The Mosta Archives Banner

'Il-Mosta' April 1965-85, Editorjal


Il-Mosta: Jannar – April 1985


Il-Gazzetta 'Il-Mosta'Il-Gazzetta 'Il-Mosta'

(p.3) Il-gazzetta rat it-twelid taghha f'April ta' 20 sena ilu u kull sena bqajna nfakkru b'xi zewg kelmiet eghluq sninha.


Hu sodisfazzjon ghalina u ghal kulhadd li dak li nbeda bil-ghajnuna t'Alla tkompla. Kulhadd, dakinhar, wera s-sodisfazzjon tieghu li l-Mosta kien ser ikollha gazzetta biex twassal il-messagg taghha lill-Mostin kollha.


Konna ghedna: "Ahna rridu li dak li jsir mid-diversi ghaqdiet, clubs u individwi jkun jafu kulhadd halli jikber dejjem l-interess, inkunu nafu bis-successi ta' xulxin, u naghmlu kuragg lil xulxin".


Tant sar veru dak li ghedna li nistghu nghidu li IL-MOSTA saret bhal enciklopedija interessanti ta' fatti u persuni.


Wiehed mill-iskopijiet tal-gazzetta taghna kien li nfakkru l-imghoddi, ghax ghan-nies tallum l-imghoddi ghandu s-siwi u s-sabih tieghu u mhux sewwa li kollox jintemm u jindifen, anzi hemm hafna x'wiehed jitghallem u jadatta.


Skop iehor hu li nharsu lejn il-prezent b'sens ta' kritika kostruttiva. U nistghu nghidu li l-kelma taghna f'diversi cirkustanzi giet mismugha u kellha s-siwi taghha.


Inharsu b'fiducja lejn il-futur, halli naraw Mosta dejjem isbah fl-ambjent u Mosta mhux ta' l-estates diversi u separati, izda Mosta maghquda bhala familja wahda.


Fl-ewwel harga, Dr. Ferdinand Calleja, patrijott Mosti, mimli bl-ghomor, kien kitbilna, "Nispera li la bdejna nzommu l-kolp" u semmielna l-gid li tista' taghmel gazzetta lokali, filwaqt li ghamel twissijiet biex ma ninhlewx fi kwistjonijiet polemikuzi, personali u bla siwi. Pariri siewja li d-Direzzjoni dejjem kellha fi hsiebha u zammithom il-hin kollu.


"Fl-awguri u barka" li xtaqilna fl-ewwel harga, l-Arcipriet B. Bezzina, illum Monsinjur, kien qalilna: "Hija tama shiha tieghi li IL-MOSTA tkun ta' ghajnuna kbira biex inkabbru mhabbitna lejn ir-rahal taghna meta nisimghu iktar fuq l-istorja tieghu: Ix-xoghol taghkom huwa kemm jista' jkun nobbli, huwa xoghol ta' apostolat kbir u ta' edukazzjoni b'mezz effikaci."


Dak li qalilna Mons. Bezzina nistghu nghidu b'sodisfazzjon li wettaqna hafna minnu bi STORJA TAL-MOSTA li ppublikajna u wasalna fl-ahhar pagni taghha. Ser ikollna fi ftit zmien iehor ktieb ta' xi 700 pagna, ktieb li ghandu jidhol f'kull familja, klabb u ghaqda.


L-aqwa grajja li rrekordjajna bid-dettalji kollha kienet u tibqa' l-Inkurunazzjoni ta' l-Assunta, 10 ta' Awissu, 1975.


L-ewwel harga kienet b'erba' pagni u nbieghet 2d(8m). Illum qieghda tohrog b'14, 16 u din id-darba b'20 pagna u tinbiegh 7c. u ghall-ewwel darba ghandna kopertina  bil-kulur.


Kemm gabet artikli ta' interess! Kemm semmiet grajjiet! Kemm gabet avvizi u reklami! Kemm dehru ritratti! Kemm minnhom ghamlu u ghad jaghmlu parti mill-patrimonju storiku taghna. Li tara u taqra hu bil-wisq importanti milli taqra biss.


Ilkoll kemm ahna ghandna ghax inkunu kburin bil-gazzetta IL-MOSTA. Jalla nkunu dejjem nistennewha. Jekk tiswa ghall-kbar tiswa wisq izjed ghaz-zghar.


Illum IL-MOSTA saret tivvjagga wkoll u qieghda ssib postha fid-djar ta' l-emigranti Mostin li tghidx kemm japprezzawha.


IL-MOSTA naqrawha, inhobbuha, inghinuha, napprezzawha, ingemmghuha, biex tibqa' dejjem tikber u taghmel il-gid.


Id-Direzzjoni tixtieq tirringrazzja lil tant artikolisti, hafna hajjin u ohrajn mejtin, lid-diversi fotografi, lill-hwienet ghar-reklami u lil kull min jahdem biex ibigh u jxerred il-vuci taghha.