The Mosta Archives Banner

Ghotja ta’ 100,000 dollaru lill-Knisja

diskors ta’ l-Arcipriet fit-12 ta’ Awissu 1986


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1986


(p.1) Inhoss li hu dmir tieghi li f’din l-okkazjoni mhix tas-soltu nwassal il-fehma tieghi kif ukoll nirringrazzja.


Sejjahtilha “okkazjoni mhix tas-soltu” u hekk hi. Il-poplu Malti hu poplu kburi bil-knejjes parrokjali tieghu. Fix-xhur tas-Sajf, u allura fi zmien il-festi, Malta zzid mal-muzewijiet ta’ Storja, ta’ Arti u ta’ Folklor, il-knejjes taghna fejn wiehed, f’kull knisja parrokjali f’kull parrocca, anke l-izghar fosthom, ghandu jsib kollezzjoni mill-aqwa ta’ artigjanat, ta’ arti u ta’ oggetti prezzjuzi.  U dan hu interess mhux biss ta’ missirijietna li sar wirt taghna, imma wkoll huwa l-ambizzjonni tan-nies taghna li minghajr ma nidhol fil-mertu ta’ x’inhu l-ahjar, ghadhom tassew jixtiequ li jkomplu jzejnu l-knejjes taghhom


Ahna fil-Mosta qeghdin fuq quddiem. F’parentesi ckejkna rrid nghid ghax hemm htiega li nghidha, li l-Parrocca taghna hi generuza ma kull inizjattiva filantropika, socjali, edukattiva u missjunarja, u ma dawk irrid inzid li l-komunita parrokjali taghna hi generuza wkoll mal-knisja parrokkjali. Donnu li l-entuzjazmu, is-sens ta’ sagrificcju u l-ambizzjoni ta’ missirijietna, li wassluhom biex mija u hamsin sena ilu bnew dan it-tempju monumentali, ghadhom gewwa qalb il-Mostin tallum biex ikomplu jsebbhuh.


Ghedt dan kollu ghax hu sfond tajjeb biex nifhmu r-raguni tar-rigal li jiena bhala Arcipriet ta’ din il-Parrocca se nircievi. Iben il-Mosta, ukoll jekk ‘il boghod minn art twelidu ghal zmien twil, jibqa’ Mosti, u allura jhobb lir-Rotunda. Tinbidel ic-cittadinanza, jinbidlu l-kundizzjnonijiet socjali u minn fqir jista’ jsir sinjur, imma ma tinbidilx il-qalb Mostija.


Kwazi erba’ snin ilu rcevejt l-ewwel ittra li fiha kien hemm ix-xewqa li ghandu s-Sur Anthony Camilleri, li jikkontribwixxi s-somma ta’ flus biex jigi dekorat bl-ahjar mod l-isfond ta’ bejn it-twieqi fir-Rotunda taghna. U jiena esprimejt il-fehma tieghi li kienet haga kbira u li ghandna progetti ohra xi nwettqu. Imma l-korrispondenza  bejn is-Sur Camilleri u bejni, permezz ta’ prokuratur tieghu, is-Sur Charles Grima, ma waqfitx u, minkejja li jien dejjem sostnejt id-diffikultajiet kbar li hemm ghal opra bhal din, ir-risposta mill-Amerika kienet dejjem wahda: is-Sur Camilleeri jixtieqha.


Kienet importanti ghalija li nikkonsulta lis-Superjuri tieghi u, wara li smajt il-parir taghhom u hsibt hafna fuq il-proposta, meghjun mis-Sur Charles Vassallo, il-Konslu ghal Malta f’San Francisco, wasalt biex naccetta l-offerta, li kellha tkun ta’ mitt elf dollaru. Din l-offerta li se tigi pprezentata f'isem Anthony Camilleri mis-Sur Charles Vassallo, hija offerta marbuta, jigifieri jiena ma nistax innaqqas din is-somma biex napplikaha (p.3) ghal xi haga ohra, u ghalhekk ippermettuli nfakkar li biha l-knisja ma saritx aktar sinjura jew kwazi awto-sufficjenti ghax din is-somma trid tintuza biss ghal dan l-iskop li ghalih giet moghtija. Din hi x-xewqa tad-donatur u jehtieg nirrispettawha.


Tajjeb li nghid dwar Anthony Camilleri dak li naf. Zgur huwa bniedem generuz hafna, mhux biss minhabba din l-offerta sabiha tieghu, imma wkoll ghax ried li jaghti sehem ukoll meta sena ilu indurajna l-istatwa ta’ Santa Marija u anke tana kontribuzzjoni ohra ghall-argentatura ta’ l-artal maggur, kif qedghin tarawh sabih illum. Biss is-Sur Camilleri huwa wkoll benefattur f’opri ohra: naf li ta somma sabiha hafna lid-Dar tal-Providenza fis-Siggiewi u jaghti ghajnuniet regolari lis-Sorijiet Maltin f’diversi missjonijiet. Naturalment (capcip ta’ approvazzjoni mill-kongregazzjoni) hemm ghajnuniet ohra li jien ma nafx bihom.


