The Mosta Archives Banner

Dun Salv Magro, sittin sena sacerdot

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Harga Nru. 1 (2006) Format Gdid


Dun Salv Magro libes is-suttana u l-kappell Dun Salv Magro, bis-suttana u l-kappell tal-qassisin meta llum rari tara qassis bis-suttana, ahseb u ara bil-kappell – f’Malta Dun Salv biss ghadu jilbsu.

Victor: (p.56) Dun Salv, nifirhulek ghal dan l-anniversarju hekk sabih. Tista’ tghidilna xi haga dwarek?


Dun Salv: Jiena twelidt il-Mosta fis-16 ta’ April 1920. Il-genituri tieghi kienu Vincenzo u Carmela nee Vella. Jiena hadt l-ewwel edukazzjoni tieghi fl-iskola primarja tal-Mosta. Fl-1 ta’ Ottubru 1932 dhalt is-Seminarju Arciveskovili minn fejn hrigt fil-11 ta’ Awissu 1946, meta gejt ordnat sacerdot. Jien ilbist is-suttana l-ewwel darba fit-8 ta’ Dicembru 1939. Jien ccelebrajt il-Prima Messa fil-25 ta’ Awissu 1946.


Missieri kien ibati hafna ghax kien jahdem fil-barriera tal-qawwi fl-Iklin. Iz-ziju Guzeppi kien bidwi u kellu karrettun kbir u li kien ikun migbud minn baghal kbir. Dawn kien izommhom f’remissa fi Triq il-Kungress Ewkaristiku, fejn ftit ilu kien hemm hanut tal-haxix u llum hemm hanut tar-ritratti.


Victor: Int kont prokuratur tal-Fratellanzi tar-Ruzarju u tac-Cintura. Tista’ taghtina xi taghrif dwar il-fratellanzi fil-Mosta?


Dun Salv: Hawn sitt fratellanzi fil-Mosta, izda n-numru ta’ fratelli naqas hafna. Dawn huma l-fratellanzi bil-kuluri ta’ l-istandarti taghhom: tas-Sagrament – ahmar; tar-Ruzarju – abjad; tac-Cintura – vjola; ta’ San Guzepp – celesti; tal-Qalb ta’ Gesu – ajbad; u tad-Duluri – vjola.


Victor: Int kont prokuratur ukoll ta’ l-artali u tal-fondazzjonijiet tal-quddies. X’kien ifisser dan?


Dun Salv: Jien kont niehu hsieb diversi festi, quddies u anke ezercizzi spiritwali.


Victor: Xahar wara li gejt ordnat sacerdot gejt mahtur bhala prokuratur generali tal-knisja arcipretali tal-Mosta. Int domt f’din il-kariga ghal dsatax-il sena. Tista’ ssemilna xi whud mix-xoghlijiet li saru f’dawn is-snin?


Dun Salv: Wara li l-bomba Germaniza kienet nifdet il-koppla u saru t-tiswijiet mehtiega, kienet saret hsara strutturali li kien difficli biex din tissewwa. Minhabba f’hekk kien qed jidhol xi ilma tax-xita mill-koppla, li minhabba fih kien qed jigri hafna hsara fl-induratura u z-zebgha tal-koppla. Ghalhekk hsibna biex niksu l-parti tal-koppla fejn hemm disinn bil-weraq b’qoxra tar-ram ahmar. Biz-zmien u bit-temp, dan gralu bhal bronz u nbidel f’kulur ahdar. Ix-xoghol sar fl-1960 mid-ditta Ingliza Fredrick Braby b’nefqa ta’ kwazi £6,000. In-nies kien ilhom jixtiequ li jsir id-damask ghal zmien il-Festa fil-knisja. Bdejna nigbru ghalih fl-1950, u konna nigbru bieb bieb. Niftakar li waqt li konna nigbru, missieri kien ma jiflahx hafna u ghamilnielu l-Grizma tal-Morda. Dan id-damask sabih ta dehra wisq sabiha lir-Rotunda fi zmien il-festa titulari u kien lest fl-1952 u kien sar bi spiza ta’ madwar £6,000.


Il-paviment bl-irham fl-entraturaIl-paviment ta' l-irham, fl-entratura tal-genb tar-Rotunda li sar fl-1958 u li thallas minn Dun Salv.

