The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (10): Lejn il-Quccata ta’ l-opra Grongnetana

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Mejju – Awissu 2003


Pitturi tal-arkitett GrognetL-Arkitett Inginier George Grongnet, meta kellu hamsin sena. Grongnet miet fil-5 ta’ Settembru, 1862.

(p.4) Ninsabu fl-ahhar dawra taghna madwar ir-Rotunda. Qedghin f’din il-kitba, nirreferu ghall-knisja taghna bhala l-‘Opra Grongnetana’, ghax tassew li l-knisja tal-Mosta, f’dik li hi arkitettura, hija tista’ tghid kollha kemm hi holqien ta’ l-arkitett inginier Gorg Grongnet de Vasse u ghalhekk ghandha arkitettura unika.


Huwa veru li din il-knisja twieldet, biex nghidu hekk, fi zmien in-neo Klassiku, meta kien rega’gie moda l-istil Klassiku. Veru wkoll li dan l-istil Grongnet kien jafu u jifhmu u minnu ha meta gie biex jaghmel l-opra tieghu. Imma jibqa’ dejjem il-fatt li meta Grongnet holoq ir-Rotunda, flimkien ma’ l-elementi Griegi u Rumani li dahhal fiha, dahhal fiha wkoll elementi arkitettonici individwali, mahluqin minnu stess, bil-hsieb f’mohhu li johloq still ta' 'arkitettura gdida'.


Il-hsieb shih u minghajr biza’ ta’ din l-opra ma naqasx li jgib mieghu wkoll kontroversji. B’danakollu, iz-zmien, il-kalkoli u sahansitra l-qilla tat-tieni gwerra dinjija taw ragun lil dan il-bravu arkitett inginier mill-Belt Valletta.


Izjed dwar l-ewwel ordni


Jekk ir-Rotunda toffri minn gewwa arkitettura magestika mimlija hlewwa u dawl li jferrhu, minn barra ghandha dehra ta’ kobor u ta’ qawwa. L-ewwel ordni taghha minn barra huwa mzejjen biss bil-pilastri u bis-sitt fethiet tat-twieqi tal-kappelli. Il-pilastri jerfghu fuqhom arkitrav, friz u gwarnicun. Dan l-ordni joghla 51¾ pied minn fuq iz-zokklatura ta’ taht il-bazijiet tal-pilastri li jhaddnu ‘l dan l-ordni. Ma’ dawn il-qisien irridu nzidu l-gholi taz-zokklatura, li fuq in-naha ta’ wara tal-knisja hija 11-il pied gholja.


Ta’ min ifakkar li l-hxuna tal-hitan tal-bazi li hemm f’dan l-ordni huwa ta’ 27½ pied. Inzidu nghidu wkoll li d-dijametru ta’ barra tar-Rotunda huwa ta’ 180 pied, filwaqt li t-tul taghha mit-tarf tal-faccata ta’ quddiem sa dik tan-naha ta’ wara huwa ta’ 244 pied.


It-tieni ordni


Jekk sod u qawwi huwa l-ewwel ordni, xejn inqas ma hu dak tat-tieni. Minn fuq l-ewwel ordni jitla’ t-tanbur kolossali li jhaddan mieghu sittax-il fetha jew tieqa bir-ras fit-tond u bi gwarnic li jdur ma’ kull wahda. Minn dawn it-twieqi jew fethiet kbar, titla’ b’tarag ghat-twieqi propja li jaghtu ghat-tanbur fuq gewwa. Hawn tistaghgeb tara l-hxuna tal-hitan u l-kobor ta’ gebel li tela’ f’dak l-gholi kollu bil-hegga ta’ ftit nies foqra imma li kellhom rieda ta’ l-azzar.


Ftit ‘il fuq mit-twieqi tghaddi l-‘bizzilletta’, bhala girlanda skulturata li ddur dawramejt mal-knisja kollha, li xi whud fostna jirriferu ghaliha ghala ‘il-palmetti’. Qisu li Grongnet ried li l-opra tieghu, ghal kollox gdida f’dak li hu stil, tkun immarkata minn gewwa u minn barra b’dan id-disinn Grieg tal-‘palmetti’.


