L-gherf bla miktub tal-antenati taghna
minn Francesco Mangion
L-ewwel parti: Il-Mosta: Ottubru – Novembru 1976
(p.5) Hekk maghmul il-bniedem, irid jithaddet, irid jaghmilha ma' ohrajn biex iholl problemi u jiftah diskussjonijiet li minnhom jista' johrog xi gid, u ghal dan il-ghan illum hawn swali u cirkoli fejn in-nies jistghu jiltaqghu. Dari u fiz-zminijiet imbieghda meta kwazi kullhadd kien bidwi, kienu jiltaqghu fil-granet xitwin u meta ma jkunux jistghu jahdmu fir-raba' f'xi kamra tat-tiben li kienu jsejhula “dar” u n-nisa f'xi karma tal-forn.
Fosthom kien ikun hemm min ikun aktar intelligenti u erhilu jqabbel u jivvinta hrejjef li bihom jghallem lill-ohrajn, ghalhekk jiena gbart dan it-taqbil u stejjer li kont nisma' minghand ix-xjuh taghna biex jekk fih xi taghlim napprezzawh, jekk le nghodduh bhala moghdija taz-zmien.
Il-Maltin tal-qedem kienu jxebbhu lix-xhur tas-sena ma gabra ta' ahwa. Mela darba wahda x-xahar ta' Jannar kien tabilhaqq xott, taqtira wahda ma qattarx ghalhekk ir-rahhal qallu hekk: “Qozzoti, qozzoti ghalik Jannar la dahhalt lili u l- anqas in-naghag tieghi fil-ghar.” Ghal dan il-kliem niggiezi Jannar ha ghalih u billi sa dakinhar kien b'29 gurnata, mar ghand huh Frar u qallu: “Ara hi, jiena ma nistax noqghod ghad dak it-tghajjir tar-rahhal, islifni jumejn ha nurih x'insarraf jien.” Frar silifhomlu u f'dawk il-jumejn ghamel xita bil-qliel tant li gharraq gewwa l-ghar lir-rahhal bil-merhla tieghu. Jannar ma tax lura dawk il-jumejn lil Frar u hekk baqa' minghajrhom sallum u dawn l-ahhar jumejn ta' Jannar baqghu jissejhu s-Selfiet.
Jannar xottu, messallu Rokku
Jekk Jannar jinzerta bla xita l-bidwi taghna jiehu pjacir u jistenna prodott sabih, ghaliex f'Jannar il-haxix hazin ikun imnibbet u anke kiber sewwa u la darba tkun in-nixfa l-bidwi jkun jista' jahdem ir-raba' kif imiss u meta huwa mahdum tistenna hafna gid bhalma gid kbir kien fih il-Messal ta' Santu Rokku.
Nhar it-Tre Re, 6 ta' Jannar, il-Kappillani b'ilbies korali u l-kappa jniedu l-festi li jimxu ma' l-Ghid. Fil-25 ta' Jannar, festa tal-Konverzjoni ta' San Pawl, it-temp ibiddel seba' darbiet.
Frar fawwar minn tal-bidwi l-hena d-dar, meta Frar ikun fawwar dlonk il-biedja tmur fl-itjar.
Fit-2 ta' Frar tahbat il-festa tal-Kandlora, dakinhar johrog l-ors u jekk ixarrab saqajh ighid ix-Xitwa ghaddiet, jekk le ighid ix-Xitwa ghadha gejja. Il-Kandlora hija t-tifkira ta' meta Sidtna Marija pprezentat lil Binha Gesu fit-Tempju, il-kelma Kandlora tfisser il-festa tax-xemgha gejja mil-kelma Taljana ‘candela,' ix-xemgha mixghula hija simbolizzata lil Gesu ghax Gesu huwa d-Dawl. Nhar il-Kandlora l-Kappillani kienu joffru xemgha lill-Kap ta' l-Istat. Din ic-cerimonja ilha ssir sa minn zmien il-Gran Mastri -il-Kattidral ta' Malta ghandu qasam raba' li r-renta tieghu sservi biex isir ix-xemgha u jigi moghti. Nhar il-Kandlora mill-Kattidral johrog il-Kapitlu u jbierek il-kampanja.