Jien ghamilt iz-zokklatura bl-irham f’erba’ kappelli li kienu ta’ San Guzepp, ta’ San Bastjan, (p.57) tac-Cintura u ta’ San Pawl. Il-kappelli tar-Ruzarju u tas-Salib kienu diga lesti qabel. Jiena ksejt ukoll iz-zokklatura bl-irham tal-bieb principali. Saru wkoll il-pavimenti bl-irham taz-zewg entraturi jigifieri tad-Duluri u ta’ San Guzepp. Jiena hallast personalment il-paviment bl-irham fl-entratura tan-naha ta’ San Guzepp u Frangisk Scicluna hallas dak tan-naha tad-Duluri. Saret l-iskultura u l-induratura tal-koppletti ta’ l-entratura fil-gnub tal-faccata. L-iskultura saret mill-iskultur Mosti Ganni Bonnici, meta kien ghad kellu biss sittax-il sena.


Victor: Int irsistejt hafna biex saru diversi opri, sabiex ikomplu jsebbhu l-knisja waqt il-festa titulari. Tista’ tghidilna aktar?


Dun Salv: Jien irsistejt hafna biex sar il-bankun il-gdid ghal taht l-istatwa titulari. Fil-bidu kellna xi problemi mal-Kurja dwar id-disinn, izda wara ftit dawn gew solvuti. Id-disinn sar mis-Sur Carmelo Tonna mir-Rabat (Malta). Il-bankun inhadem mill-gewz amerikan. L-iskultur Taljan Carlo Pisi minn Ruma hadem ix-xoghol ta’ l-iskultura fil-bronz, li kompla sebbah dan ix-xoghol. Dan il-bankun gdid tbierek mill-Arcipriet Dun Pawl Galea nhar il-Hadd 11 ta’ Awissu 1957, u kien sewa ma l-£4,000. Barra minn hekk saru wkoll zewg ventartali godda tal-fidda ghall-artali tar-Ruzarju u ta’ San Pawl. Dawn saru mill-argentier Zejtuni, is-Sur Tarcisio Cassar. Jien kont qabbadt lil dan Tarcisio biex jiksi bil-fidda l-kapsula tas-Sepulkru li kienet ta’ l-injam. Saru erba’ triehi tal-bellus ahmar, b’disinn tar-rakkmu bid-deheb biex jintuzaw matul il-festa. Saret wahda ghall-artal maggur u tlieta ohra ghall-artali tar-Ruzarju, tac-Cintura, u ta’ San Pawl. Jiena hallast minn buti t-terha ghall-artal tac-Cintura. Saru wkoll zewg tumicelli tal-lamina bajda biex jintuzaw mid-djaknu u mis-suddjaknu fi zmien il-festa. Hawn nixtieq nghid li dawn l-opri kollha ma kinux isiru minghajr il-kooperazzjoni u t-thabrik ta’ l-Arcipriet Dun Pawl Galea.


Victor: Dun Salv, int ilek tiehu hsieb il-Kappella ta’ Sant’Anton Abbati, ghal aktar minn sittin sena, ghax kont diga tiehu hsiebha qabel ma qaddist. Ghidilna aktar.


Dun Salv: Iva, ili zmien twil niehu hsieb din il-kappella, u tul dawn is-snin kollha kelli ghajnuna kbira minn Frangisk Tonna. ‘Fre’ kif inhu maghruf ahjar mal-Mostin, qatt ma waqaf jahdem personalment, biex din il-kappella dejjem inzammet fi stat tajjeb. Kien bl-inizjattiva tieghu li beda jsir it-tberik ta’ l-annimali fil-festa tal-Patrun u b’hekk din il-festa kibret hafna fil-popolarita. Jien hadt hsieb biex saru bosta affarijiet godda f’din il-kappella. Jiena ghamilt sett gandlieri godda ta’ l-injam ghall-artal principali, kif ukoll ventartal bir-rakkmu tad-deheb ghalih. Jien ghamilt ukoll kanopew bir-rakkmu tad-deheb ghat-tabernaklu.