‘Il fuq mill-bizzilletta hemm jaghlaq dan it-tieni ordni tal-knisja taghna, il-gwarnicun.


Il-Koppla


Minn fuq attiku (bhal zokklatura) ta’ 9 1/3 piedi tibda tiela l-koppla ggantija b’ghaxar targiet li jickienu izjed ma jitilghu ‘l fuq. Il-parti ta’ fuq ta’ l-iskutella tikkonsisti f’weraq wahda fuq l-ohra li wkoll jickienu izjed ma jitilghu ‘l fuq sa ma jilhqu l-bazi ta’ l-anterna. Sa hawn l-gholi jwassal 161 pied minn fuq iz-zokklatura ta’ isfel.


Sa l-ewwel snin tat-tletinijiet tas-seklu li ghadda, din il-parti tal-koppla kienet lixxa u kienet ghadha miksija biss b’qoxra tad-deffun, kif kienu hallewha l-bennejja tar-Rotunda. Lejn tmiem it-tletinijiet li ghaddew, missirijietna, dejjem skont il-pjanta ta’ Grongnet, twebblu li jaghmlu dak il-weraq tal-konkos, li bih hi mzejna llum dik il-parti ta’ fuq tal-koppla.


Gara imma li matul l-ahhar gwerra dinjija, ir-Rotunda ntlaqtet minn bomba Germaniza li nifdet il-koppla minn dik il-parti ta’ fejn hemm il-weraq. Rizultat ta’ dik l-iskossatura kbira u ta’ xi xquq li bdew jidhru fil-qoxra tal-konkos ta’ hemm fuq, beda diehel l-ilma kull meta taghmel ix-xita. Minhabba f’hekk bdiet tidher fil-koppla minn gewwa hsara kbira fl-induratura.


Biex din il-hsara ma tkomplix, il-weraq ta’ fuq il-koppla kellu jigi miksi b’qoxra tar-ram ahmar. Din l-opra kbira u ta’ htiega saret fl-1960 mid-ditta Ingliza Messrs. Fredk, Braby and Co. Ltd. ta’ Londra b’nefqa ta’ kwazi Lm6,000.


Mill-gholi ta’ hawn fuq ma nistghux ma nsemmux il-hila tal-bennej ta’ l-ghageb miz-Zejtun Mastru Ang Gatt li kellu x-xorti jtella’ koloss bhal dan u jasal biex jaghlaq l-ahhar filati tal-koppla famuza ta’ dan it-tempju.


L-anterna


Pjanta tal-lanterna tar-Rotunda tal-MostaIl-Lanterna grandjuza, pjanta ta' Gorg Grongnet li saret fl-1889.

Grongnet ried li l-opra tieghu kellha tkkun inkurunata b’anterna ta’ l-injam jew tal-gebel. Halla tliet pjanti biex issir wahda minnhom. Fil-quccata ta’ l-anterna fuq balla tal-bronz kellu jitpogga jittajjar anglu tal-bronz b’kuruna f’idu; haga li qatt ma saret, minhabba li bicca xoghol bhal din setghet tohloq diffikultajiet.


(p.6) Intghazlet il-pjanta ta’ dik l-anterna tal-gebel li ghandna llum. Anterna mill-isbah li minnha nnifisha hi ghamla ta’ kuruna tal-gebel li qed tinkuruna t-tempju kollu u tfakkar ukoll fl-Inkurunazzjoni tal-Vergni Mqaddsa Marija mat-tlugh taghha fis-Sema.


L-anterna nbniet fl-1889 wara kontroversji shah li kienu nqalghu dwar jekk il-koppla kinietx tiflah jew le piz daqshekk tqil. Inbniet taht id-direzzjoni tal-Perit Gorg Schinas b’xi tibdil zghir fl-gholi taghha, imma dejjem skont il-pjanta ta’ Grongnet.


