Dun Ang Camilleri - 25 sena sacerdot
Il-Mosta: Lulju - Awissu 1980
(p.6) Twieled fl-20 ta' Gunju 1930.
L-Ewwel Tqarbina u Grizma tal-Isqof fl-1938.
Studja fl-Iskola Primarja tal-Gvern tal-Mosta u kompla l-iskola sekondarja ghand il-Freres fi Stella Maris College, Gzira.
Studja ghal sacerdot fis-Seminarju, il-Furjana, u gie ordnat sacerdot fis-7 t'Awissu, 1955 fil-Kon-Katidral ta' San Gwann mill-Isqof Emmanuel Galea.
Mill-1955-1966 ghallem fil-Kulleggi tal-Freres De La Salle (Cottonera) u Stella Maris (Gzira). Mis-6 ta' Dicembru, 1966, Direttur Spiritwali fl-iskejjel governattivi.
Xoghol fil-Mosta
Rettur tal-Knisja tal-Bidnija: 1955 - 1963.
Direttur tal-Oratorju "Qalb ta' Gesu" minn Mejju, 1956. Assistent Ekklezjastiku tal-Azzjoni Kattolika, Guvintur. Waqqaf il-Kor Santa Cecilja u l-Ghaqda tal-Istudenti (1958) u f'April 1965 bl-ghajnuna ta' hafna harget l-ewwel gazzetta IL-MOSTA.
Dun Angelo Camilleri jirringrazzja lil Alla u lill-Madonna tal-ghajnuna li dejjem tawh u jirringrazzja lill-Mostin u lil tant ohrajn tax-xoghol li wettqu mieghu.
Jistieden lil kulhadd ghall-Quddiesa ta' Ringrazzjament li ser jaghmel il-Hadd, 10 t'Awissu, fl-10:00a.m. u ghal AT HOME it-Tnejn, 11 t'Awissu, mill-5:00p.m. 'il quddiem.
AD MULTOS ANNOS