The Mosta Archives Banner

Giorgio Grognet de Vasse


L-ewwel parti

nieqsa


It-tieni parti – Il-Mosta: Lulju – Awissu 1980


Incizjoni rari li turi lil Grognet fl-ahjar tieghu Incizjoni rari li turi lil Grognet fl-ahjar tieghu

(p.4) Min hu Giorgio Grognet? Qeghdin jistaqsuha din il-mistoqsija. U qedghin jistaqsuha mhux biex jisimghu t-twegibiet tas-soltu. Mhux biex jaraw nafux li hu l-arkitett-inginier tar-Rotunda monumentali tal-Mosta. Mhux biex jistennewna nwiegbu li gera ma l-armati ta' Napuljun u dam tmintax-il sena bhala arkitett u nginier civili u militari. Mhux biex inghidu li kien l-Egittu, Parigi, Ruma, li hareg bl-idea li jinqata' l-Kanal tas-Swejz (il-kanal inqata' u nfetah seba' snin wara mewtu) u l-idea l-ohra li l-Ingilterra tigi maqghuda mal-kontinent Ewropew b'mina taht il-bahar (haga li gvernijiet Brittanici u Francizi hasbuha kemm il darba tul dawn l-ahhar mitt sena u li gielu waslu biex jibdew jimplimentawha). Mhux biex inwiegbu li kiteb hafna dwar il-gzira mitlufa Atlantis u li kien lingwist.


Qedghin jistaqsuha ghaliex iridu jifhmu izjed fil-fond il-karattru u l-personalita tieghu. Hemm xi haga fil-figura ta' dan il-bniedem ghaziz hafna ghalina l-Mostin – anzi ahna nqisuh ta' gewwa, wiehed minna – li kien kapaci johrog b'ideat u jaghmel bicca xoghol li biha naqqax ismu ghal dejjem fl-istorja ta' l-arkitettura u inginerija Maltija.


Grognet twieled fl-1774, sentejn qabel il-famuza Dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza Amerikana u fi zmien meta kienet qieghda tinhema r-Rivoluzzjoni Franciza (1789) mid-diskussjonijiet tal-argumenti ta' Voltaire u Rousseau, punt krucjali fl-istorja tad-dinja li wassal ghall-waqgha tas-sistema fewdali medjevali. Twieled minn familja ta' origini Franciza, li giet toqghod Malta fis-seklu sittax; familja aristokratika, tip ta' familja Franciza li laqtitha bir-Rivoluzzjoni Franciza. Sa meta twieled Guzeppi Pawlu Giorgio, ghax dawk kienu l-ismijiet li tawh, ghalkemm hu dejjem uza t-tielet wiehed, il-familja Grognet kienet saret Maltija. Nannuh li kien jismu Giorgio wkoll, halla ghadd ta' xoghlijiet zghar barokki. Missieru, Jean Baptist, serva kemm il darba bhala Gurat tal-Universita ta' l-Imdina, l-istituzzjoni amministrattiva Maltija li kien ilha tahdem mijiet ta' snin.


Ta' erbatax-il sena Giorgio ntbaghat fis-Seminarju ta' Frascati, l-Italja biex isir qassis, bhal zijuh Angelo. Minn zewg ittri li jinsabu f'idejn is-Sur J. Pellegrini Petit u s-Sur E. Bencini, it-tnejn minn Tas-Sliema, nafu li missieru ntroducieh ma Angelo Cesarini, rettur, u Henry Stuart, il-Kardinal Duka ta' York, patrun tas-Seminarju, ghaliex ried li ibnu jirnexxi fil-karriera ekklesjastika li xtaqu jiehu.


Grognet dam is-seminarju sal-1795, b'kollox seba snin li matulhom zgur li tkisser fl-ilsna, l-istudji klassici u l-matematika. X'aktarx li l-familja nefqitlu hafna flus sakemm dam hemm ghaliex, meta hareg mis-seminarju, missieru tant hadha bi kbira li ma riedux jersaq lejn Malta minghajr il-permess tieghu.


Il-karriera ekklezjastika tidher li ma baqghetx toghgbu lil Grognet meta kiber. Wiehed jista' jahseb li fi ckunitu kellu xi hajra, ghalkemm ma nafux sewwa ghax m'ghandna xejn x'juri. Biss hemm punt li wiehed irid ihares lejh meta jigi biex jiggudika l-ghala telaq. Kien zmien meta l-Era tar-Raguni (The Age of Reason) bdiet tixxaqqaq u c-certezza ta' ideat filosofici li kienu ilhom accettati min-nies b'ghajnejhom maghluqa bdiet tkun iccalingjata. Wiehed beda jistaqsi qabel jaccetta dak li haddiehor ighid. Staqsew ukoll u rvellaw dawk li ftit kienu jifhmu u li ziedu mat-tahwid f'imhuh il-poplu mhux imharreg, wisq u wisq inqas imkisser fid-dixxiplini varji: filosofija, teologija, logika. Ir-ri-interpretazzjoni filosofika tal-hajja kienet, kif hi u tibqa' dejjem hobz ghal snien dawk li jifhmu. Imma darba ccaqlaqha r-rota tibda ddur. Min jerga' jsib postu wara li jkun stharreg l-ideat godda; min ihoss li, minghajr ma jichad il-veritajiet ta' dejjem, jista' jesprimihom b'lingwa gdida u jimplimentahom b'mod gdid minghajr ma jaqa' f'kontradizzjonijiet. F'kelma wahda jsir aggornament, tkompli l-evoluzzjoni tac-civilta.