Billi fi Frar il-gurnata tkun bdiet titwal u x-xemx tkun bdiet xi ftit issahhan jekk ikollna hafna xita, l-ghatien (prodotti) jibdew jikbru u tarahom donnhom itiru, ghalhekk id-dar tal-bidwi timtela bil-hena. Frar ifawwar l-ibjar. Forsi l-bir ikun ghadu mhux mimli u bix-xita li taghmel fi Frar jimtela u jfur.
Il-Kandlora t-temp ivara (ibatti, inaqqas, iciedi), iz-zunzana taghmel zinn u x-xita tmur ‘il hinn.
Tibda tohrog xi gurnata xemxija u tibda tisma' z-zinn taz-zunzana li tibni bir-ramel il-bejta taghha fil-gebel tal-hitan xemxin.
Santu Mattija jizra' t-tomnija la mwahhru lanqas bikrija, Santu Mattija pass ta' tarbija.
Santu Mattija jahbat fl-24 ta' Frar - il-gurnata li tkun bdiet titwal mit-22 ta' Dicembru issa tkun twalet mhux hazin, ghalhekk pass ta' tarbija. Jizra' t-tomnija - dan ma jghoddx ghall-qamh, xghir, ful u gulbiena bajda li jinzerghu bil-kwantita fix-xhur ta' Novembru u Dicembru, izda ghal dawk il-prodotti li jinzerghu bi kwantita zghira bhal ful, pizelli, gulbiena sewda, ghazz, hlewwa, kemmun, kosbor, ecc. Frar kull sigra bl-inwar - dan jghodd ghas-sigar tal-lewz li f'dan ix-xahar jimtlew bil-fjuri.
It-tieni parti: Il-Mosta: Frar – Marzu 1977
April
(p.7) April ihares lejn il-qamh, li issa jkun kiber sewwa u jghidlu, “Ikber izjed.” Jekk l-art ikun fiha tirgha bizzejjed, il-qamh jikber izjed, jekk le, il-qamh iwiegeb “Ma niflahx,” April jghidlu “Mela sebbel,” u allura l-qamh isebbel skond ma tkun l-art: jekk imxarrba, jaqta' zbul prim; jekk xotta, jaqta' zbul imkemmex, u l-qamha (frotta) tkun misbuka u nieqsa mid-dqiq.
Mindil: xi haga li fiha ssor, servetta. Il-qamha tkun qed tifforma ruhha kif ukoll il-qoxra li minnha tohrog in-nuhhala w il-qalba li minnha johrog id-dqiq, li wara jsir hobz. Ghalhekk ighidulu fil-mindil.
Mejju
Mejju mirjieh, b'mard u deni stennieh. F'dan ix-xahar jasal iz-zmien tat-taqlib tal-arja u f'dan it-taqlib aktarx li jgib mieghu deni u mard.
Mejju l-imfissed t'ommu. Mejju daqqa bil-kabozza, daqqa bil-kappell. Dawn iz-zewg taqbiliet inhoss li ghandhom tifsir bhal ta' qabilhom: it-tlieta ghandhom x'jaqsmu mat-taqlib ta' l-arja.
Mejju ahsad imqar kien plejju. Mejju hu x-xahar tal-hsad. Is-snin ma jixbhux lil xulxin. Meta x-xita terfa' bikri l-hsad jibda minn April, izda l-qofol tal-hsad huwa dejjem Mejju. Is-silla hija l-ewwel hsad, imbaghad tigi l-widna u gulbiena bajda. Wara jasal ix-xghir u gulbiena sewda. Mejju joqtol il-qamh u mal-bidu ta' Gunju jibda l-hsad tal-qamh. Igbor kollox, imqar kien plejju.
Mejju xahar tqil. Jekk immorru ftit ghaxriet ta' snin lura, 1920-1930, insibu li sa dak iz-zmien kien ghadha titwemmen din is-superstizzjoni. Mejju xahar tqil. L-gharajjes kienu jibzghu jtejgu fih ghax kienu jahsbu li tigrilhom xi dizgrazzja u z-zwieg ma jirnexxix.