Ghamilna wkoll lampier gdid tal-fidda. Dan gie mhallas mis-Sur Giuseppe Grech (tal-Paramount Garage). Fuq l-artal, fi zmien il-festa, kienu jintramaw sitt statwi ta’ Appostli. Ahna zidna erba’ statwi ohra, ta’ eremiti, bhalma kien San Anton Abbati. Dawn huma ta’ San Pawl Eremita, San Gwann il-Battista, San Benedettu, u San Bernard. Il-festa tigi ccelebrata fl-ewwel Hadd li jigi wara s-17 ta’ Jannar. Ahna rrangajna l-art tal-kappella, iccangajna l-art tas-sagristija, u rrangajna z-zuntier. Tpoggiet statwa sabiha tal-Madonna tal-Karmnu gewwa nicca fuq iz-zuntier. Din ta’ l-ahhar thallset mill-Familja Vassallo bhala tifkira ta’ ommhom Carmela. Ghamilna statwa kbira sabiha ta’ San Anton fil-pjazza quddiem il-kappella biex inkomplu insebbhu l-inhawi ta’ madwarha. Din saret mill-iskultur Tarcisio Montebello, li huwa iben l-iskultur Marco Montebello ta’ Hal Qormi li kien ghamel l-istatwi tat-tnax-il Appostlu, li hemm fil-portiku tar-Rotunda. Din giet gentilment moghtija wkoll mis-Sur Giuseppe Grech. Naturalment biex saru dawn ix-xoghlijiet kollha, saru hafna spejjez. Sar ukoll hafna xoghol bl-ghajnuna tas-Sur Charles J. Vassallo, Konslu Generali Onorarju tal-Maltin f’San Francisco.


Victor: Inti ilek hafna wkoll tiehu hsieb il-Kappella ta’ San Silvestru.


Dun Salv: Iva, ili niehu hsiebha mill-1950. Din il-kappella hija propjeta tal-Gvern ghaliex din kienet (p.58) inbniet mill-Kavallieri ta’ San Gwann. Qabel din kienet tinsab imwahhla mal-bini, u kienet fi triq dejqa, li ggib l-istess isem. Fuq l-artal kien hemm sett gandlieri ta’ l-injam li kienu spiccaw ghal kollox bis-susa u biz-zmien. Ghalhekk ghamilna sett gdid ghal kuljum u ghall-festa. Ghamilt sitt statwi zghar ta’ papiet ghal fuq l-artal; ventartal u kanopew bir-rakkmu tad-deheb, ghal zmien il-festa, li tigi ccelebrata nhar il-31 ta’ Dicembru. Fil-faccata tal-kappella kien hemm zewg nicec vojta. Jiena hadt hsieb biex saru zewg statwi tal-gebel ta’ San Pietru u San Silvestru. Dawn saru mill-iskultur Mosti Savio Deguara, u swew Lm800. Dawn tbierku minni fit-2 ta’ Awissu 2002.


Meta kien ghadha fi triq dejqa, din il-kappella ftit li xejn kienet maghrufa, anke mill-Mostin. Illum din tinsab fi speci ta’ roundabout bejn zewg toroq wisghin, u hija maghrufa minn eluf ta’ nies li jghaddu minn quddiemha fi triqithom mhux biss lejn il-Mosta, izda lejn it-Tramuntana ta’ Malta u lejn Ghawdex.


Victor: Kappella ohra zghira, dik tal-Madonna tal-Kuncizzjoni, kienet iggarfet ghall-kollox fl-ahhar gwerra dinjija. Nissogra nghid li kieku ma kienx ghall-intervent tieghek, din intilfet ghal kollox.


Dun Salv: Naqbel mieghek. Din il-kappella zghira, li tinsab propju faccata ta’ l-entratura ta’ l-ajrudrom qadim ta’ Ta’ Qali, jew kif kien maghruf mill-Mostin, Ta’ Vnezja, inqerdet ghal kollox waqt attakk mill-ajru. Ma kien baqa’ xejn ghajr il-kwadru titolari li ma gralu xejn. Jien rsistejt hafna mal-Qawwiet Militari Inglizi biex il-kappella terga’ tinbena mill-gdid. Fil-fatt inbniet mill-gdid bi spejjez tal-War Damage Fund fl-1949.


Victor: Int kont wiehed minn dawk li kienu fir-Rotunda, meta ntlaqtet minn bomba Germaniza. Tista’ tirrakkontalna din l-esperjenza tieghek?


Il-paviment bl-irham fl-entraturaFil-hanut ta' Fre: Dun Salv Magro prokuratur tal-Kappella ta' Sant'Anton Abbati mill-1943 sa ma miet fl-2007 fejn kien iqaddes regolarment, flimkien ma Fre il-mastrudaxxa (Frangisku Tonna) li ghamel zmien twil kuratur jiehu hsieb l-istess kappella.

