The Mosta Archives Banner

Ghaqda Wirt Mosti


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1985


(p.8) Bl-inizjattiva ta' l-Arcipriet Dun Joe Carabott twaqqfet l-Ghaqda Wirt Mosti wara li kien sar suggeriment f'seminar li l-Kunsill Parrokjali organizza fl-1984. L-iskop hu li thares u tqajjem kuxjenza favur dak kollu li jitqies bhala wirt ghaziz, storiku, religjuz u kulturali.


L-Ghaqda twaqqfet mill-Parrocca tal-Mosta u tigbor fiha membri minghajr distinzjoni ta' sess, twemmin, nazzjonalita jew razza. Il-laqghat jitmexxew mill-President.


Il-kumitat jintghazel kull sentejn. Il-laqgha ssir kull xahrejn, jekk ma jkunx hemm htiega li tiltaqa' qabel. Ghalkemm l-Ghaqda qieghda fi hdan il-Parrocca, tahdem ghaliha. Tista' tissieheb f'ghaqdiet nazzjonali jew internazzjonali. Diga giet accettata minn Din l-Art Helwa.


L-Arcipriet pro tempore ikun membru ipso facto. Jekk l-Ghaqda ma tibqax tiffunzjona l-flus jinghataw fl-Ufficju Parrokjali fejn ikun kustoditi.


Qieghed isir xoghol fuq il-kappella ta' Wied il-Ghasel. Hemm il-hsieb li n-nies ikunu mhegga jmorru passiggati hemmhekk biex il-kappella tkun tista' tintuza.


L-Ghaqda hadet sehem fil-Wirja Marjana Il-Kult Marjan fid-Djar Taghna li saret bhala parti mill-festi ta' Santa Marija.


Il-membri tal-kumitat huma: is-Sur Anton Spiteri, President, is-Sur Rueben Grima, Segretarju, is-Sur Arthur Barbaro Sant, Tezorier, u s-sur Victor Caruana, PRO. Zewg membri li jokkupaw il-kariga ta' helpers huma s-Sinjura Anna Cordeiro u s-Sinjura Emily Barbaro Sant.