The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (2): It-tliet kappelli tan-naha ta' l-Evangelju

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2000


(p.8) Ninzlu l-hames targiet tal-presbiterju min-naha tal-lemin tal-knisja li tahbat ukoll in-naha tax-xellug ghal minikun qed ihares lejn l-altar maggur. Dritt insibu ruhna fil-Kappella tar-Ruzarju u hawn tajjeb infakkru li s-sitt artali fil-kappelli tar-Rotunda ghad ghandhom l-istess dedikazzjonijiet li kellhom sitta mill-ghaxar artali li kellha l-knisja parrokjali l-qadima li kellna qabel ir-Rotunda.


Il-kappella tal-Madonna tar-Ruzarju


Hawn jolqotna mill-ewwel il-gmiel tal-kwadru ewlieni ta’ fuq l-artal li juri lill-Madonna qed taghti bi hlewwa kbira l-kuruna tar-Ruzarju lil San Duminku ta’ Guzman (c.l170-1221) li hu msieheb ukoll minn Santa Katarina ta’ Siena (1347-1380). Fl-art fin-nofs fuq tapit ahmar jidhru tliet puttini b'simboli f’idejhom li jirrapprezentaw il-Misteri tar-Ruzarju Mqaddes.


Dan il-kwadru kien l-ewwel wiehed li Guzeppi Cali pitter ghall-knejjes taghna ghax pittru fl-1870. Huwa kwadru li jimla bid-dawl, imzejjen b’kuluri vivaci mill-isbah ta’ l-id zaghzugha imma qawwija tal-Cali.


Tal-Cali wkoll huma l-kwadri laterali li saru fl-1883 u li fihom mill-gdid tidher il-hila ta' min pittirhom. Fuq ix-xellug naraw lil San Duminku jippriedka dwar ir-Ruzarju bhala mezz qawwi kontra l-erezija ta' l-Albigizi li kienet qed thedded il-Knisja fi zmienu. Il-kwadru ta' fuq il-lemin juri ‘l Santa katanna ta' Siena tipprova tikkonvinci lill-Papa Gregorju XI (1370-1378) sabiex jerga' jregga' lura s-Sede tal-Papat minn Avignon fi Franza mill-gdid f’Ruma.


F'din il-kappella naraw il-mezzo bust ta' l-irham abjad tal-fundatur ewlieni tar-Rotunda, il-kappillan Zurrieqi Dun Felic Calleja li jinsab midfun fil-qabar ta' taht dan il-monument. Ta' min ifakkar lil-Kappillan Calleja kien dam kappillan tal-Mosta ghal sitta u tletin sena shah u kien halla gidu kollu ghall-bini tar-Rotunda.


Man-naha l-ohra tal-kappella naraw zewg lapidi, wahda li tfakkar lill-kappillan Mosti Dun Frangisk Camilleri u l-ohra lill-Arcipriet Mosti wkoll Dun Girgor Borg. II-Kappillan Dun Frangisk Camilleri jinsab mifdun fil-qabar taht il-lapida li tfakkru u jibqa' msemmi ghax lejn tmiem il-parrokat tieghu, jigifieri fl-1885, sar l-orgni famuz li ghandha r-Rotunda. L-Arcipriet Dun Girgor Borg kellu d-dispjacir jisma' ftit xhur biss qabel miet li bomba Germaniza kienet nifdet il-koppla tat-tempju taghna li hu tant ha hsiebu.


Il-kappella ta’ San Pawl


It-titular fil-kappellun ta' San PawlSan Pawl fil-Kappella dedikata lilu.

Il-kwadru ewlieni ta' din il-kappella jurina l-Konverzjoni mirakoluza ta' l-Appostlu Missierna San Pawl, imsemmija tant tajjeb minn San Luqa fl-Atti ta' l-Appostli. San Pawl imwaqqa' fl-art jidher hosbien u mghaggeb ihares 'l isfel jisma' l-kliem ta' Kristu Rxuxtat li jidher glorjuz fuq shaba bajda jitkellem ma' Sawl.


Fil-kwadru laterali tan-naha tax-xellug jidher San Pawl akkumpanjat minn San Luqa u San Publju qed ifejjaq lil missier Publju skont ma nsibu fl-Atti ta' l-Appostli, meta San Pawl gie Malta. Fuq il-lemin taghna naraw il-kwadru li juri l-martirju bil-qtugh ir-ras ta' l-Appostlu Missierna li skont it-Tradizzjoni sehh fis-Sena 67 wara Kristu fit-Triq ta' Ostia barra Ruma.


It-tliet kwadri msemmija huma xoghol tal-pittur Vallettan Salvatore Barbara u kien ikkummissjonahom lilu l-Avukat Ganbatist Mifsud fl-1864.


Fil-Kappella ta' San Pawl insibu midfunin hames membri tal-familja Mifsud, familja maghrufa li kienet bil-wisq rispettata fil-Mosta. Bir-ragun kollu l-arma ta' Mifsud tidher maz-zewg nahat ta' l-artal ta' din il-kappella ghax kienet din il-familja li zejnet il-kappella ta' San Pawl b’artal, kwadri, skultura w induratura.


