The Mosta Archives Banner

Jum il-Helsien mit-Tigrif tar-Rotunda taghna, id-9 ta' April 1942

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Jannar – Marzu 1986


(p.7)Int l-ghata ta' rasi f'jum it-taqbida” – Salm 139


Bomba li nifdet ir-Rotunda tal-Mosta fl-1942 It-toqba li ghamlet il-bomba meta nifdet il-koppla fid-9 ta' April 1942

Il-Hidma qaddisa u fl-istess hin patrijottika li wettqu missirijietna biex waqqfu r-Rotunda ghal naqra ma sfawx fix-xejn matul it-Tieni Gwerra Dinjija meta bomba ta' l-ghadu nifdet il-koppla tat-tempju monumentali taghna u, filwaqt li ghamlitlu hsara konsiderevoli, b'ghageb kbir ta' kulhadd la splodiet u lanqas ma ghamlet l-icken hsara lil madwar tliet mitt ruh li kienu jinsabu l-knisja waqt siegha ta' adorazzjoni quddiem Gesu Sagramentat. Dan il-fatt jghaggeb lil kull min jisma' bih: sahansitra ghadd kbir ta' turisti li jzuru l-Knisja Arcipretali, li hafna minnhom ma jemmnux bhalna, quddiem din il-grajja jistqarru li dan kien miraklu. Il-bicca l-kbira taghna hekk nemmnu wkoll.


Ahna nemmnu li Alla kien maghna tassew u li kienet ir-rieda qaddisa tieghu li dan it-tempju, li nbena ghall-iktar glorja Tieghu, kellu jibqa' wieqaf. Il-knisja glorjuza taghna, li fl-1913 kellha x-xorti tilqa' fiha bhala post ewlieni l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ghall-gieh ta' Gesu Ostja, kellha tehlisha mit-tigrif propju f'mument meta Gesu Ewkaristija kien qed jigi adurat gewwa fiha! Nemmnu wkoll li kienet il-Vergni Marija Mtellgha s-Sema li ndahlet ghalina quddiem Alla sabiex din il-knisja ghaziza taghna Lilha ddedikata tibqa' tiddomina fuq il-Mosta. Qisu li l-Vergni Marija riedet tpatti ghal dik l-imhabba li wrewha dawk il-Mostin ta' ilu li, ghalkemm fqajrin, bnew tempju li kellu jibqa xhieda ta' l-imhabba taghhom lejn il-Madonna.


Hu ghalhekk li ta' kull sena, tul dawn l-ahhar erbgha u erbghin sena li ghaddew minn din il-grajja straordinarja, infakkru kif jixraq x'ghamlu Alla u l-Omm Qaddisa tieghu maghna l-Mostin. Bir-ragun kollu nistghu nghidu li dak inhar tad-9 ta' April, 1942 ir-Rotunda tal-Mosta twieldet mill-gdid! Ferhanin ghalhekk li kemm it-tempju u kemm in-nies li kien hemm fih gew mehlusin, nistghu bhas-sultan qaddis profeta David induru lejn Alla u nghidulu li Hu kien tassew “il-ghata ta' rasna fil-jum tat-taqbida.”


L-Attakki


Kien l-ehrex u l-eqqel zmien fl-istorja ta' Malta taghna. Kienu spiss jidhru l-ajruplani tal-ghadu bhal isqra fis-smewwiet iwaddbu l-balal qerrieda taghhom, li kienu jnisslu tigrif, herba u mwiet kulfejn jaqghu. Ta' min ifakkar li, matul il-Gwerra li ghaddiet, fil-Mosta biss kienu mietu madwar 112-il ruh. F'wiehed mill-attakki li kienu jaghmlulna l-ajruplani Germanizi, tlieta mill-bombers taghhom qabdu r-rotta ghal fuq l-ajrudrom ta' Ta Qali, izda, issikkati mill-fighters Inglizi, waddbu l-bombi u dabbru rashom meta kienu fl-ispazju ta' fuq il-knisja. Erbgha minn dawk il-bombi waqghu fuq il-knisja; wahda minnhom, li kienet l-ikbar, nifdet il-koppla u baqghet diehla minn dik il-parti tan-naha ta' fuq tal-koppla fejn hemm il-‘weraq' (in-naha ta' fejn hemm il-Kappella ta' San Guzepp). Ghamlet toqba u ghaddiet minn hxuna ta' madwar sitt piedi gebel! Bomba ohra izghar kienet lahqet splodiet fuq il-koppla. Tnejn ohra zghar ukoll waqghu fuq il-frontispizju u z-zuntier.