Dun Salv: Kien il-Hamis 9 ta’ April 1942, f’xi l-erbgha u nofs ta’ wara nofsinhar. Jien kont ghadni seminarista. Jien kont il-knisja flimkien ma diversi qassisin, fosthom zijuk Dun Guzepp Camilleri. Billi kien il-Hamis, dak il-hin, kienet se ssir Siegha Adorazzjoni, maghrufa bhala Ora Santa, quddiem Gesu Espost. F’daqqa wahda s-sireni habbru Air Raid Warning, izda xorta bqajna hemm. Jekk issaqsini ghaliex, ma nafx inwiegbek. Imma donnu kollox jindara, anke li tghix fil-periklu. Ghadda ftit tal-hin u ma gara xejn. Ahna konna qeghdin fil-kuritur, li jaghti minn gos-sagristija ghal gol-knisja. Mieghi kien hemm zewg guvintur ta’ xi tnax-il sena, wiehed kien Frangisk Tonna u l-iehor Michael Galea, li miet m’ilux. Ta’ l-ewwel huwa l-istess ‘Fre’ li semmejtlek qabel fl-istorja tal-Kappella ta’ San Anton. Dan Frangisk Tonna meta kiber sar mastrudaxxa prim u zejjen lir-Rotunda u lill-Kappella ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu b’hafna xoghlijiet sbieh.


F’daqqa wahda smajna hafna hsejjes u hoss kbir hafna. Fil-fatt bomba zghira kienet laqtet, splodiet u ghamlet hsara zghira fil-genb tal-koppla, minghajr ma nifdet gewwa. Ohra zghira kienet ghaddiet sbrixx mal-kampnar tal-lemin u spiccat fuq iz-zuntier, minghajr ma splodiet. Aktar tard giet zarmata mill-isplussivi fil-Fortizza tal-Mosta, u wara b’xi mod jew iehor spiccat fil-bitha qalb l-imbarazz tal-garaxx ta’ Frans Vella. Dan Frans Vella kien maghruf bhala ‘Cikku ta’ Bormla’, ghaliex kien gie jghix il-Mosta bhala refugjat minn Bormla fl-eqqel tal-gwerra u baqa’ hawn. Dan kien maghruf hafna, tista’ tghid minn Malta kollha, ghaliex kien ibigh is-surplus material (p.59) tas-Servizzi Inglizi. Kien imfittex hafna, ghaliex ghalkemm kienet spiccat il-gwerra kien hawn nuqqas ta’ kollox.


Din il-bomba zghira damet hemm diversi snin, minghajr hadd ma ta kasha. Dun Pawl Buhagiar li miet ftit ilu, kien ihobb imur joqghod jitkellem hemm, u kif kien ighid hu, min jaf kemm-il darba pogga bil-qieghda fuqha. Darba fettillu jghid lil Cikku li ried jixtriha u Dun Pawl xtaha ghal prezz ta’ nofs lira.


Victor: Jien niftakar tajjeb din il-bomba fl-intrata ta’ Dun Pawl Buhagiar u darba hadtilha ritratt. Dun Salv, tista’ tghidilna aktar dwar dak il-hoss kbir li smajtu gol-knisja?


Dun Salv: Il-hoss kbir li smajna gol-knisja kien ikkawzat mill-bomba Germaniza, li nifdet u dahlet mill-koppla ghal gol-knisja minghajr ma splodiet. Ahna bzajna u bqajna ghal ftit tal-hin ghall-kenn ta’ dak il-kuritur, sakemm dahal hdejna certu Pawlu Borg, li kien iz-ziju ta’ Dun Anton Muscat u qalilna biex infittxu nohorgu ‘l barra ghaliex kien hemm bomba kbira mhux sploduta fil-knisja. Izda l-kurzita ghelbitna u ttawwalna gol-knisja. Niftakar li rajt hafna trab itir ma kullimkien, kwantita ta’ gebel ta’ kull daqs imxerred ma kullimkien, u l-lampier il-kbir tan-nofs imfarrak fl-art. Kien hemm ukoll hafna hgieg tat-twieqi imkisser ma l-art. Niftakar li rajt hofra kbira fil-knisja kif tohrog mis-sagristija. Xi whud hasbu li din kienet ikkawzata minn xi bomba ohra li ma splodietx, izda ma nstab xejn. Dak il-hin hrigna barra mill-bieb tas-sagristija, u rajna s-suldati dehlin biex jiskonnetjawha u johorguna mill-knisja.


