The Mosta Archives Banner

Emvin Cremona


Il-Mosta: Jannar – April 1987


Abbozz ta' Emvin Cremona ghar-Rotunda Mosta Wiehed mill-abbozzi "Stella Matutina" li ghamel ghat-tanbur tar-Rotunda

(p.4) Bil-mewt tal-Profs. Emvin Cremona nhar il-Hamis 29 ta' Jannar, 1987 inghalaq kapitlu iehor tad-deheb fl-istorja artistika ta' Malta. Huma bosta l-parrocci Maltin li ghandhom xoghlijiet tieghu li, flimkien ma xoghlijiet ohra f'Malta u barra, se jkomplu jfakkru l-genju tieghu u r-rispett tieghu lejn l-arti u l-gieh li taha seneghtu.


Emanuel Vincent Cremona twieled il-Belt Valletta fis-27 ta' Mejju 1919 u ta' 15-il sena beda jistudja l-arti. Wara l-ewwel studji fl-Iskola ta' l-Arti tal-Gvern fl-Imsida mar kors fir-Regia Accademia di Belle Arti ta' Ruma. Snin wara studja fi Slade School, University College, Londra u wara fl-Ecole Superieure des Beaux Arts ta' Parigi. Bejn l-1947 u l-1959/60 ghallem l-arti fl-Iskola ta' l-Arti tal-Gvern.


Cremona nghata kummissjonijiet diversi mill-Gvern Malti fosthom pittura li kienet prezentata lil U.Thant mill-Prim Ministru Malti fl-1966, pittura li qieghda fil-kwartieri generali tal-Gnus Maqghuda fi New York, u ohra li kienet prezentata lill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha fil-kwartieri taghha f'Ginevra, l-Izvizzera.


Fl-1970 il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa ta' Malta pprezenta xoghol ta' Cremona lill-Maesta Taghha r-Regina Elizabetta II ta' l-Ingilterra. Fl-istess sena ddisinja l-Pavaljuni ta' Malta fl-Expo '70 f'Osaka, il-Gappun. Seba' snin wara rraprezenta lil Malta fil-Wirja Commonwealth Artists of Fame f'gieh il-hamsa u ghoxrin sena tar-renju tar-Regina Brittanika.


Il-Papa tah it-titlu ta' Kavallier ta' l-Ordni ta' San Silvestru. Is-socjeta Maltija ta' l-Arti, Manifattura u Kummerc tatu midalja tad-deheb bhalma ghamlet il-Konfederazzjoni tal-Kunsilli Civili Maltin.


Barra erba' wirjiet personali Cremona ha sehem ma artisti ohra f'wirjiet f'Malta, Venezja, Ruma, Londra, Edinburgh, Anzio, Monte Carlo u Amsterdam.


Jibqa' jissemma wkoll ghall-bolli li ddisinja ghall-Posta ta' Malta bejn l-1957 u l-1980, mhux inqas minn tnejn u sittin sett, fosthom iz-zewg settijiet ta' bolli definittivi ta' l-1965 u l-1973 rispettivament. L-attivita prolifika ta' Cremona f'dan il-qasam stabilixxiet isem Malta fid-dinja filatelika.


Cremona u l-Mosta


Hafna Mostin jiftakru x'interess u x'moviment kien hawn fil-Mosta meta ssemma li l-pittur Emvin Cremona kien inghata l-inkarigu biex ihejji l-abbozzi ghall-pittura tat-tanbur fl-1973.


Fl-editorjal tal-gazzetta "Il-Mosta," Nru, 51, Awissu-Settembru, 1973, p.6 inkiteb li hawn il-Mosta minn dejjem kien hawn ix-xewqa li l-pittura tat-tanbur titpitter. Din ix-xewqa kienet motivata mill-fatt li l-istess arkitett-inginier Grognet indikaha fil-pjanta tieghu.


L-editorjal fakkar li l-Arcipriet Dun Bert Bezzina kien ghamel rikors, li jgib id-data tas-16 ta' Marzu, 1973, fil-Kurja Arciveskovili lil Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi u fih intqal li:


  • Fil-parrocca kienet ilha tinhass hafna x-xewqa tal-poplu li ssir il-pittura tat-tanbur;
  • Kien qieghed isir tentattiv iehor u gie avvicinat il-Kav. Profs. Emvin Cremona li, wara studju li ghamel, ipprezenta erba' abbozzi, kwart tas-16 mehtiga,
  • Jekk l-approvazzjoni tinghata, kien lest li jkompli l-abbozzi l-ohra,
  • Dawn l-abbozzi jirraprezentaw titli mil-Litanija tal-Madonna, imfissrin minn angli simbolici,
  • L-ispiza kellha tkun ta' Lm880 kull wahda, izda l-poplu ma kien se johrog ebda centezmu ghax il-fondi mehtiega nstabu,
  • Mons. Arcisqof Gonzi kien ta' l-approvazzjoni tieghu bil-miktub ghall-progett tal-pittura fit-18 ta' Gunju, 1969 u din l-approvazzjoni ggeddet verbalment lill-Arcipriet fl-14 ta' Marzu, 1973.

Mons.Arcisqof Gonzi ghadda l-petizzjoni lill-Gunta ghat-Tutela ta' l-Antikitajiet Ekklezjastici.


Dawn in-nies kompetenti ltaqghu f'seduta fl-10 ta' April, 1973, biss f'dik il-laqgha ma ttiehdet ebda decizjoni u talbu z-zmien ghax l-abbozzi kienu "di ottima fattura" (ta' sengha kbira) u riedu jistudjaw l-ambjent arkitettoniku tal-knisja.


Fil-15 ta' Gunju, 1973 waslet ir-risposta negattiva tal-Gunta li m'approvatx il-progett.


Dan l-editorjal, barra milli jiddefendi t-tradizzjoni li kellha gheruqha fil-pjanta ta' Grognet, kien konxju mill-kalibru ta' Emvin Cremona u kien qieghed jipprevedi l-konsegwenzi, li b'hasra jkollna nammettu li sehhu, jigifieri li l-parrocca tilfet is-servizz ta' artist Malti rinomat kemm f'artu kif ukoll barra. Infatti t-tifkiriet li ghandna ta' Cremona huma d-disinn tal-pavaljuni ta' Santa Marija ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku, pavaljuni mzanzna fl-1969, u dak tal-pavaljuni ta' Triq il-Kbira.


Naghtu l-kondoljanzi taghna lil martu Lilian, imwielda Gatt, u lill-erba' wliedu Marco, artist hu wkoll u joqghod fostna hawn il-Mosta, Anna, Silvana u Nadia u lill-familji taghhom.


Riferenzi

  • Il-Mosta, Nru. 51, Awissu-Settembru, 1973, p.6.
  • Il-Mosta, Nru. 52, Ottubru-Novembru 1973, pp. 2-3.
  • The Sunday Times, March 8, 1987, pp 14, 15.
  • Lehen is-Sewwa, 31 ta' Jannar, 1987, pp 1, 2.
  • Contemporary Maltese Artists (Compiled by Adrian Stivala), pp 68, 69.
  • Storja tal-Mosta ta' E.B.Vella u Ohrajn (1972-1986), p.517.