The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (8): Nidhlu fis-Sagristija ta' fejn hemm il-bomba

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2002


(p.4) Mill-kuritur li jghaqqad iz-zewgt sagristijiet, insibu ruhna f’dik li llum nafuha l-aktar bhala s-sagristija ta’ fejn hemm il-bomba. Din is-sagristija hija fil-bini taghha ezatt bhall-ohra li tkellimna fuqha diga.


Dritt jitfaccaw quddiemna, fuq il-lemin taghna, il-kaxxarizzi kbar li fihom jintrefghu d-damask, il-gandlieri, il-ventartali u xi armar iehor. ‘Il fuq minnhom jidher fin-nofs kurcifiss kbir ta’ l-injam. Dan kien sar ghall-kappellun tal-knisja parrokjali l-qadima fl-1690. Magenbu naraw il-kwadru l-qadim tar-Ruzarju ta’ artist mhux maghruf li kien ukoll fil-kappellun l-iehor, bi dritt dak tal-Kurcifiss fil-Parrocca l-antika.


Fuq in-naha l-ohra jidher il-kwadru tal-Lunzjata  maghdud bhal xoghol ta’ Pasquale Buhagiar. Originarjament kien sar ghall knisja ckejkna ta’ Maria Annunzjata  ta’ Wied is-Sir, li kienet giet ipprofonata  fis-seklu 17 u wara kien sab postu fuq wiehed mill-artali li kellha l-knisja l-qadima. ‘Il fuq minn dawn iz-2 kwadri hemm jistrieh fil-gholi f’nofs il-gwarnicun, il-kwadru tan-Nawfragju ta’ San Pawl. Dan il-kwadru huwa xoghol ta’ Filippo Dingli, hu l-famuz arkitett Tumas Dingli u kien ukoll fuq wiehed mill-artali li kellha l-parrocca l-qadima.


Fl-art fin-nofs wiehed jara mudell sabih tal-gebel tar-Rotunda xoghol ta’ l-iskultur dilettant Mosti Fabrizio Bartolo li kien hadmu fl-1925. Wara l-mewt ta’ Bartolo il-mudell xtrah is-Sur Guzeppi Grech li wara xi snin ghandu rregalah lill-knisja taghna. Fuq kull naha ta’ dan il-mudell hemm iz-2 bankuni tal-Fratellanzi tac-Cintura u ta’ San Guzepp. Mhux ‘il boghod minnhom mal-genb tal-bankun il-kbir tan-nofs hemm dak tar-Ruzarju u fis-sagristija l-ohra taht il-pjanti tal-knisja hemm dak tal-Qalb ta’ Gesu. Huma bankuni ta’ pregju b’xoghol sabih fl-injam u jservu bhala kaxxarizzi fejn jerghu xi affarijiet tad-diversi fratellanzi.


In-naha ta' fejn hemm it-twieqi


Fil-gholi ghan-nofs ta’ din il-faccata  tas-sagristija, sewwa sew bejn iz-2 twieqi li jaghtu ghal barra, nilmhu l-kwadru kbir tal-Madonna tac-Cintura. Originarjament dan tpitter ghar-Rotunda minn Salvatore Barbara fl-1866. Hallas ghalih l-Isqof Agostinjan Gaetano Pace Forno dak li kkonsagra r-Rotunda. Tahtu naraw vettrina tal-hgieg bl-apparat ta’ 5 kapep migjub minn Lyon fi Franza fl-1791. Dan l-apparat baqa jintuza ghall-festa  ta’ Santa Maria sakemm fl-1924 sar dak ta’ 7 kapep irrakmati bid-deheb li ghandna llumm.


Fuq din il-vettrina hemm kwadru ckejken li juri ‘l Santa Roza ta’ Lima. Taht il-vettrina wiehed jara l-ventartal tal-fidda tal-Kappella tal-Madonna tar-Ruzarju. Dan sar fl-1980 fuq id-disinn ta’ l-iskultur Rabti Guze Galea u hadmu l-argentier Zejtuni Tarcisio Cassar. Juri l-battalja ta’ Lepanto biz-2 statwi tal-Papa San Piju V u l-Beatu Alan de La Roche. Sar bit-thabrik ta’ Dun Salv Magro.