Fuq in-naha tal-lemin naraw jiddomina l-monument ta' l-irham ta' Monsinjur Mikelang Mifsud li kellu x-xorti jaghmel l-ewwel quddiesa fir-Rotunda hekk kif kienet lesta u sewwa sew fuq l-altar tal-Kor. Dan il-Monsinjur Mosti msemmi ghall-gherf tieghu wasal sahansitra biex lahaq Vigarju Generali tad-Djocesi. Magenb il-monument ta' dan il-Monsinjur hemm l-lapida sabiha bil-'gustizzja' fuqha, li tfakkar lill-missieru, l-Avukat Ganbatist Mifsud, li hadem ghall-bini tar-Rotunda u kien benefattur ukoll flimkien ma' wliedu ta’ din il-kappella. Fuq ix-xellug tal-kappella naraw il-lapidi li jfakkru l-Avukat Salvu Mifsud u t-Tabib Glormu Mifsud, tnejn ohru minn ulied Ganbatist Mifsud, u fin-nofs quddiem l-artal hemm mifdun it-Tabib Antonju Mifsud, membru iehor ta' din il-familja illustri Mostija.


Il-Kappella tal-Madonna tac-Cintura


Mill-kappella ta' San Pawl nidhlu f’dik tac-Cintura. Jolqtok bilfors il-kwadru wisq artistiku fuq l-artal ta' din il-kappella. Originarjament tpitter ghall-knisja parrokjali l-qadima mill-maghruf Stefano Erardi lejn l-ahhar kwart tas-seklu sbatax. Qabel ma tpogga f’din il kappella kellu bilfors jitkabbar u hekk wasal biex jiehu post il-kwadru l-iehor ta' qablu, xoghol ta’ Salvatore Barbara, li kien intenzjonat ghal din il-kappella. Illum dan il-kwadru ta' Barbara, li huwa rigal lill-knisja taghna ta' l-Isqof Gaetano Pace Forno, jinsab fis-Sagnstija.


Fil-kwadru naraw il-Madonna bil-qieghda fuq is-shab, b'Gesu Bambin kollu grazzja u hlewwa wieqaf f’hogorha jzomm tajjeb ic-cintura. Magenb il-Madonna tispikka ommha Sant'Anna b'harsitha fuq il-Bambin, warajha jidher San Gwakkin. Fuq in-naha l-ohra tal-Madonna jidher San Guzepp. Fin-naha t’isfel jiddomina l-lsqof Santu Wistin (354-430) imsieheb minn ommu Santa Monika (332-387) li qed tircievi c-cintura minghand il-Bambin li hu c-centru tal-Kwadru kollu ghax ghajnejn il-figuri kollha li naraw jinsabu fuqu. Zewg qaddisin ohra li jidher biss wicchom huma l-Agostinjan San Nikola ta’ Tolentino u Santa Katerina ta’ Lixandra.


Xoghol mill-isbah ukoll ta’ Guzeppi Cali huma z-zewg kwadri laterali li jzejnu ‘l din il-kappella li saru fl-1883. Fil-kwadru lemini tidher Santa Monika qed tircievi l-ahbar minghand anglu tal-konverzjoni ta’ binha Wistin. Fuq in-naha tax-xellug naraw il-mewt tad-Duttur kbir tal-Knisja Santu Wistin li grat fit-28 ta’ Awissu fis-sena 430.


F'din il-kappella niltaqghu ma' zewg monumenti ta' l-irham b’mezzu bust fuqhom, bhall bqija tal-monumenti li ghandna f’din il-knisja, li qedghin magenb xulxin fuq in-naha tal-lemin. L-ewwel wiehed huwa dak li tahtu hemm midfun l-arkitett inginier tar-Rotunda Gorg Grongnet de Vasse.


Mal-monument tieghu ghandu lapida Latina li skont kif tghid kien kitibielu habibu stess, Dun Guzepp Zammit Brighella, Latinista maghruf ta' dak iz-zmien. Il-monument l-iehor huwa ta’ l-ewwel arcipriet li kellha r-Rotunda, Dr. Dun Pawl Xuereb mill-Isla. Habrek biex issir il-pittura tat-tmien lunetti u gholla r-Rotunda taghna sa l-oghla tarf taghha billi bena l-lanterna wisq sabiha u gholla wkoll fil-gieh il-knisja taghna billi gabhielna Arcipretali sewwa sew nhar l-10 ta' Lulju 1888.


Referenzi:

  1. Giuseppe Cali 1846-1930 - Emanuel Fiorentino, Louis Grasso - pagni 18 u 26.
  2. Musta - Memories and Charms by Rev. Edgar W. Salomone - pagni 23 u 25.
  3. The Confessions of Saint Augustine - Translation by Sir Tobie Matthew, Kt. – pagna 15.
  4. The Oxford Dictionary of Saints - David Huch Farmer – pagni 33, 89, 133, 343.
  5. The Oxford Dictionary of Popes – L.N.D. Kelly - pagna 225.
  6. Storja ta’ Malta – P.P.Castagna 1869 – pagna 122.
  7. Storja tal-Mosta migbura nunn E.B. Vella u Ohrajn - pagni 133 u 267.