Il-bennej taghha kien Mastru Ang Sammut li nzerta ha parti wkoll fil-bini ta’ l-ahhar filati tal-koppla meta Mastru Ang Gatt kien marad. Inbniet bit-thabrik ta’ l-ewwel Arcipriet li kellha l-Mosta, is-Senglean Dr. Dun Pawl Xuereb li habrek mhux biss biex gholla r-Rotunda ghall-gieh ta’ Knisja Arcipretali imma habrek ukoll biex gholla r-Rotunda tal-Mosta sa l-ghola tarf taghha kif xtaqha Grongnet u kif riduha wkoll il-Mostin.


Gheluq


Nisthajjel lil Grongnet mill-gholi tal-quccata ta’ l-opra tieghu, minn fejn iggib tahtek il-bicca l-kbira tal-gzira Maltija, isejjah lil dawk kollha li sa mill-bidu tat-twaqqif taghha ghaddewh bhala bniedem li kien johlom imqajjem, jekk kellux ragun jew le fil-kalkoli tieghu issa li l-opra tieghu saret realta. Isejjah ukoll lil dawk l-ohrajn, li fid-disinn ta’ l-opra tieghu raw xi nuqqas hawn jew xi iehor hemm, jghidilhom li min m’ghandux zball iwaddablu l-ewwel gebla.


Jibqa’ l-fatt li f’pajjiz ckejken bhal taghna, mimli knejjes barokki mill-isbah, ir-Rotunda tal-Mosta bazikament ta’ stil neo-klassiku, kienet bidla kuragguza daqstant mixtieqa u ghalhekk serqet il-qalb tal-poplu Malti. Serqet u ghadha tisraq ukoll il-qalb ta’ l-eluf ta’ turisti li gew u li ghadhom dejjem gejjin iharsu mghaggbin mahkumin minn dellirju ta’ ferh x’hin iharsu ‘l fuq lejn il-koppla minn gewwa.


Skont il-perit ta’ zmienna Leonard Mahoney, dawk il-kwadretti bir-rozetti fihom, dak ir-ruzuni, jickienu minn isfel ghal fuq, mahzunin u mqattghin b’tant sengha u precizjoni, joholqu dinamizmu li jgieghlek thoss ferh bla tarf, ferh li taf taghti biss arkitettura kbira.


Nikola Zammit ukoll, arkitett li ghex fi zmien il-bini tar-Rotunda stqarr li: “Il-knisja gdida fil-Mosta jisthoqqilha li tigbed il-ghajn ta’ dak li jigi fil-gzejjer taghna. Hija knisja tonda, li fil-kobor hija daqs il-Pantheon ta’ Ruma. Il-koppla taghha mhix anqas ta’ l-ghageb mill-gmiel u tqabbel tajjeb ma l-arkitettura taghha magestika. Hija wahda mill-monumenti godda l-iktar maghrufa ta’ l-insara.”


Din hi r-Rotunda tal-Mosta, il-Pantheon ta’ Malta. Knisja li hi mdawra kollha kemm hi bil-gmiel tad-dija tas-Sema ghax hija monument kbir ta’ fidi u mhabba. Knisja fuq kollox li hi Santwarju u ghalhekk xhieda qawwija tul iz-zmien tad-devozzjoni tal-Mostin lejn il-Vergni Marija Mtellgha s-Sema bir-Ruh u bil-Gisem.


Riferenzi

  1. L’Arte – Nicola Zammit 7 Gennaio 1863, p. 2. (Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghna, E.B.Vella – 1930, p. 176).
  2. Musta Memories and Charms, Rev. Edgar W. Salomone – 1911, p. 26.
  3. Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha – E.B.Vella – 1930, pp. 145, 146, 155 u156.
  4. Art in Malta – Edward Sammut (Progress Press Co. Ltd. 1953), p. 87.
  5. Leonard Mahoney – 500 Years of Architecture in Malta (Valletta Publishing, 1996).
  6. Mosta the Heart of Urban Malta – Urban Development in Mosta, Dennis De Lucca and Hermann Bonnici (Midsea Publishing 1996), pp. 71, 73, 74.
  7. Ir-Rotunda f’ghajnejn il-kritici – Tifhir u Kontroversji, Dr.Sandro Vella M.D., A.T.C.L., L.R.S.M. – Socjeta Filarmonika Nicolo Isuard Mosta, Festa Santa Marija 2002, pagni 70,71.