Drawwiet Marjani tal-poplu Taghna
mill-Kav. Rafel Bonnici Cali
Il-Mosta: Lulju – Awissu 1985
(p.5) Billi nhar il-Lunzjata, 24 ta' Marzu 1983 tas-Sena Gubilari l-Papa gedded il-Konsagrazzjoni tad-Dinja lill-Madonna u l-Arcisqof taghna Mons. Guzeppi Mercieca kkonsagra lil Malta wkoll lill-Madonna skond l-istess xewqa tal-Papa maghruf ghall-imhabba kbira li ghandu lejn l-Omm ta' Alla u taghna, rajt li jixraq nigbor fil-qosor drawwiet taghna l-Maltin u Ghawdxin, drawwiet li tnisslu mill-imhabba li ahna ghandna lejn din l-Omm taghna tas-Sema.
Inghid drawwiet imhallta u mhux devozzjonijiet ufficjali billi dawn dahlu fostna mhux b'taghlim tal-Knisja imma biss bhala drawwiet imsawra mill-poplu li ghamel minnhom qishom Folklor Religjuz, bhalma huma z-zjarat tas-Seba' Santa Marijiet bil-mixi lejliet il-festa ta' Santa Marija Assunta f'nofs ix-xahar ta' Awissu.
Ukoll bl-isem wahdu ta' Santa Marija ahna nifhmu l-Assunzjoni tal-Madonna, titlu li ghandu bosta knejjes, fosthom tmien Parrocci f'Malta, il-Katidral t'Ghawdex u l-parrocca taz-Zebbug tal-gzira qariba taghna. Barra dawn ghandna l-akbar ghadd ta' knejjes zghar imzejnin b'dan it-titlu ta' l-Assunta u dan it-tixrid tat-titlu bilfors gie mill-imhabba taghna lejn dan il-Misterju Marjan li aktarx sehh fl-istess zmien li Malta laqghet lil San Pawl fi hdanha dwar 60 sena wara t-twelid ta' Gesu Kristu.
Pellegrinagg
Jidher li d-drawwa tas-Seba' Knejjes parrokjali ta' Santa Marija Assunta trawmet fis-Seklu 17 meta l-parrocca ta' Had Dingli giet moghtija t-titlu parrokjali fl-1678, titlu li kienet tilfet xi snin qabel. Il-knejjes taz-zjarat ta' Santa Marija kienu dawk tal-Gudja (1436), ta' H'Attard (1575), ta' l-Imqabba (1598), tal-Mosta (1608), tal-Qrendi (1618), ta' Hal Ghaxaq (1626), u ta' Had Dingli (1678). B'danakollu aktarx li qabel is-Seklu 17 kienu jsiru zjarat fl-ewwel santwarji Marjanni tal-Katidral, tal-Mellieha u tal-Birgu, it-tlieta li kienu dedikati lill-Madonna Omm Alla u li maz-zmien bidlu t-titlu ewlieni taghhom biex saru San Pawl, il-Vitorja u San Lawrenz. L-ideja kienet li l-mixja kienet taqsam it-tul ta' Malta kollha, dwar sbatax-il mil, kif ghadha tiehu d-drawwa tas-Seba' Santa Marijiet illum bit-triqat imserpin lejn l-irhula.
Dawn iz-zjarat bil-mixi fit-tul kienu ta' tbatija kbira billi kienu jsiru lejlet Santa Marija, jum ta' sawm obbligat mill-Knisja u, biex titnaqqas it-tbatija, il-mixja kienet issir bil-lejl minhabba s-shana tas-Sajf fl-eqqel tieghu. Kont tara qtajja qtajja ta' rgiel, warajhom il-qtajja tan-nisa taghhom u zaghzagh uliedhom ilkoll hafjin u bi hwejjighom mimlija bit-trab li jittajjar mit-triqat bla kisi tal-qatran li ghandna llum. U malli jaslu hdejn il-knisja, aktarx jieqfu biex jixorbu mill-giebja li kull knisja kellha magenbha, waqt li z-zaghzagh kienu wkoll jaqbzu go xi ghalqa biex itaffu l-guh li jaqbadhom bil-frott wara nofs il-lejl, meta tispicca s-sawma. U aktarx ukoll jaslu ghajjenin id-dar mas-sebh, kuntenti ghax ghamlu bravura li mxew dik it-triq twila u tassew kienet bravura ghax fiha kedda. Jien li noqghod Hal Tarxien kont nisma' t-thaxwix tas-saqajn ta' dawn in-nies devoti matul il-lejl kollu. Kont ukoll tara fi ckuniti lil dawn id-devoti jsellmu meta jghaddu minn quddiem il-knisja tal-Assunta li ghandna fir-rahal, knisja zghira li tkun mixghula bil-lampjuni u fjakkli l-lejl kollu u mzejna bil-bandieri tradizzjonali nofshom bojod u nofshom kohol, l-ilwien tal-Madonna li minnhom ghadna naraw f'bosta rhula fil-festi tal-Madonna mhux biss fejn il-knejjes jissejhu tal-Assunta imma kulfejn il-knisja ggib titlu Marjan.
