The Mosta Archives Banner

Gieh il-Mosta – Lil min inghata s'issa


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2001


1997: (p.8) Mons. Bartolomew Bezzina, is-Sur Gorg Gatt, il-Perit Lawrence Gatt, is-Sur Freddie Micallef u s-Sur Charles Vassallo.


1998: Rev. Ang Camilleri, is-Sur Guze Cauchi, is-Sur John Magri, is-Sur Nazzareno Vassallo u s-Sur Charles J. Vella.


1999: Is-Sur Ganni Bonnici. Is-Socjeta tal-MUSEUM, is-Sur Frans Pace u s-Sur Michael Sant.


2000: Is-Sur Joe Vella, is-Sur Anglu Fenech u l-Kor Santa Monica.


2001: Ghaqda Talent Mosti.


Onorificenza Gieh il-Mosta


L-Onorificenza Gieh il-MostaL-Onorificenza "Gieh il-Mosta"

(p.8) L-Onorificenza “Gieh il-Mosta” huwa mwaqqaf mill-Kunsill Lokali tal-Mosta u jinghata bhala gharfien u gieh lil kull min b’xi mod jew iehor ikun ghamel gieh lill-Mosta. Il-premju jista’ jintrebah jew minn xi individwu jew minn xi ghaqda li tkun hadmet kollettivament.


Il-premju jikkonsisti f’medalja bl-arma u l-motto tal-Mosta, bil-kliem “Gieh il-Mosta.” Tinghata wkoll diploma ghall-mertu bis-sigill ufficjali tal-Kunsill.


Huma eligibbli ghal dan l-unur il-Mostin kollha, imma anki dawk li jkunu hadmu favur il-Mosta. F’kazi eccezzjonali jinghata wkoll lil xi persuna wara mewthom. Kull Sindku meta jispicca mill-kariga jinghata dan l-unur.


Onorificenza "Gieh il-Mosta" ghas-sena 2001 tinghata lill-Ghaqda Talent Mosti


L-Ghaqda  Filantropika Talent Mosti rebbieha tal-Onorificenza Gieh il-Mosta ghas-sena 2001Il-President  is-Sur Joe Bartolo f'isem l-Ghaqda Filantropika Talent Mosti jircievi l-Onorificenza "Gieh il-Mosta" minghand is-Sindku s-Sur Joe De Martino

(p.8) Il-Grupp Talent Mosti gie mwaqqaf lejn it-tmiem tas-sena 1983 minn Edwin Vassallo u Reuben Caruana, bl-iskop li jipproducu pageants b’messagg nisrani. Din l-Ghaqda rnexxielha tahdem b’success videos ta’ Wenzu u Rozi, il-praspar ta’ Gahan, kif ukoll ohrajn fuq il-Gimgha l-Kbira u l-festa ta’ Santa Marija tal-Mosta. Il-bejgh u l-qligh ta’ dawn il-videos kien ta’ Lm12,000 li marru ghal skopijiet ta’ karita u restawr tar-Rotunda.


F’Awissu ta’ l-1998 l-Ghaqda akkwistat razzett tipiku Malti, maghruf bhala tal-Markiz Mallia Tabone. Iz-zewg gvernijiet habirku biex tinstab sede bil-koperazzjoni tal-kunsill skolastiku ta’ l-iskola Lily of the Valley.


Dan ir-razzett sar genna zghira ghal kull min ihobb jimrah fid-drawwiet imghoddija jew biex juri talenti artistici li ghogbu jisilfu Alla.


L-attivitajiet ivarjaw minn purament artistici ghal ohrajn b’xejra letterarja u ohrajn b’aspett religjuz jew folkloristiku. Bhala serati jkun hemm wirjiet ta’ pittura, skultura u artigjanat, tal-Milied, il-Gimgha l-Kbira u l-Kult Marjan, kif ukoll lejliet letterarji u b’tifkira lil persunaggi Mosti, kuncerti, diskussjonijiet u serati ta’ ghanjiet folkloristici u Naplitani.


Taht it-tmexxija tal-President Joe Bartolo l-Ghaqda qassmet diversi ghotjiet ta’ flus ghall-karita, kontejnres bi hwejjeg u gugarelli ghar-Russja u r-Repubblika Ceka. Fir-razzett tal-Markiz jiltaqghu kull tip ta’ nies li kollha ghandhom xi talent x’joffru.


Fil-laqgha tal-Kunsill ta’ nhar it-Tnejn 20 ta’ Awissu 2001, il-Kunsill qabel li tinghata l-Onorificenza “Gieh il-Mosta”  lil dan il-grupp.


Talent Mosti hu determinat li jkompli jitghallem kif jista’ jservi ahjar ta’ nixxiegha kulturali ghal kull min jixtieq appogg u kuragg fil-hajja ta’ kuljum.