Fuq ix-xellug ta' kif inharsu lejn il-kwadru tac-Cintura hemm il-kwadru tal-Madonna tal-Grazzji li darba kien ivvenerat fl-ghar ta’ gol-knisja ta’ San Pawl ta’ Wied il-Ghasel. Dan huwa maghdud bhala xoghol ta’ Alessio Erardi, iben il-famuz Stefano Erardi. Tahtu naraw il-kwadru ta’ San Duminku flimkien ma Sant’Antnin ta’ Padova li kien ivvenerat fuq wiehed mill-artali tal-knisja l-qadima. Tahtu hemm imbaghad kwadru sabih tas-Sagra Familja.


Immorru issa fuq il-lemin tal-kwadru tac-Cintura. Fuqnett hemm il-kwadru li juri l-Madonna bil-Bambin flimkien ma San Karlu Borromeo, ta’ artist mhux maghruf. Tahtu naraw il-kwadru tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej, xoghol ta’ Rokku Buhagiar. Taht dan il-kwadru hemm arlogg li kien sa ftit snin ilu mdendel fis-Sagristija l-ohra qrib il-bieb li jaghti ghall-Kor. Dan jinsab hawn ghax postu hadhulu arlogg antik u ta’ pregju moghti lill-knisja minn Dun Salv Magro.


Isfelnett naraw il-ventartal tal-fidda tal-Kappellun ta’ San Pawl. Juri n-Nawfragju ta’ San Pawl f’Malta u sar fl-1986 fuq id-disinn tal-pittur Zejtuni Tuse Busuttil. Hadmu l-argentier Tarcisio Cassar miz-Zejtun u sar ukoll bit-thabrik ta’ Dun Salv Magro.


Man-naha ta’ fejn hemm il-vara l-kbira


Pitturi li hemm fis-sagristija tal-BombaWhud mill-pitturi li hemm mal-hajt tal-nicca tal-Vara l-Kbira

Nigu issa ghan-naha ta’ fejn in-nicca tal-Vara l-Kbira. Hawn jiddomina l-grupp statwarju stupend tal-Vara l-Kbira, xoghol mill-aqwa ta’ Karlu Darmanin li hadem fl-1869. Id-disinn tal-bieba ta’ din in-nicca kbira ghamlu l-iskultur Mosti Ganni Bonnici filwaqt li hadimha l-imghallem Frangisku Tonna mill-Mosta wkoll. Saret fl-1993 bit-thabrik ta’ Dun Stiefnu Fava eks prokuratur tal-Gimgha l-Kbira.


Taht il-Vara l-Kbira jidher il-bankun famuz ta’ Santa Maria li sar fl-1957 minn gewz Amerikan mill-Imghallem Guzeppi Tonna tar-Rabat u Ganni Agius tal-Mosta. Sar fuq id-disinn tas-Surmast Carmelo Tonna tar-Rabat ta’ Malta u huwa mzejjen b’riljievi u statwetti tal-Professur Ruman Carlo Pisi.


Fuq l-arkatura ta’ din in-nicca hemm jiddomina l-kwadru ovali tal-Qalb ta’ Gesu, kopja fidila ta’ dak ta’ Pompeo Batoni. Fuq il-lemin ta’ l-arkatura jidhru taht xulxin, kwadru ta’ Sant’Andrija, iehor tal-Madonna u l-Bambin jghaffgu s-serpent u iehor tal-Madonna bil-Bambin u San Gwann il-Battista  hdejh. Man-naha tax-xellug hemm taht xulxin il-kwadru ta’ Kristu Salvatur, dak tal-Madonna tar-Ruzarju u l-iehor ta’ San Frangisk. Fuqnett fuq il-gwarnicun fil-gholi hemm il-kwadru originali tal-knisja ta’ Wied il-Ghasel li juri l San Pawl Eremit flimkien ma Sant’Anton Abbati.