Victor: X’gara mbaghad?


Dun Salv: Wara ftit beda t-tindif tal-knisja mill-gebel, trab u hgieg li kien hemm fiha. Ghall-ewwel ghalqu t-toqba minn fejn dahlet il-bomba temporanjament. Aktar tard hasbu ghall-armar biex ikunu jistghu jahdmu u jsewwu l-hsara fil-koppla minn gewwa. Dan gie ddisinjat mill-imghallem Mosti Mastru Salvu Zahra, bniedem kapaci hafna f’dik li hi s-sengha tal-bini kif ukoll bniedem ingenjuz hafna. Ix-xoghol tat-tiswija tal-hsara beda miexi sewwa taht is-supervizjoni ta’ Mastru Salvu Zahra. Jien kien ghadni zaghzugh u tlajt aktar minn darba fuq dan l-armar waqt li kien qed isir ix-xoghol. L-armar intuza wkoll sabiex issewwiet il-hsara fl-induratura u z-zebgha fil-koppla. Niftakar li x-xoghol tar-restawr tal-hsara ta’ l-induratura, kien sar minn wiehed kunjomu Francalanza.


Dan kien l-istess Salvu Zahra li fl-1929 kien ghamel l-armar, izda wisq akbar, biex setghu iqattghu r-ruzuni u ssir l-induratura madwar il-koppla. Dak iz-zmien kien ghadni tifel ta’ xi disa’ snin, izda niftakarhom tajjeb jarmawh bicca bicca fuq iz-zuntier u wara komplew jarmawh gewwa qabel ma gie mtella’. Dan kien armar kbir hafna u kien gie mtella’ u armat f’dak l-gholi kollu bl-idejn, hbula, tarjoli u mhuh tajba. Ma kellhom l-ebda krejn.


Victor: Sadanittant, int kont qaddist u kont il-prokuratur generali tal-knisja. Il-paviment ta’ l-irham tal-knisja dam hafna ma gie rrangat. Ghalkemm kien ghadni tifel, niftakar roqgha kbira fl-art, miksija bis-siment abjad. X’kien is-sehem tieghek fit-tiswija tal-hsara wara li ssewwiet il-hsara fil-koppla?


Dun Salv: Kien fil-hamsinijiet meta hsibt biex insewwu din il-hsara fl-irham ta’ l-art, fi zmien l-Arcipriet Dun Pawl Galea. Jiena kont smajt b’certu marmista tajjeb Taljan, kunjomu Cecchotti, li kien qed jiccanga bl-irham il-knisja tal-Kalkara. Kumbinazzjoni din il-knisja kien ghadha kif inbniet mill-gdid, wara li ggarfet ghal kollox fid-9 ta’ April 1942, ftit minuti biss qabel ma l-bomba nifdet ir-Rotunda. Jien mort fittixtu hemm, u rajt ix-xoghol li kien qed jaghmel li ghogobni hafna. Jiena kellimtu u qalli li se jigi jara x-xoghol fuq il-post. Fil-fatt gie ftit wara, ra x’kien hemm bzonn isir, u ftehmna. Kif qalli hu, ix-xoghol ma kienx se jkun daqshekk hafif. Kien hemm hafna hsara post wiehed, izda kien hemm diversi postijiet zghar imtajrin madwar il-knisja kollha. Ahjar taghmel bicca xoghol gdida milli tipprova tirranga hafna bicciet zghar. Dana l-ghaliex trid taqta’ l-imkisser, (p.60) tqabbel il-kulur ta’ l-irham u kemm jista’ jkun ma thallix jidher fejn saret it-tiswija. Mastro Cecchotti ghamel xoghol verament tajjeb u llum bil-kemm tinduna fejn saret it-tiswija.


Victor: Gieli tkellimna u int ghidtli kemm kienu jmutu trabi u tfal zghar qabel u wara l-gwerra. Tista’ tghidilna aktar?


Dun Salv: Ir-rata tat-twelid kienet gholja, izda dik ta’ l-imwiet tat-trabi u tfal zghar kienet gholja wkoll. Darba niftakar li konna lhaqna n-numru ta’ 46 mewt ta’ trabi jew tfal zghar f’xahar wiehed. Dan kien minhabba mard, nuqqas ta igene, livell baxx ta’ ghixien, u nuqqas kbir ta’ medicini importanti, li llum hawn kemm trid minnhom. Kien bizzejjed li tarbija, tifel jew tifla taht is-sentejn, imutu ghax kien ikollhom problema fi msarinhom, u minn dawk kien hemm hafna. Izda bil-mod dan in-numru beda jonqos.