Bnadar
Din il-bandiera ghandha valur storiku u folkloristiku ghax imsawra mill-poplu f'gieh il-Madonna. U barra dan, tmur wisq tajjeb meta tigi msiehba mal-bandieri ta' Malta u tal-Papa ghax bhalhom ghandha sens armonjuz, semplici u xieraq.
Bandiera ohra wzata hafna ghall-festi tal-Madonna f'bosta rhula bhal Hal Tarxien hija bajda mdawra bil-bordura kahla u bit-tpingija tal-ittri emme (M), li hija simbolu tal-isem Marija, go nofs l-art bajda, waqt li xi drabi fiha jkun hemm ukoll gilju u xi ornamenti ohra madwar l-ittra M. Dawn l-ilwien bojod u kohol bhala simbolu tal-Madonna sabu konferma fid-dehra ta' Lourdes lill-Vergni Marija liebsa b'libsa bajda u faxxa kahla ma' qaddha.
Drawwiet
Drawwa ohra Marjana hija li missirijietna kienu jerfghu bajda friska nhar il-Lunzjata fuq xkaffa fid-dar u wara sena din kienet issir balzmu, bhal ingwent tajjeb, biex jitfejqu feriti ta' kull ghamla, imsejjah "Balzmu tal-Madonna." Go Ghawdex kien hemm ukoll id-drawwa li f'nhar il-Lunzjata n-nies kienu jqattghu l-jum fi gnien madwar il-knisja mhaffra fil-blat u hemm izuru l-knisja, jisimghu l-quddies, ghax sa l-1910 il-Lunzjata kienet festa kmandata. Kienet ukoll drawwa li f'nofsinhar in-nies jintasbu fl-art waqt li ragel devot kien joqghod jippriedka fuq il-Madonna fuq ic-cint taz-zuntier tal-knisja msemmija. Hemm ukoll kienu jieklu ftajjar, qassatat u ikel iehor li jgibu maghhom, kif kienu jaghmlu l-Maltin fil-festa ta' San Girgor f'Marsaxlokk.
Drawwa ohra li tixbah lil din li semmejna kienet iz-zjara lill-Madonna tal-Grazzja f'Haz Zabbar, fl-ewwel Hadd ta' fuq il-Karnival, bi tpattija tal-bluhat li kienu jsiru minn dawk li jilbsu ta' maskerati jew jiehdu sehem fiz-zfin u d-daqq matul dawk it-tlett ijiem ta' xalar. Dawn iz-zjajjar ta' Haz Zabbar kienu jsiru wara nofsinhar u kien ikun hemm bosta mwejjed bil-fniek u tjur u ikel iehor qrib is-santwarju lest ghal min irid jixtri. Din id-drawwa lejn l-1920 giet imdawra f'pellegrinagg organizzat mill-istess kappillan tas-santwarju u, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-kappillan Dun Guzepp Zarb zied karrijiet armati b'suggetti religjuzi, artistici u storici, li ghandhom l-ghan li jqanqlu d-devozzjoni lejn il-Madonna. Din id-devozzjoni hadet l-isem ta' Hadd in-Nies ghax fih ma kenux isiru festi billi jahbat ir-Randan, imma ghal Haz Zabbar kienet (p.6) qisha l-festa tal-Madonna tal-Grazzja li ghaliha jigu hafna nies; ghalhekk l-isem ta' Hadd in-Nies.
Ir-randan kien irid is-sawm u l-astinenza mil-laham ghal tul erbghin jum, imma fil-festa tad-Duluri bosta nies kienu jsumu hobz u ilma biss. Il-hobz kienu jridu jittalbuh mill-barranin. Kienu jittalbu minghand sebgha min-nies biss u, ghalhekk kienu jghidulha “Is-sawma tas-Seba' Bukkuni” f'gieh is-Seba' Duluri li garrbet il-Madonna. Niftakar lil Ommi tmur tittallab is-seba' bukkuni u ssum b'devozzjoni kbira.
Daz-zmien ftit ghadek tisma' b'dan is-sawm tad-Duluri, imma d-Duluri baqghet tigbor mijiet u eluf ta' nies li jikkumpanjaw il-vara taghha fil-purcissjoni, uhud minnhom hafjin bhala penitenza jew ghax kellhom weghda u qalghu xi grazzja ghat-talb tal-Madonna.
Trabi
L-ommijiet ilhom sa minn zmien wisq bikri joffru lit-trabi taghhom lill-Madonna f'gheluq l-erbghin jum mit-twelid taghhom, cerimonja maghrufa mill-Knisja b'tifkira tal-Prezentazzjoni ta' Gesu Tarbija fit-Tempju. Is-sacerdot kien u ghadu jaghmel talb specjali fuq it-tarbija waqt li l-ommijiet joffrulu xemgha jew xi rigal iehor b'tifkira tal-par bciecen li offra San Guzepp waqt il-Prezentazzjoni tal-Bambin fit-Tempju.