L-ahhar faccata


Pitturi li hemm fis-sagristija tal-BombaWhud mill-pitturi li hemm mal-hajt fejn in-nicca tal-Madonna ta' Fatima

Lejn in-nofs ta’ din ir-4 faccata, jidher fil-gholi kwadru ta’ Kristu qed jigi mnizzel mis-sabli xoghol li hu maghdud bhala ta’ Antoine de Favray. Magenbu hemm il-kwadri ta’ Sant’Agata  u Santa Cecilja. Dawn it-3 kwadri, flimkien ma ohrajn, gew moghtijin mill-Familja tal-Markizi Mallia Tabono. Tahthom sewwa, fin-nofs, hemm il-kwadru tal-Pieta li fil-fehma ta’ dawk li jifhmu huwa ta’ mertu artistiku kbir. Dan huwa maghdud bhala xoghol ta’ l-iskola Genoviza tal-bidu tas-Seklu Sbatax u kien gie moghti mill-Familja nobbli Gollcher.


Fuq il-gnub ta’ dan il-kwadru naraw 2 kwadri tawwalin impittrin bi hlewwa kbira mill-imsemmi Rokku Buhagiar. F’wiehed naraw il-Madonna tal-Grazzja flimkien ma l-Erwieh (p.6) tal-Purgatorju u fl-iehor lil San Benedittu flimkien ma San Alwigi Gonzaga. Qrib il-bieb li jaghti ghall-Kor hemm fuq ix-xellug kwadru ckejken b’wicc Kristu Salvatur. Fuq il-lemin ta’ dan il-bieb hemm l-istatwa devota  u wisq sabiha tal-Madonna ta’ Fatima. Din hija xoghol fl-injam ta’ l-iskultur minn Ortisei Bolzano, Ferdinand Stufflesser u mhallsa minn Gannikol Laferla fl-1950.


Pitturi li hemm fis-sagristija tal-BombaWhud mill-pitturi li hemm mal-hajt fuq il-bomba.

Fuq il-lemin tal-bieb rixtellu li jaghti ghall-kuritur, naraw kaxxa antika tal-hgieg. F’nofsha hemm kurcifiss ta’ l-avorju, xoghol tassew fin u ta’ pregju. Jarga dan huwa mzejjen b’xogholijiet ohra fini tal-fidda u ta’ l-avorju u b’minjaturi mill-isbah; rigal iehor lill-knisja tal-Markizi Mallia Tabone.


Nigu fl-ahharnett fuq ix-xellug ta’ l-ahhar faccata  ta’ din is-sagristija. Fuqnett naraw il-kwadru interessanti li juri l-qtil ta’ Abel minn huh Kajjin. Tahtu sewwa jidhru sett ta’ 4 kwadri zghar li juru xeni mit-Testment il-Qadim. Il-5 kwadri msemmija gew moghtijin mill-Familja tal-Markizi Mallia Tabone. Fil-gholi ‘l gewwa mill-kaxxarizzi, jidhru wkoll il-kwadri originali tal-knejjes filjali ta’ Santa Margerita  u ta’ Santa Maria taz-Zejfi.


Il-monument li jinkorpora fih ir-replika tal-bomba storika li nifdet il-koppla tar-Rotunda nhar id-9 ta’ April, 1942, xoghol tal-maghruf skultur Mosti Ganni Bonnici.


Insemmu fl-ahharnett il-bomba storika li tant nies fosthom turisti jidhlu hawn biex jaraw. Din hi biss replika ta’ dik li kienet nifdet il-koppla nhar id-9 t’April 1942. Fuq irhama jidher riljev tal-bronz bir-Rotunda fuqu mharsa mill-protezzjoni materna ta’ l-Assunta, interpretata  hekk tajjeb mill-iskultur maghruf Mosti Ganni Bonnici, xoghol li hadem fl-1992, sewwa sew fl-okkazjoni tal-50 sena minn meta sehhet din il-grajja mirakoluza.


F’nofs is-sagristija, b’linfa mdendla fuqu wkoll, hemm il-bankun kbir li fih jintrefghu l-istandardi tal-fratellanzi, il-prim u s-sekondi u maghhom ukoll it-triehi irrakmati bid-deheb ta’ l-artali li jintramaw fil-festa  ta’ Santa Maria.


Ninzlu fil-Kannierja


Il-parti ta' fejn hemm l-artal fil-kannierjaIl-parti ta' fejn hemm l-artal fil-kannierja.