Irrid naghlaq billi nitlobkom tifhmu r-responsabilta li waqghet fuqi b’din l-offerta. Waqt li nwieghed li se nibda fuq il-progett, pero tistennewx li dan se jsir malajr. Mhiniex se naghmel xoghol ta’ ghagla jew biex inlestu: il-knisja taghna jixirqilha l-ahjar u ma rridx li jkolli piena li ghax ghaggilna ma rnexxiex. Nirringrazzjakom.


Diskors mis-Sur C.J. Vassallo


Is-Sur Anthony Camilleri, emigrant Mosti f'San Francisco California l-AmerikaIs-Sur Anthony Camilleri, emigrant Mosti f'San Francisco California l-Amerika

Wara li smajna lill-Kappillan jaghmel dawn il-kelmtejn sbieh ikun xieraq li nzid xi haga dwar dan il-benefattur kbir, Toni Camilleri.


Is-Sur Camilleri emigra lejn l-Amerika fl-1913 biex jinghaqad ma huh Karmenu. Huwa ilu jghix f’San Francisco ghal dawn l-ahhar tlieta u sebghin sena fejn dejjem ghix hajja ezemplari. Fl-1973, meta Toni kellu tlieta u tmenin sena, gie Malta mieghi u zar dan it-tempju maestuz fejn kien tghammed u ha l-ewwel Tqarbina. Toni huwa devot kbir tal-Madonna u ghalhekk xtaq li jhalli tifkira permanenti tieghu u tal-familja f’dan it-tempju ddedikat ghaliha.


Ghalhekk bi pjacir kbir jien ilqajt it-talba tieghu biex inwassal din id-donazzjoni sabiha li zgur se sservi biex tkompli ssebbah din il-knisja tant maghrufa kif ukoll izzid il-qima lejn Marija Santissima.


Minhabba fl-eta kbira ta’ Toni Camilleri nhar il-festa ta’ Santa Marija l-Kappillani ta’ Old Hallows Church f’San Francisco, meghjun minn soru Maltija, Sister Grace Grima, se jqaddislu quddiesa privata fil-kamra tieghu biex Toni jkun jista jgawdi din il-festa hekk kbira.


Ghal darb’ohra nixtieq insemmi l-pjacir tieghi li qieghed inwettaq ix-xewqa ta’ Toni li zgur se tkun ta’ beneficcju ghall-knisja u l-parruccani kollha tal-Mosta kif ukoll ghal dawk kollha li jigu jzuru lil Marija Santissima f’din it-tempju hekk maghruf.


Sur Arcipriet, ghandi l-pjacir, ghan-nom ta’ Toni Camilleri, nipprezentalek cekk ta’ 100,000 dollaru.


L-ghotja saret mis-Sur Charles J. Vassallo, konslu ta’ Malta f’San Francisco, f’isem is-Sur Camilleri fil-prezenza ta’ l-ambaxxatur Amerikan, is-Sur Gary Matthews. Fl-istess okkazjoni s-Sur Vassallo ipprezenta ghadd ta’ kotba religjuzi ta’ hu s-Sur Camilleri, Dun Pawl, li miet fl-1912, lid-direttur ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, Dun Ang Camilleri u floating bag lil raprezentanti ta’ ghaqda filantropika Maltija.


F’kelmtejn qosra qosra fis-Sala Parrokjali s-Sur Gary Matthews, ambaxxatur Amerikan qal li s-Sur Camilleri hu iben den ta’ Malta u l-Maltin, u jekk jippermettuli, iben den ta’ l-Amerika u l-Amerikani. Qal ukoll li hadd minna ma jista’ jistenna aktar minn hekk ghal pajjizu u ghal Alla.


Ringrazzjament xieraq iehor imiss lis-Sur Charles J.Vassallo, Konslu ta’ Malta f’San Francisco ta’ l-inkarigu li ha u l-interess li baqa’ juri tul is-snin twal lejn il-Mosta, pajjiz twelidu.


L-Arcipriet ipprezenta medalja tal-fidda ta’ l-Inkurunazzjoni lill-ambaxxatur Amerikan waqt il-laqgha li saret fis-Sala Parrokjali, simbolu fi kliemu, li jfakkar lill-knisja tal-Mosta n-naha l-ohra ta’ l-Atlantiku.