Il-Kanonku Dun Pawl Calleja (1909-1995): F’gheluq id-90 sena minn twelidu
minn Ivan Scerri
Il-Mosta: Settembru – Dicembru 1999
(p.19) Dun Pawl Calleja twieled il-Mosta fis-6 ta’ Lulju 1909 minn Vincenzo u Marianna Mercieca.
Beda t-taghlim tieghu fl-iskola primarja tal-Mosta. Wara dahal is-Seminarju, il-Furjana u kompla l-istudji sekondarji tieghu.
Fl-1929 mar l-Italja biex ikompli l-istudji fil-filosofija u t-teologija fis-seminarju regjonali ta’ Livorna. Gie ordnat sacerdot fis-seminarju stess ta’ Livorno mill-Isqof Giovanni Piccioni nhar l-10 ta’ Marzu 1933.
Wara li gie Malta Dun Pawl beda l-hidma fil-kurja ta’ l-Arcisqof.
Matul is-sittin sena ta’ sacerdozju Dun Pawl wettaq diversi hidmiet ta’ appostolat kemm fil-parrocca tal-Mosta kif ukoll barra minnha. Bejn Lulju u Settembru 1937, waqt li kien ghal btala, qaghad bhala Kappillan fil-parrocca ta’ San Guzepp f’Livornao l-Italja.
Kien vici parroku f’Hal Balzan. Ghal xi zmien kien ghalliem tat-Taljan u r-Religjon fil-Kullegg ta’ San Alwigi f’Birkirkara. Wettaq appostolat fl-approved school, kien membru tal-missjoni z-zghira, direttur spiritwali fl-iskejjel primarji tal-Gvern, Direttur ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, Scout Chaplain tal-Mosta Boy Scouts, Kappillan tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Assistent Ekklezjastiku ta’ l-Azzjoni Kattolika tal-Guvintur u ta’ l-Irgiel, membru fl-ewwel kumitat distretwali tal-Malta Playing Fields Association of Mosta.
Fl-1945 Dun Pawl lahaq vicegendarju tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu f’San Pawl il-Bahar u dam sal-1978 meta nhatar kanonku onorarju tal-kollegjata ta’ San Pawl tar-Rabat.
Bejn l-1947 u l-1948 Dun Pawl inhatar vigarju kurat tal-parrocca tal-Mosta fi zmien l-Arcipriet Dun Karm Sciberras li kien intlaqat minn marda u ma setghat ikompli jmexxi l-parrocca taghna.
F’dak iz-zmien kienet ilha tinhass il-htiega li jsir restawr ta’ l-istatwa titulari ta’ Santa Marija. Kienet ittiehdet decizjoni li l-istatwa l-qadima tinbidel f’ohra gdida. Ghal dan ix-xoghol gie inkarigat l-iskultur Censu Apap.
Bhala vigarju kurat, dakinhar ta’ l-inawgurazzjoni ta’ l-istatwa l-gdida ta’ Santa Marija, il-Hadd 8 ta’ Awissu 1948, Dun Pawl kellu x-xorti li jpoggi stellarju gdid tad-deheb migbur minn fost il-poplu Mosti fuq ras l-Assunta. Sa ftit xhur qabel il-mewt tieghu, Dun Pawl baqa’ jaghti s-servizz sacerdotali tieghu billi kien iqaddes ghand is-sorijiet Agostinjani u Frangiskani.
L-ahhar erba’ xhur ta’ hajtu Dun Pawl Calleja kien irtirat fid-Dar tal-Kleru fejn miet il-Gimgha 2 ta’ Gunju 1995 fl-ghomor ta’ 86 sena. Jinsab midfun fil-qabar tal-familja fic-cimiterju tal-parrocca tal-Mosta.