Mill-bieb li hemm fuq ix-xellug tal-bomba ninzlu mat-tarag li jwassalna sal-kuritur ewlieni tal-kannierja fejn hemm jistriehu l-fdalijiet ta’ tant u tant Mostin. Magenb ir-rixtellu tal-hadid ta’ din il-kannierja dritt niltaqghu ma 2 lapidi tar-rham mill-isbah li darba kienu jzejnu l-oqbra taz-2 fundaturi tar-Rotunda. B’xorti hazina dawn iz-2 lapidi sarithilhom hsara kbira minn meta  sabu ruhhom hawn. Fuqhom naraw l-abbozzi tal-gibs mizbughin mil-lewn il-bronz tal-fundaturi tal-knisja, li kien ghamel l-iskultur Spampinato qabel ma ghamel il-bustijiet taghhom ta’ l-irham li naraw fil-knisja.


Il-kuritur iwassalna sa fejn hemm l-artal tal-gebel. Fuq hemm kwadru zghir tal-Madonna tal-Karmnu li jinsab fi speci ta’ prospettiva ta’ l-irham. Mal-gnub ta’ l-artal, merfughin ‘il fuq mill-art, hemm l-oqbra li kienu fl-imghoddi reservati ghall-qassisin. Wara l-artal ghadu jidher parti mill-hajt tan-naha ta’ wara li kellha l-knisja parrokjali l-qadima. Ghadhom jidhru sewwa l-bazijiet biz-2 pilastri li kien hemm ma dik in-naha tal-knisja ta’ Tumas Dingli.


Min-nofs il-kuritur ewlieni, 2 kurituri ohra jiehdu wiehed lejn il-lemin u l-iehor lejn ix-xellug. Dak tal-lemin jiehu ghal fejn hemm l-oqbra ta’ dik it-taqsima li jigu taht is-sagristija ta’ fejn hemm il-bomba. Hawn niltaqghu ma xbieha ta’ Ecce Homo ta’ l-injam f’kazza sabiha tistrieh fuq mensola. Snin ilu kien ivvenerat fil-Kappella tal-Madonna tac-Cintura u x’aktarx ukoll li kien ivvenerat fil-knisja l-qadima.


Nilmhu wkoll bust tal-gebel ta’ Mastru Ang Gatt li darba kien fil-knisja flok dak li ghandu llum. Il-kuritur tax-xellug jiehu ghal dik it-taqsima fejn hemm l-oqbra li jigu taht is-sagristija ta’ fejn jilbsu l-qassisin. Taqsima ohra ta’ oqbra tinsab bejn wiehed u iehor taht fejn tigi l-kappella tar-Ruzarju u xi mkien taht in-naha tal-Kappella tas-Salib hemm il-kamra tal-katavri. Id-dfin f’din il-kannierja spicca b’ordni tal-Gvern f’Marzu ta’ l-1974.


Hawn fil-qiegh tal-kannierja u qrib il-pedamenti tar-Rotunda qrib ukoll tal-fdalijiet ta’ tant Mostin li hadmu biex bnew u zejnu l-knisja taghna, nieqfu ftit mid-dawra taghna u mill-qalb nitolbu ‘l-Mulej ghalihom.


Riferenzi

  1. Storja ta’ Malta, P.P. Castagna 1869.
  2. Musta - Its memories and Charms, Rev. Edgar W Salamone – 1910.
  3. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha, E.B.Vella – 1930
  4. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha migbura minn E.B.Vella u ohrajn – 1972.
  5. Is-sagristijiet tar-Rotunda – X’insibu u x’naraw fihom – Joseph Borg – (i) Il-Mosta – April/Awissu 1992 – Nru. 148, (ii) Il-Mosta – Settembru/Dicembru 1992 – Nru.149.
  6. Socjeta  Filarmonika Nicolo Isouard Mosta, Festa  Santa Maria 2002, Fabrizio Bartolo skultur Mosti, Louis Vassallo
  7. Hajr ukoll lil Dun Salv Magro ta’ xi taghrif li gabar mill-Arkivju tal-Knisja Arcipretali u li ghogbu jghaddili matul is-snin.