Grazzja Kbira


Skond l-iskrizzjoni li tidher fuq il-balla li hemm mizmuma b'tifkira gewwa s-sagristija, kienu l-4:40pm. Gewwa l-knisja kienet qieghda ssir is-soltu adorazzjoni ta' kull nhar ta' Hamis. Kien hemm madwar tliet mitt ruh imxerrdin fuq il-paviment. Hin minnhom, ftit qabel l-incident, qalli darba Dun Salv Sammut (illum Monsinjur) li kien hemm  prezenti, in-nies minghajr hadd ma qallhom, wara li kienu nstemghu l-hsejjes ta' l-ajruplani riesqa, donnhom hassew li kienet ser tigri xi haga u qabdu u trekknu fil-kappelli tal-knisja. F'daqqa wahda jinstema' hoss kbir u tidhol il-balla, li baqghet sejra dritt fuq il-lunetta fejn Kristu jidher flimkien ma l-Appostli, minn fejn waqghet fl-art u baqghet titgerbeb fuq il-paviment sa ma waqfet qrib fejn hemm il-pulptu. Mal-balla nizel hafna gebel mill-fetha li kienet ghamlet u hafna laqx minnu tar mal-knisja kollha flimkien ma dahna kbira ta' trab li mliet kullimkien. Wara dik il-qatgha kbira n-nies indunaw li fil-knisja kienet dahlet bomba maghrufa bhala time-bomb. Bezghanin, imbikkmin u mbikkijin in-nies hargu mill-knisja jghidu ‘l kulhaddd x'kien gara.


Skwadra ta' nies tas-Servizzi dritt gew il-knisja u nehhew il-fuse mill-balla u gerbuha ‘l barra. Huma u jnizzluha minn fuq it-tarag taz-zuntier inkisru xi targiet mit-tarag tan-nofs, li wara, naturalment gew irrangati, imma li xorta ghadhom jidhru msewwijin u li ghalhekk xorta jfakkruk f'din il-grajja.


Dakinhar stess gie fuq il-post il-Gvernatur Dobbie u (p.14) ordna lil Dun Karm Sciberras, il-Vici Parrokku tal-Mosta (wara sar Arcipriet u Monsinjur) biex jaghlaq il-knisja. Din mhix xi leggenda. Ghad baqa' Mostin li dakinhar kienu l-knisja, fosthom tliet qassisin li dak iz-zmien kienu seminaristi, li huma l-ikbar xhieda ta' dak kollu li gara.


Hsarat


Bomba li nifdet ir-Rotunda tal-Mosta fl-1942 Dan ir-ritratt kien maghdud li juri l-bomba li dahlet mill-koppla tal-knisja tal-Mosta u l-iskwadra li nehhietha. Il-prezenza ta' Lieutenant Ellis Edward Arthur Chetwynd Talbot GDC, MBE, l-ewwel wiehed bil-wieqfa mix-xellug, teskludi din il-possibilta ghax dan miet fid-9 ta' Ottubru 1942, ezatt sitt xhur qabel, fi kraxx ta' bomber fi Sqallija. Fil-fatt dan ir-ritratt juri bomba ferm akbar milli dahlet il-knisja u jikkoncerna bomba rkuprata minn Bormla f'Jannar 1941.

Barra t-toqba li ghamlet fil-koppla saret hsara wkoll fl-induratura tal-koppla. Dik it-toqba kienet giet irrangata xi erba' snin wara din il-grajja. Il-balla kienet barxet ukoll il-wicc ta' Kristu tal-lunetta fejn jidher ma' l-Appostli. Ir-restawr ta' din il-lunetta kien sar mill-pittur Giudo Cali fl-1947. Hsara kbira kienet saret lill-paviment, li rega' gie msewwi mill-marmista Taljan Romeo Ceccoti ta' Pietrasanta fil-hamsinijiet. Xi kwadri sofrew xi ticrit imma dan kien zghir.