Il-funerali taghhom kienu jsiru bil-mixi mid-dar sal-knisja, fejn kienu jigu midfuna fil-kannierja. Kwazi f’kull kamra tal-kannierja, mal-gnub u fl-irkejjen kien hemm oqbra tat-trabi. Izda l-aktar li kien hemm kienu fil-kamra z-zghira taht l-artal tar-Ruzarju. Din kienet maghrufa bhala l-kamra l-mudlama, minhabba li ma kien hemm l-ebda tieqa, u billi kienet wara l-artal tal-kannierja u fir-rokna, ma kien jidhol fiha l-ebda dawl.


Victor: Gieli smajtek tghid li kien hemm zewg tipi ta’ funerali tat-tfal? Tista’ tispjegalna ahjar?


Dun Salv: Iva, kien hemm zewg tipi ta’ funerali tat-trabi jew tat-tfal, dawk ‘tal-Mota’u dawk ‘ta’ l-Angli’. Dawk li ma tantx setghu jhallsu, kien ikollhom funeral ‘tal-Mota’. Dawn kienu jkunu akkumpanjati minn qassis wiehed u kienet tindaqq mota zghira meta jaslu l-knisja bl-izghar qanpiena fil-kampnar. X’hin jaslu l-knisja, kienu jidhlu dritt ghal genb ghall-artal tar-Ruzarju u jpoggu t-tebut abjad fuq zewg siggijiet. Il-qassis kien jghid talba, ibierek it-tarbija u jibqghu nezlin jidfnuha fil-kannierja, billi jinzlu mit-tarag ta’ fejn hemm il-bomba fis-sagristija. Dan it-tarag kien jintuza wkoll biex jitnizzlu t-twiebet ta’ l-adulti, billi kulhadd kien jindifen fil-kannierja.


Dawk li kienu jistghu jhallsu aktar, kien ikollhom funeral ‘ta’ l-Angli’. Dawn kienu jkunu akkumpanjati minn erba’ jew sitt qassisin, skond kemm kienu iridu ihallsu. X’hin jaslu l-knisja kienet tindaqq mota itwal bi tlieta jew erba’ qniepen, u gieli kienet issir quddiesa msejha baxxa ghax minghajr kant, qabel id-difna.


Victor: Meta kont zghir, niftakar tajjeb lil dawn it-trabi mejtin jintrefghu minn tfal subien ta’ xi ghaxar snin. Nixtieqek tghidilna aktar.


Dun Salv: It-tebut kien jintrefa’ minn erba subien ta’ xi ghaxra jew hdax-il sena, li kienu jaghtuhom tliet soldi bhala hlas, jew centezmu u tliet millezmi kull wiehed. It-tebut generalment kien jingarr miftuh fit-triq, u kien ikun hemm tifel ftit akbar li kien jerfa’ l-ghatu t-triq kollha. Dan kienu jtuh erba soldi jew kwazi 2 centezmi tallum. Lill-qassisin kienu jhallsuhom xelin (5 centezmi) kull funeral tal-kbar jew tat-tfal. Din damet hekk ghal hafna snin, anki fi zmieni. Wara hafna snin, din telghet ghal-erba’ xelini (20 centezmu), u fl-ahharnett din telghet ghal Lira Maltija. Qed nghid fl-ahharnett biex nirreferi ghal meta nqatghet id-drawwa li l-mejtin jittiehdu l-knisja permezz ta’ funeral bil-mixi. Din inqatghet madwar 20 sena ilu. Sa dak iz-zmien, min kien imut f’xi sptar, kien jingieb sal-Kappella ta’ San Anard qabel, bil-karru tal-mejtin, migbud biz-zwiemel u aktar tard bil-karozzi. Imbaghad kien isir il-funeral minn hemm sar-Rotunda bil-mixi akkumpanjat mill-kleru tal-Mosta.


Victor: Dun Salv, int ilek hafna u ghadek prokuratur ta’ l-Agunija. Xi tfisser din?