Il-qotna tal-mohriet ahjar minn ghaxra tal-bejtiet. F'Mejju jinzera' l-qoton u dan il-prodott sa minn zminijiet l-aktar imbieghda hawn Malta kien jinzera' bil-kwantita sa ma mbaghad, ghal habta ta' nofs is-seklu li ghadda, bdiet tinzera l-patata. Dan il-ghata baqa' dejjem jonqos sa ma spicca ghal kollox dwar is-sena 1940. Il-qoton kwazi dejjem kien jinzera' bil-bejta u biex jinbet jissaqqa. Dan kien jiehu hafna xoghol, wisq aktar meta l-ilma ma jkunx fil-post. Biex igorru l-ilma kienu juzaw bramel kbar tal-injam, ighidulhom qratal, idendluhom wahda kull naha ma' dahar il-bhima u meta jaslu fl-ghalqa li fiha jkunu jizirghu, jifthulhom it-tapp mill-qiegh ghal gewwa tnall (barmil tal-injam) u minnu jiehdu bil-qliel (plural ta' qolla) tal-fuhhar biex isaqqu. Meta kienet taghmel xi xebgha xita kienu jizirghuh bil-keff (keffa: qabda tal-id - meta tizra' bil-keff ifisser taqbad ponn zerriegha mill-horga u xxerridha fl-art) u jahartu l-art. Barra li jiffrankaw hafna xoghol il-hamrija kienet tibqalhom tierja u l-qoton jikber izjed. Ghalhekk il-qoton li jinzera' bil-mohriet jiswa ghaxra tal-bejtiet.
It-tielet parti: Il-Mosta: Gunju – Lulju 1977
Gunju
(p.7) Gunju: ix-xahar tal-hsad tal-qamh. Dan fih hafna xoghol. Wara li jinhasad il-qamh, jintrabat u jgorruh gewwa l-andar. Imbaghad idawwru bicca daqs 30 sa 40 pied diametru, ixarbuha u jirromblawha. Din jghidulha qiegha u fuqha jidirsu l-qamh. Dan baqa' jsir sa ftit snin wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Kienet dehra li tghaxxqek, tara l-andar - katasti ta' qamh u xghir u fuq il-qiegha l-bhejjem jidirsu.
Kull bidwi ta' lanqas kien ikollu baqra u hmara. Il-bidwi li jkunu kibrulu t-tfal kien izomm aktar raba. Ghalhekk kien ikollu z-zewg tal-ifrat (baqar) u baghal. Dan ix-xoghol tad-dris kien jibda aktarx qabel l-Imnarja u jibqa' sejjer matul Lulju. L-ewwel kienu jidirsu x-xghir, imbaghad il-gulbiena u jibqghu sejrin bil-qamh, u fl-ahhar is-silla taz-zerriegha.
Jien li qieghed nikteb u huti, meta kien ghadna familja maqghuda, kien ikollna hafna dris. Ghalhekk konna naghmlu zewg qighan biex meta jkollna l-midrus ghat-tidrija u ma jghaddix rih nidirsu fuq il-qiegha l-ohra. U hawn jidhol il-qawl "Rih ta' siegha jnaddaq qiegha" u qawl iehor "L-andar bil-halel (imniezel jew katasti) kbar u n-nies taghti fuq il-hmar." Meta kienet taghmel barraxka xita qabel l-Imnarja kienu jghidulha xita tal-qighan ghax biha kienu jirromblaw l-art u jaghmlu l-qiegha bla ma joqghodu jxarbu l-art.
Sa l-Imnarja la tafdax il-kabozza. Sa ma jghaddi dan ix-xahar l-ajru jkun ghadu ma qaghadx ghal kollox. Ghalhekk tafdax il-kabozza biex jekk taghmel xi xita jkollok biex titghatta.
L-Imnarja l-bajd u l-halib itiru fl-arja. F’dik l-epoka t-tigieg ma jibqghux ibidu hafna sa habta tal-Milied. Sa dak iz-zmien li n-naghag u l-moghoz ikunu hbielu u l-halib jieqaf.
Il-festa ta’ San Pietru u San Pawl fid-29 ta’ Gunju. Din il-festa jghidula l-Imnarja. Dan l-isem imnissel mill-kelma taljana luminaria (mixghela). Din il-festa ilha ssir minn zminijiet imbeghda u kienet l-unika festa ghall-Maltin. Ghalhekk din il-gurnata kienet wisq mahbuba u marbuta mal-qalb tal-poplu u ghadha kwazi hekk sallum. In-nanniet tieghi kienu jghidu li sakemm kienu zaghzagh qatt ma fallew din il-festa u kienu jitilghu r-Rabat fuq dahar il-hmar. Jinghad li x’uhud kienu jaghmlu l-kitba taz-zwieg u l-gharus jintrabat li wara z-zwieg almenu ghal darba jiehu lil martu ghall-festa ta’ l-Imnarja u ghall-Purcissjoni ta’ San Girgor.
