmanin. Din tan-naha ta’ gewwa tfakkar l-erba’ sacerdoti ahwa Chetcuti li kienu l-Monsinjuri Guzeppi u Glormu u Dun Salv u Dun Tumas li minnhom, dawn it-tnejn ta’ l-ahhar biss huma midfunin hawn. Bhal Salamun, li x-xbieha tieghu tidher fil-lapida ta’ fuq qabarhom, baqghu msemmijin ghall-gherf taghhom. Il-lapida ta’ fuq in-naha ta’ barra bil-figura tal-Karita fuqha tfakkar lil huhom it-Tabib Daniel Chetcuti li bhal hutu kien ukoll benefattur ta’ din il-kappella.


Fuq in-naha tax-xellug, man-naha ta’ barra, hemm il-lapida li tfakkar lin-Nutar Frangisk Chetcuti u martu Anna Camilleri. Dan in-nutar kien gie maghzul bhala Segretarju tal-bini tar-Rotunda u inkarigat ukoll mill-finanzi. Din il-koppja xxurtjata hawn midfuna kellha l-unur kbir u rari li erbgha minn uliedhom isiru sacerdoti. Il-lapida l-ohra fuq in-naha ta’ gewwa tfakkar lill-qassis Mosti Dun Guzepp Mamo li kien il-benefattur tal-kancell tar-rham li jdawwar il-presbiterju barra milli wkoll halla xi Ezercizzi Spiritwali li kellhom isiru fil-Parrocca taghna.


Il-Kappella ta' San Rokku, San Bastjan u Santa Rozalija


L-ahhar kappella li se nidhlu fiha hija dik li ahna nafuha bhala ta’ San Bastjan. Mill-isbah huwa l-kwadru ewlieni bit-tliet qaddisin protetturi kontra l-marda tal-pesta. F’nofs il-kwadru jidher Santu Rokku minn Montepellier (c.1350-1380). Lil dan il-qaddis narawh ihares ‘il fuq, b’idu wahda fuq sidru u bl-ohra jzomm bastun. Narawh liebes ta’ pellegrin u b’kelb hdejh izomm hbejza f’halqu. Siequ u koxxtu mikxufa u tidher il-gerha fuqha biex niftakru li hu wkoll kien ha l-pesta. Magenbu fuq naha hemm San Bastjan Martri (c. 300) b’idejh marbutin ‘il fuq. Jidher batut filwaqt li qed isofri l-martirju tal-vlegeg. Man-naha l-ohra naraw lil Santa Rozalija Vergni (c.1129-1159) minn Palermo b’kuruna ta’ ward madwar rasha thares hi wkoll lejn is-sema. Hajjitha qasira ghaddietha fit-talb u l-penitenza ghall-imhabba ta’ Kristu. Fuq San Rokku jittajjar anglu b’kuruna tar-rand ghandu f’idu l-anglu li qed jittajjar fuq San Bastjan. L-Anglu li jidher jittajjar fuq Santa Rozalija qed izomm gilju, simbolu tal-verginita taghha. Hdejn dan l-anglu jidher iehor minn nofsu ‘l fuq ihares lejn il-qaddisa.


Dan il-kwadru huwa opra ta’ Stefano Erardi u kien sar ghall-knisja parrokjali l-qadima fl-1675. Kien hallas ghalih Dun Gio Maria Galea sena biss wara li f’Malta kienet faqqghet il-pesta li tant kient qerdet nies.


Il-kwadru laterali fuq il-lemin taghna juri ‘l San Rokku jassisti ma’ moribond milqut bil-pesta. F’dak tan-naha tax-xellug naraw lil San Bastjan bhala ufficjal fl-armata Rumana jiddefendi l-Fidi Nisranija quddiemn l-Imperatur Djoklezjanu. Dawn iz-zewg kwadri huma xoghol tal-pittur Raffaela Caruana (1820-1886) u saru minn gbir minn fost il-poplu ghall-habta ta’ l-1866.


Din il-kappella hija mzejna b’zewg monumenti ta’ rham b’mezzu bust fuq kull wiehed li qeghdin it-tnejn fuq in-naha tax-xellug. Dak tan-naha ta’ barra jfakkar lill-prim bennej tar-Rotunda Mastru Ang Gatt, Zejtuni li zzeweg u kien gie joqghod il-Mosta. Kellu x-xorti li jaghlaq il-koppla ggantija ta’ Grognet u ghalhekk bir-ragun kollu li l-fdalijiet tieghu jistriehu hawn. Il-monument l-iehor ifakkar lill-benefattur kbir tar-Rotunda, il-Kavallier Carmelo Dimech li hallas ghall-bicca xoghol kbira tad-dekorazzjoni tal-koppla dejjem skont il-pjanta tal-kbir Grognet. Hallas ukoll ghall-monument famuz ta’ Kristu mejjet li jzejjen il-Knisja Arcipretali taghna fil-jeim tal-Gimgha l-Kbira.


Riferenzi

  1. Storja ta’ Malta, P.P.Castagna, pg.121, 122.
  2. Il Cumpania tal-Buona Morti Jew ta’ L’Agonia, ktejjeb mahrug fl-1925, pg. 6.
  3. Musta, Its Memories and Charms, Rev. Edgar W. Salomone – 1911, pg. 24 u 25.
  4. Storja tal-Mosta migbura minn E.B.Vella u Ohrajn, 1972, pg 249, 267, 268.
  5. Oxford Dictionary of Saints, David Hugh Farmer, pg. 33, 89, 133, 343, 420, 429.
  6. The Iconography of the Maltese Islands 1400-1900, Painting 1988, Mario Buhagiar, pg. 162, 163, 172.
  7. Mosta the Heart of Malta, The Rotunda and its Artistic Treasures, Gerard Bugeja – pg 87.