Dun Salv: Diversi nies kienu jaghtu somma flus u jinkitbu fil-Ktieb ta’ l-Agunija. Illum dawn naqsu hafna. Dan kien ifisser li meta xi hadd minnhom kien ikun qed imut, kienu jindaqqu tokki specjali mill-kampnar tar-Rotunda. Matul is-snin dawn kienu jintgharfu minn kulhadd. Ir-rahal (p.61) tal-Mosta ma kienx mifrux kif inhu llum, u tista’ tghid li kienu jinstemghu minn kull parti tar-rahal. In-nies kienu jieqfu u jghidu talba ghal dik il-persuna li tkun waslet fl-ahhar ta’ hajjitha. Barra minn hekk kien ikun hemm qassis fil-knisja li jghid talb specjali ghal min ikun qed imut. Qabel dan kien isir quddiem Gesu Espost. It-tul ta’ dan it-talb jista’ jvarja minn siegha sa tliet sieghat. Meta jmutu kienet issirilhom quddiesa kantata u kull nhar ta’ Gimgha ssir quddiesa b’suffragju ghal ruhhom. Din il-quddiesa ghadha ssir regolarment minni. It-talb ta’ l-Agunija ghadu jsir, u ghadhom jindaqqu t-tokki ta’ l-Agunija sallum. Izda ftit huma dawk li jgharfuhom jew jafu xi jfissru. Illum il-hajja nbidlet u ftit nies jaghtu kas. Din id-drawwa ilha ghaddejja minn mindu l-Mosta saret parrocca fl-1608. Fil-festa tas-Salib Imqaddes, f’Mejju, ssir quddiesa b’suffragju ghal ruhhom.


Victor: Nghaddu issa ghal xi haga differenti mis-suggett ta’ qabel, li kien interessanti hafna izda fuq nota ta’ swied il-qalb. Xi tfisser meta kienu jghidu jdoqqu tal-‘Laudi’?


Dun Salv: Veru li kien ta’ swied il-qalb, izda int staqsejtni u jien irrispondejtek. ‘Laudi’ bil-latin tfisser ‘Tifhir’. Meta kienu jdoqqu l-‘Laudi’ kien ifisser li xi hadd kien ikun irid jirringrazzja lil Alla ta’ xi haga tajba li tkun grat fil-familja tieghu, bhal meta tkun twieldet tarbija b’wicc il-gid, jew xi hadd ikun fieq minn xi marda serja, jew qala’ xi grazzja specjali. Dan kien iqabbad numru ta’ qassisin, itihom six pence (2c5) kull wiehed u dawn ikantaw it-Te Deum jew il-Pange Lingua minn gol-kor tar-Rotunda. Kien jaghti xi haga wkoll lis-sagristan, li kien idoqq mota sabiha b’diversi qniepen waqt il-kant tat-Te Deum.


Victor: Naf li hadtlek rasek u ghajjejt, izda nassigurak li dan it-taghrif intressanti li tajtna se jigi apprezzat minn hafna nies. Jiena naf kemm inti bniedem ordnat u zzomm rekord ta’ kollox. Tista’ tghidilna kemm il-quddiesa qaddist f’dawn is-sittin sena?


Dun Salv: Iva nghidlek ezatt ghax ghandi miktub fejn u kemm-il darba qaddist. Jien inqaddes kuljum il-parrocca u fil-11 ta’ filghodu fil-Kappella ta’ San Anton. Sa ftit ilu kont inqaddes ukoll kuljum wara nofsinhar fil-Kappella ta’ San Silvestru, izda minhaba ragunijiet ta’ sahha qed inqaddes hemm darba fil-gimgha. Sallum 3 ta’ Lulju 2006, ghall-grazzja t’Alla, jiena qaddist 33,527 darba.


Victor: Kient tassew tixraqlek l-onorificenza ‘Gieh il-Mosta’ li naghtat lilek mill-Kunsill Lokali tal-Mosta fl-2002. Inti hdimt hafna kemm ghar-Rotunda, diversi kappelli ohra, kif ukoll wettaqt gid spiritwali kbir matur dawn is-snin kollha. Nirringrazzjak tal-pacenzja li hadt biex ghamilna din l-intervista. F’isem il-Mostin kollha nghidlek Grazzi ta’ kollox u nixtiequlek Ad multos annos.


(L-intervista ma Dun Salv Magro saret fit-3 ta’ Lulju 2006. Miet fil-31 ta' Dicembru 2007)