Darba wahda zewg koppji mizzewgin friski marru ghall-festa ta’ l-Imnarja: Gharusa minnhom kienet sabiha ferm, l-ohra kienet ghanja. Ta’ l-ewwel biex jinki lil siehbu qal lill-gharusa tieghu, “Ghaddi gmiel.” L-iehor irrispondih, “Il-gmiel imur maz-zmien,” u kompla jghid lill-gharusa tieghu, “Ghaddi dota,” u rrispondieh ta’ l-ewwel, “Ghad tispicca din il-gurnata," jigifieri kollox jintemm.
F’kelma wahda ghal kull hatba hawn il-mannara u fil-hajja taz-zwieg biex tinzamm il-felicita mhux il-gmiel u l-gid li jghodd, ghalkemm jista’ jghin, izda l-imhabba, il-fedelta, u l-pacenzja.
Sallum tinstema l-ghanja: Issa waslet l-Imnarja ghall-gheziez il-mizzewgin warajha tigi tal-Karmnu, ghax-xebbiet il-mahbubin.
Lulju
Lulju: ix-xahar tad-dris. F'dan ix-xahar ix-xemx tisreg bil-qawwa taghha. Jekk il-bidwi f'kull xahar ghandu x-xoghol tieghu, issa jzid fil-bzulija, ibakkar u jishar, ghaliex "il-bokra ssewwi z-zokra," jghid il-qawl (il-bzulija taghtik zmien taghmel xoghol ahjar), irid jimla d-dar bil-maghlef u x-xoghol tal-huxlief irid isir fl-irtuba, meta x-xemx tkun ghadha ma sahnitx, u meta r-raggi jkunu refghu n-nida kollha, erhilu jdawwar il-bhejjem ikissru l-qamh. F'dan ix-xahar il-bidwi kien jigbor il-hena tas-sena ghaliex daru timtela u l-matmura bil-qamh jimla u ghal sena ohra jhossu assigurat fil-hajja. Ghal-bidwi tallum Lulju huwa bhall-ohrajn, m'ghandu ebda tifsira, ghaliex il-qamh x'hin jinhasad imur ghall-bhejjem u dak li jindires il-frott tieghu jaghlfuh lit-tigieg.
Sant'Anna u San Gwakkin jibda jbexxaq fommu t-tin. Is-26 ta' Lulju hija gurnata ddedikata lill-qaddisin genituri tal-Madonna u f'dawk il-jiem is-sigar tat-tin bikri (it-tin zibdi) jibdew idewquna l-frott taghhom.
Il-Werzieq isajru t-tin. Dana l-insett hu xi pulzier twil u ghandu l-bidu tal-hajja tieghu fil-bidu ta' Lulju u jwassal sa nofs Ottubru. Dan l-insett biz-zarzir tieghu jikser il-hemda ta' dak l-istagun xemxi: ghalhekk ighidu qieghed isajjar it-tin. Meta jghaddi dan iz-zmien jinghalaq gol fosdqa u jehel ma' xi zokk ta' sigra u sa sajf iehor ma jidhirx.
Hemm hrafa li tirrakkonta tilwima zghira bejn in-nemla u l-werzieq. Kulhadd jaf kemm hi biezla n-nemla! Fis-sajf, meta l-art tkun xotta, iggorr kull xorta ta' zrieragh biex timla l-imhazen taghha u fi zmien il-maltemp ikollha x'tiekol. Mela darba, werzieq imterter bil-bard u bil-guh f'gurnata tal-maltemp qal lin-nemla, "Aghtini niekol." In-nemla irrispondietu, "Iddoq u ttambar u xejn ma tghammar. Jiena fis-sajf nahdem u nirsisti u inti tghix hajja ghazziena u tixxala. Mela issa oqghod bil-guh."
Ix-xahar ta' Lulju huwa ddedikat lill-Madonna taht it-Titlu tal-Karmelu. L-antiki taghna kienu wisq devoti Taghha, u hafna kienu dawk li jilbsu l-Labtu tal-Karmnu. U f'bosta djar quddiem ix-Xbiha Taghha t-tazza taz-zejt ma kinitx tintefa, u biex jinvistaw il-Knejjes Taghha sew fil-Belt kif ukoll fl-Imdina kienu jmorru hafna nies.