The Mosta Archives Banner

Il-Mostin isellmu lil Dun Ang Dingli


Il-Mosta: Mejju – Gunju 1984


Dun Ang Dingli, Mosta Dun Ang Dingli

(p.5) Meta ghall-habta tas-7:30am tal-Gimgha, 6 ta' April 1984, it-tokki tar-Rotunda daqqew sollennament il-mota funebri, il-Mostin kollha ftakru f'dik il-figura dejjem liebsa s-suttana tigri f'kull hin, sajf u xitwa, fit-triqat tal-Mosta biex twettaq il-missjoni pastorali li Alla ghogbu jsejhilha ghaliha. Kulhadd kien kelma wahda li l-Mosta tilfet sacerdot dedikat.


Certifikat sabih u mportanti nghata minn Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca dakinhar stess filghaxija meta, fi tmiem l-omelija li ghamel fil-quddiesa li saret wara l-pellegrinagg li sar fil-Mosta ghall-parrocci tad-dekanat taghna, stqarr: “Inghid biss li l-Mostin kollha kienu jhobbu lil Dun Ang u Dun Ang kien ihobb lil kulhadd.” Mons. Arcisqof qal li, ighaddi x'hin ighaddi mill-Mosta, lil Dun Ang Dingli kien jarah dejjem ghaddej bis-Sagrament biex iqarben lin-nies f'darhom.


Omagg iehor, barra dak tal-bnadar mezz'asta li drajna naraw f'cirkustanzi simili, inghata fi tmiem il-quddiesa ta' Mons. Arcisqof x'hin hafna fidili ngabru hdejn is-sagga tieghu hekk kif tqieghdu fuqha u quddiemha ritratt tieghu u bukkett fjuri rispettivament. Kien sinjal ta' rispett f'waqtu ghax is-sagga ta' Dun Ang Dingli bejn l-Altar tas-Salib u l-Altar ta' San Guzepp kienet it-tieni dar tieghu, sagga li fiha kuljum ghal tant snin ta' sacerdozju li Alla ghogbu jisilfu kien iqatta' sighat twal iqarar u jikkonforta.


Virtu kbira ohra li kellu Dun Ang Dingli kienet il-perseveranza li jqarben waqt kull quddiesa. Niftakruh iqarar lill-irgiel ukoll fis-sagristija; johrog jivvjatika lill-moribondi u jishar maghhom – fiz-zmien kien jorqod bil-lejl ghandhom biex jassistihom il-hin kollu – u jqarben lill-anzjani fi djarhom; jaghti l-Barka Sagramentali kuljum; imexxi l-ghasar fil-festi u jgorr l-ostensorju bir-relikwija jew l-isfera bl-Ostja Divina waqt il-purcissjonijiet. Min jaf kemm Mostin tghammdu minnu? Ghal bosta snin kien prokuratur ta' ghadd ta' festi. Tabilhaqq rekord ezaltanti meta tqis il-pass kostanti li baqa' jzomm fl-eta tieghu u d-diffikulta tal-vizta ta' ghajnejh!


Ix-xoghol ta' Vici-Parrokku dam jaghmlu ghal tlieta u tletin sena sa l-1974 meta Mons. Arcisqof Gonzi hass li kellu jtaffilu l-piz. B'danakollu Dun Ang ma kienx jaf b'mistrieh u baqa' jahdem sa l-ahhar.


Kienet haga minn ewl id-dinja li, meta korra, il-parruccani li kienu jinqdew bih instarmu u l-Ufficju Parrokjali kellu javza biex il-qraba tal-morda u l-anzjani jmorru jiktbuhom halli jsiru arrangament godda.


Irridu nsemmu wkoll apostolat iehor, x'aktarx mohbi, ta' Dun Ang Dingli. Peress li kien qatta' xi zmien l-Awstralja meta kien zghir, kien ifiehem tajjeb lil dawk li jitkellmu l-ilsien Ingliz u kienu hafna l-barranin li hadu t-taghlim tal-fidi Kattolika minghandu u tghammdu.


Cimiterji fil-Mosta, tallum u l-antikIl-Monument ghaddej mit-toroq tal-Mosta. Fuq quddiem jidhru z-zewg ahwa Qassisin Dun Karm u l-imsemmi Dun Ang Dingli

Il-festi tal-Gimgha l-Kbira, li kienu jzidulu x-xoghol ga strenwanti li kellu, din is-sena gaghluna nhossu n-nuqqas tieghu. Sas-sena li ghaddiet kien ghadu jilbes kappa mal-Monument.


Minn fuq is-sodda tat-tbatijiet tieghu, fid-Dar tal-Kleru fi Fleur de Lys, mugugh kif kien, baqa' jaqdi sa l-ahhar tant li bosta fost il-kotra kbira ta' Mostin li kienu jmorru jzuruh kienu jigu jghidu li kien jistaqsihom ridux iqerru.


Nhar is-Sibt, 7 ta' April gie mehud mid-Dar tal-Kleru ghall-knisja ta' San Anard u minn hemm sarlu funeral kbir ghall-knisja arcipretali, fejn saret koncelebrazzjoni immexxija mill-Arcipriet u ghadd sabih ta' sacerdoti. Wara ndifen fic-cimiterju tal-Mosta fil-qabar tal-familja.


Ahna certi li isem Dun Ang Dingli ma jintesa qatt u li l-Mostin kollha jghidulu grazzi. Nhar il-Hamis ix-Xirka, 19 ta' April, l-Arcipriet Dun Joe Carabott, hu u jfakkar fl-omelija tieghu t-twaqqif tas-sacerdozju Kattoliku, hass  li kellu igib b'ezempju lil Dun Ang Dingli u qal li jalla s-sacerdozju Malti jkollu aktar sacerdoti bhalu li sa l-ahhar jibqghu jaqdu lill-fidili.


Mulej, aghtih il-mistrieh ta' dejjem.


Dun Ang Dingli twieled il-Mosta nhar l-14 ta' Settembru 1908 u fi ckunitu u zghozitu qatta' xi zmien l-Awstralja bhala emigrant flimkien mal-familja tieghu. Studja ghal sacerdot fis-Seminarju t'Ghawdex u gie ordnat minn Mons. Isqof (wara Arcisqof) Mikiel Gonzi fil-Kon-Katidral ta' San Gwann, il-Belt, fit-18 ta' April, 1940. Qaddes l-ewwel quddiesa solenni tieghu fit-30 ta' Gunju. F'nofsha sar attakk mill-ajru u l-bombi waqghu ftit ‘l isfel min-Naxxar. Hekk kif spiccat sar attakk iehor. Fl-1965 fakkar il-25 sena mill-ordinazzjoni sacerdotali tieghu. Kien hu l-mibki Dun Charles Dingli.