Jidher li Grognet gibed lejn l-ispirtu l-gdid taz-zminijiet, mohhu aktar miftuh u tolleranti. B'danakollu l-klassici ma ghebu qatt minn mohhu; anzi jidher li ried jaghmel sintesi ta' l-ispirtu liberali u l-ispirtu tal-klassici.


Dan jista' forsi jigi klarifikat aktar kemm jinstabu dokumenti u kemm isir studju profond taghhom, ghal grazzja t'Alla l-Muzew tal-Katidral ta' l-Imdina ghamel pass li ghad, nittamaw, iwassal biex il-poplu Malti jifhem ahjar min kien Giorgio Grognet.


It-tielet parti – Il-Mosta: Dicembru 1980 – Jannar 1981


Mal-qawwiet militari ta' Napuljun


(p.12) Meta hareg mis-Seminarju ta' Frascati, Grognet inghaqad ma' l-armata Franciza li kienet qieghda tiggieled fl-Italja. Ma nafux meta dahal, biss bit-Trattat ta' Camp Formio, li sar f'Ottubru, 1797, l-Italja tat-Tramuntana u dik Centrali nhakmu minn Napuljun. Grognet dahal bhala Inginier fil-Corps du Gene. Baqa' f'dan il-Korp sa l-1814 meta telaq ghal kollox mill-Armata Franciza.


Id-Direttorju, l-amministrazzjoni Franciza ta' wara r-Rivoluzzjoni, helsu bilgri minn Napuljun billi qablu mal-pjan tieghu biex jinvadi l-Egittu. Ilkoll kemm ahna nafu li fi triqtu lejn l-Egittu Napuljun ha Malta taht idejh u halla gwarnigjun stazzjonat hawnhekk. Hafna ghandhom l-impressjoni li Grognet nizel mat-truppi Francizi u kompla fi triqtu meta l-flotta Franciza salpat biex tinqered fil-Bajja ta' Aboukir mill-flotta Brittanika ta' Lord Nelson. Kien hemm Malti li halla artu ma' din il-flotta – Nicolo Isouard, il-maghruf muzicista li jikklassifikawh ftit inqas mill-genji kbar tad-dinja tal-muzika, ftit taht Wagner u Verdi. Imma Grognet jidher li ma kienx mal-Francizi meta nizlu Malta fl-1798. Ittra li baghat minn fuq bastiment Daniz f'Corfu lil missieru bid-data 6 Ventose ane' 6 (fl-ahhar ta' Frar, 1798) tipprova li hu kien diga qabizha lil Malta xi tliet xhur qabel. Dik il-habta Corfu kienet f'idejn il-Francizi u probabbilment kienet tintuza bhala forward base, f'dan il-kaz biex thejji t-triq ghall-invazjoni ta' l-Egittu.


Ittra ohra li baghat ‘l ommu bid-data tal-31 ta' Jannar 1802 tipprova li hu kien Parigi f'dik is-sena. L-indirizz li taha kien Rue de Deux Ecus, No. 26. F'Novembru ta' l-istess sena halla Parigi kif baghat igharraf lill-genituri tieghu. Fl-1810 jidher li kien l-Italja ghaliex ghamel disinn ta' pont jitla' u jinzel ghal La Spezia u fuqu hemm il-firem ta' zewg ufficjali ta' l-Inginerija li kienu s-superjuri tieghu. (Dan id-disinn kien ghall-wiri fl-esebizzjoni li ghamel il-Muzew tal-Katidral ta' l-Imdina din is-sena).


Ir-raba' parti – Il-Mosta: Mejju – Lulju 1981


Id-disinn tal-Orgni mahzuz minn Grognet Id-disinn ta' l-orgni mahzuz minn Grognet

(p.3) Fl-1814 Grognet kien l-Italja skond kif jixhdu tliet ittri. F'dik tat-2 ta' Marzu, 1814 lil huh Pietro Paolo thasseb dwar il-familja minhabba l-pesta ta' l-1813 (Mur ghidlu li dik il-pesta sfrattat il-hsieb tal-Mostin li jkabbru l-knisja li kellhom u tatu cans jidhol hu dsatax-il sena wara!). Fiha wkoll esprima x-xewqa li jaghmel xi haga kbira li taghmel unur lilu, il-familja u lil Malta.


Fl-10 ta'  Mejju, 1814 Grognet kiteb lil missieru u filwaqt li fissirlu kemm ferah li l-pesta ma missitx il-familja, talbu xi ghajnuna ghax ma kienx ghadu fl-Armata Franciza li minnha telaq ghal ragunijiet ta' sahha u ghax ma riedx iservi tirann. M'ghandniex xi nghidu, wiehed jista' jaqbel u jista' ma jaqbilx li Grognet ried ighid li Napuljun kien verament tirann.  Izda zgur li ried joghgob lil missieru u wiehed irid iqis dan il-fatt meta jizen l-argumenti favur u kontra.


Fil-15 ta' Dicembru tal-1814 Grognet rega' kiteb lil missieru minn Napli, minn Pompei, famuza bhala belt imsemmija ta' zminijiet klassici. Ma nafux meta gie lura Malta izda jidher li kien hawn fl-1822.


Nirringrazzjaw lis-Sur Dominic Cutajar tal-permess li tana biex ingibu taghrif mir-ricerka tieghu.