Il-balla kienet tajret bicca mill-arkitrav ta' taht il-Profeta Geremija u parti mill-arkatura li tistrieh fuqu. Dawn ukoll ma damux wisq ma gew irrangati. Kienu gew imtajrin ukoll zewg antifissi minn taht il-kwadru tal-Kuncizzjoni. Barra minn dawn il-hsarat inkiser il-bicca l-kbira tal-hgieg tat-twieqi: fost dan il-hgieg inqered il-hgieg ikkulurit (stained glass) li kien hemm fil-kappelli tar-Ruzarju, tas-Salib, ta' San Guzepp u ta' San Bastjan. It-tliet targiet tal-pulptu kellhom ukoll parti mtajra.


Minn barra ntlaqat il-frontispizju u tkissru zewg antifissi. Giet imtajra wkoll bicca mill-kolonna tal-faccata tal-kampnar tal-qanpiena l-kbira. Il-hsarat kollha, gewwa u barra, kienu gew imsewwijin bil-flus tal-War Damage.


Tifkiriet


Bhal tifkira ta' dil-grajja, gewwa s-sagrestija tar-Rotunda tpoggiet malajr replika ezatt tal-bomba storika u fuqha pjanca tar-ram b'kitba bil-Malti fuqha. Magenbha jidher ukoll ritratt bid-dehra tal-koppla mtaqqba.


Ta' kull sena, imbaghad nhar id-9 ta' April, fl-4:40pm tindaqq mota ferrieha biex tfakkar fil-hin ezatt li fih kien mehlus mit-tigrif it-tempju ghaziz taghna. Sa ftit snin ilu kienet ghadha ssir Transulazzjoni bir-Relikwa tal-Madonna madwar il-knisja, mill-altar tar-Ruzarju ghall-Altar Maggur, filwaqt lil titkanta l-Ave Maria Stella. Kienet imbaghad titkanta l-antifona ta' Santa Marija b'hajr lill-Vergni Assunta. Wara kien jitkanta t-Te Deum quddiem Gesu Sagramentat espost u sewwa sew qabel il-Barka Sagramentali niftakar li l-Arcipriet kien dejjem jaghmel diskors imheggeg u hiereg mill-qalb. Hekk kienet tispicca din il-festa Mostija li niftakarha dejjem issir anki meta kienet tahbat nhar l-Erbgha tat-Tniebri. J'Alla din it-tifkira tibqa' dejjem issir.


Sahansitra l-awtoritajiet civili gharfu l-fatt li d-9 ta' April 1942 huwa jum memorabbli ghan-nies tal-Mosta u l-knisja taghha u semmew triq li tfakkar f'din il-grajja.


Meta, izjed qrib lejna, f'isem l-Arcipriet Bezzina, il-Kleru u l-poplu Mosti saret il-petizzjoni lill-Awtoritajiet tal-Knisja f'Malta sabiex il-kwadru devot ta' Marija Assunta jigi nkurunat, fost affarijiet ohra kien issemma l-fatt ta' kif helsitha l-knisja bhala grazzja specjali u li hi l-fehma komuni ta' hafna li kienet l-Assunta, il-Protettrici Celesti taghna, li helsitilna l-knisja mit-tigrif. Kien issemma wkoll li din il-grajja tigi mfakkra ta' kull sena b'purcissjoni, haga li wiehed ighid b'ghafsa ta' qalb li m'ghadiex issir.


Sakemm ir-Rotunda tal-Mosta ghad tibqa' wieqfa, id-9 ta' April, 1942 ma jintesiex; zgur li jibqa' wiehed mil-jiem gheziez marbutin mal-grajja ta' dan is-Santwarju Marjan li jsebbah mhux biss ir-rahal taghna izda wkoll lil Artna.


Referenzi

  1. Il-Mosta, Nru 14, Gunju – Lulju, 1967: Sehem il-Mosta fl-Ahhar Gwerra, Arthur Sammut.
  2. The Second Great Siege – Malta 1940-42, C.J. Boffa.
  3. Ktejjeb "Tifkira tal-Festi ta' l-Inkurunazzjoni ta' l-Assunta, Il-Mosta, 10 ta' Awissu, 1975."