The Mosta Archives Banner

Gimgha l-Kbira 1981


Il-Mosta: Frar - April 1981


Vara tal-Marbut, Gimgha l-Kbira, Mosta L-istatwa wisq sabiha ta’ Kristu marbut mal-kolonna xoghol ta’ Karlu Darmanin: “Imbaghad Pilatu, biex joqghod ghal li riedet il-gemgha, telqilhom ‘il Barabba u, wara li sawtu ‘l Gesu, tahulhom biex ikun imsallab.” (Mark, K.15, v.15)

(p.1) Tisma’ min jghidlek “Il-Gimgha l-Kbira toghgobni iktar minn Santa Marija jew minn kull festa ohra.” Huma opinjonijiet. Biss jista’ jkun li min jitkellem hekk iktar ikun qieghed ihares lejn is-serjeta tal-okkazjoni – il-funzjonijiet ta’ Hadd il-Palm, it-tlett ijiem ta’ Tridu bil-Via Sagra Solenni, Hamis ix-Xirka, il-Vizti tas-Sepulkru u, imbaghad, il-Gimgha l-Kbira, bil-qari tal-Passju u l-Bews tas-Salib. Jista’ jkun li haddiehor quddiem ghajnejh hlief purcissjoni twila f’forma ta’ “pageant,” statwi, persunaggi u fratelli mghammdin, bil-fanal u s-salib jigbdu l-ktajjen ma jkunx qieghed jara u ma jkux qieghed jisma’ f’widnejh jidwi hlief id-daqq tal-marci funebri.


Dan kollu hu parti mill-Gimgha l-Kbira – izda mhux il-qofol. L-istatwi mzejnin bl-isbah fjuri qeghdin hemm mhux biex nerfghuhom biss. Izda qeghdin hemm biex nahsbu fuqhom.


Dawk il-persunaggi lebsin il-harir fin u l-bellus qeghdin hemm mhux biex nghidu, “Ara xi gmiel ta’ lbies,” izda biex nghidu, “Dawk kollha kellhom x’jaqsmu mat-Tragedja Divina.” Min biex ighid kelma tajba u min biex jaghti daqqa ta’ harta.


Dawk il-fratelli mghammdin, jigbdu l-ktajjen, qeghdin hemm mhux biex jigbdu l-ammirazzjoni tan-nies minhabba l-piz tal-ktajjen li jkunu qeghdin ikaxkru izda bhala att ta’ penitenza ghalihom infushom u ghalina.


Dan qeghdin nghiduh ghax, jekk il-purcissjoni nirrenduha semplici”pageant,” tigi kwazi attrazzjoni turistika. Ghalhekk ilna ntanbru minn dawn il-kolonni li hemm bzonn isiru ‘loudspeakers’ mat-toroq u tinqara bil-mod il-grajja tal-Passjoni b’xi riflessjonijiet ‘l hawn u ‘l hinn.


Il-funzjonijiet tal-Gimgha l-Kbira huma funzjonijiet sbieh u dak li jsir esternament hu biex ighin il-bniedem jahseb, ihares harsa madwaru, jaghti titwila fih innifsu u jara jekk hux qieghed ighin fil-Pjan tas-Salvazzjoni.


Il-festa tal-Gimgha l-Kbira minn din is-sena ghaddiet f’idejn ohra. Irridu nirringrazzjaw lil Dun Karm Mifsud ghal tant snin li ghamel prokuratur tal-festa. Taht idejh il-festa mxiet ‘il quddiem u gharaf jibni fuq li bnew il-prokuraturi ta’ qablu. Irridu nawguraw lis-successur Dun Stiefnu Fava, il-prokuratur il-gdid tal-Gimgha l-Kbira u tal-festa tal-Irxoxt biex ikompli fejn hallew ta’ qablu.