The Mosta Archives Banner

Dun Alfred lahaq Kappillan

minn Dun Ang Camilleri


Il-Mosta: Novembru – Dicembru 1985


Dun Alfred Camilleri, Mosta Dun Alfred Camilleri

(p.2) L-Arcisqof ghogbu jahtar lil Dun Alfred Camilleri bhala Kappillan tal-Mellieha. Il-Parrocca taghna, filwaqt li tifrah, ser thoss in-nuqqas tieghu meta nafu kif kien moghti b’ruhu u gismu ghall-Oratorju tal-Bniet Marija Immakulata.


Dun Alfred, flimkien ma’ Mons. Dun Salv Sammut, sebbah u rranga l-lokal biex il-bniet u t-tfajliet ikollhom post ta’ taghlim u rikrejazzjoni xierqa ghalihom.


Id-duttrina, il-gruppi ta’ talb, l-istudenti bniet, u fuq kollox, il-kor Shalom, li ha isem ma Malta kollha, huma frott il-hidma tieghu, barra d-diversi attivitajiet li kien johloq matul is-sena, bhalma huma pageants u recitals.


Dun Alfred kien ukoll Direttur ta’ l-Abbatini. Barra l-hidma sacerdotali tieghu fil-Mosta kien ukoll ta’ servizz fil-Kurja, il-Furjana.


Dun Alfred twieled fl-1 ta’ Novembru, 1948, studja fl-Universita ta’ Malta mnejn ha l-gradi ta’ B.A. u Lic.D. fit-Tejologija, u lahaq sacerdot fl-1974


Nawgurawlu hafna snin ta’ hidma u success fil-qasam gdid li afdalu l-Mulej u nifirhu lill-familja tieghu.