Hobz Imbierek
Go Ghawdex, imbaghad, insibu d-drawwa tal-hobz imbierek taht ghamla jew ohra; imma l-isbah drawwa hija dik tar-rahal taz-Zebbug, fejn fil-festa tal-Isem ta' Marija l-Kappillan iqassam bhal domna mahduma mill-hobz jissejhu "ghazziela" u jinhadmu mix-xebbiet biss li jahdmu fil-hajt jew jaghzlu t-tajjar, ghalhekk "ghazziela." Dawn id-domni tal-hobz jintrefghu mill-poplu fid-djar bhala protezzjoni konta hsarat fil-familja u fid-dar, bhal harsien kontra xi disgrazzja, kif ukoll jittieklu b'sens religjuz.
Marija
Imma l-akbar imhabba tal-Maltin lejn il-Madonna tidher fil-kotra ta' l-ismijiet “Marija” moghti lit-tfal bniet, isem tassew sabih u mxerred f'kull familja ta' Malta u Ghawdex.
Ir-rabta taghna mal-Madonna tidher ukoll bix-xbihat taghha li naraw mahduma fil-gebla Maltija fin-nicec fuq il-bini tad-djar u fit-triqat fuq pedistalli gholjin fil-pjazez u sahansitra qalb l-eghlieqi. Dawn ix-xbihat saru famuzi bhal-Lunzjata f'Tal-Barrani, Hal Tarxien, il-Madonna tar-Rummiena f'Hal Balzan, il-Madonna ta' Lourdes f'Rahal il-Gdid u bosta ohrajn fit-triqat tat-traffiku kbir fejn naraw lill-irgiel isellmu billi jaqilghu l-beritta jew il-kappell meta jghaddu minn quddiemhom, waqt li n-nisa wkoll isellmu billi iharsu b'harsa ta' fidi u jlissnu xi Ave Marija jew Salve Regina go qalbhom.
U kemm huma drawwiet sbieh li sawwar il-poplu u zied mad-devozzjonijiet Marjani li ghamlet il-Knisja bhalma huma x-xema' tal-kandlora, it-tliet Ave Marijiet tat-Tmienja, Nofsinhar u ta' Nzul ix-Xemx!
Ruzarju
Sa ftit snin ilu ma kontx issib dar Maltija li fiha ma kienx hemm xkaffa tal-Madonna bil-Bambin Gesu u lampa jew musbieh jixghel quddiemhom, kif ukoll xi vazett bil-ward. Ukoll fil-hwienet kont issib xbieha tal-Madonna bid-dawl quddiemha. Drawwa ohra kienet li fis-Sajf il-girien kienu jghidu r-Ruzarju waqt li joqghodu ftit ghall-frisk fuq l-ghatba tad-dar taghhom. Din id-devozzjoni kienet fl-aqwa taghha f'Birkirkara.
Niftakar ukoll bosta rgiel bil-kuruna tar-Ruzarju jew bil-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu go ghonqhom sahansitra waqt ix-xoghol. U xi nghidu ghal dawk l-irgiel antiki li x'uhud minnhom pingew bil-labar Labtu jew kuruna jew l-ittra M fuq sidirhom jew dirghajhom biex zgur ikollhom xi haga devozzjonali fuq gisimhom?
Xbihat
Illum ghandna drawwa ohra wisq isbah minn din it-tpingija bil-labar fuq il-gisem: illum ghandna x-xbihat tal-Madonna mwahhlin magenb il-bibien tad-djar taghna. Naturalment din id-drawwa hija l-eku tal-helsien li qala' l-poplu Lhudi meta l-anglu ta' Alla ma dahalx biex jeqred l-iben il-kbir tal-familji li cappsu l-bieb tad-dar bid-demm tal-Haruf tal-Ghid. Iz-zmien ighaddi u d-drawwiet ukoll jinbidlu, imma dejjem insibu li l-ideja tibqa' hemm kif kienet fl-antik.
Dan narawh billi z-zjarat tas-Seba' Santa Marijiet li dari kienu jsiru bil-motorcars bi nhar kif naraw fil-Mosta fejn it-triqat ikunu mahnuqa bil-karozzi taz-zjarat.
Weghdi
Fl-ahharnett ghandna l-weghdi ta' l-ommijiet li jitolbu lill-Madona tal-Hlas biex tghinhom halli jkollhom tarbija u hlas bis-sliem, kif ukoll jaghmlu weghdiet ghall-fejqan tat-trabi taghhom meta dawn jimirdu. Fost dawn il-weghdi l-aktar wahda folkolorista hija dik li l-omm taghti libsa ta' tarbija lill-Bambin f'dirghajn l-istatwi tal-Madonna bhall-istatwa fil-Ghar tal-Madonna tal-Mellieha u xbihat ohra fis-santwarji Marjani ta' Malta u Ghawdex.
Fi gzira Kattolika bhal Malta ma setax jonqos li l-Madonna ma nhossuhiex tghix maghna, mhux biss fil-knejjes taghna imma wkoll fi djarna l-hin kollu.
Inselli ghall-Editur u l-qarrejja kollha ta' Il-Mosta.