L-altar tal-Madonna tac-Cintura
minn Anna Cordeiro
Il-Mosta: Harga Nru. 5 (2007) Format Gdid
(p.26) Fl-ahhar harga ta’ Il-Mosta ktibt xi haga fuq il-knisja parrokjali taghna, u hadt bhala suggett, l-altar ta’ San Bastjan, li jinsab fuq in-naha tal-lemin, int u diehel fil-knisja. Din id-darba sejra nikteb fuq l-altar li jinsab in-naha l-ohra. Ghazilt dawn iz-zewg artali, ghaliex minhabba l-post fejn jinsabu, huma l-inqas li jolqtu l-ghajn ta’ min jidhol fil-knisja, ghaldaqstant l-inqas maghrufa.
L-altar tac-Cintura, kif inhu maghruf mill-anzjani ghandu kwadru titulari li tpitter ghall-habta ta’ l-1677. Xhieda taz-zmien tieghu hi l-arma li tidher fil-kwadru li hi tal-Granmastru Nicola Cottoner li saltan fuq Malta fis-snin 1663-1680. Allura jfisser li l-kwadru kien impitter qabel ma twaqqfet il-Fratellanza tal-Madonna tac-Cintura fil-Mosta fis-16 ta’ Gunju 1721. Dan il-kwadru kien fil-knisja l-qadima, u biex tpogga fil-knisja l-gdida kellu jigi mkabbar. Iz-zieda tidher fil-kwadru mad-dawra tal-hnejja bid-drapp imqabbad maghha.
Il-kwadru hu xoghol kbir ta’ l-arti ta’ Stefano Erardi, wiehed mill-aqwa pitturi f’Malta fis-seklu sbatax. Fih tidher il-Madonna b’Gesu f’dirghajha. Magenbha, fuq naha wahda hemm Guzeppi, ir-ragel ta’ Marija, u fuq in-naha l-ohra hemm Sant’Anna u San Gwakkin, il-genituri ta’ Marija. Dawn l-erba’ persunaggi qeghdin iharsu b’tenerezza lejn Gesu. Fin-nofs tal-kwadru jidhru xi tmien puttini (angli zghar).
Fin-naha t’isfel tal-kwadru, jidher Santu Wistin flimkien ma ommu Santa Monika lesta biex tilqa’ c-cintura minghand Marija. Iz-zewg personaggi l-ohra huma San Nikola ta’ Tolentino – Agostinjan – kif ukoll Santa Katerina ta’ Lixandra. Forsi dawn iz-zewg qaddisin kienu l-patruni tal-koppja li hallsu ghal dan il-kwadru.
Fil-gnub ta’ l-altar hemm iz-zewg kwadri li pittur famuz iehor, Guzeppi Cali, pitter ghal din il-kappella. Cali ghamel hafna xoghol li zejjen bih ir-Rotunda majestuza taghna.
F’wiehed mill-kwadri naraw l-anglu fil-vizjoni li kellha Santa Monika dwar il-konverzjoni ta’ binha Wistin. Fl-isfond ta’ l-istess kwadru jidher Sant’Ambrog waqt li qed jghammed lil Wistin. Fil-kwadru l-iehor naraw il-mewt ta’ Santu Wistin, li wara l-konverzjoni tieghu sar sacerdot, Isqof u duttur kbir tal-Knisja.
Fis-sagristija fejn hemm l-istatwa tar-Redentur, hemm l-abbozz ta’ dan il-kwadru ta’ Cali. Fl-istess sagristija hemm ukoll erba’ kwadri tawwalin li jirraprezentaw lil San Lawrenz, San Kosma, San Damjan u San Filippu (p.27) Neri. Tnejn minn dawn il-kwadri kienu fil-kappella tac-Cintura tal-knisja l-qadima. Interessanti wkoll li fis-sagristija tal-bomba hemm kwadru iehor tal-Madonna tac-Cintura. Dan tpitter minn Salvatore Barbara biex jitpogga fil-knisja li kienet ghadha kemm inbniet. L-Isqof Gaetano Pace Forno, li kien ta’ l-Ordni Agostinjan, hallas ghal dan il-kwadru. Il-Madonna bil-Bambin f’hogorha, tidher tnewwel ic-Cintura lil Santa Monika, u hemm magenba Santu Wistin.
Imma ghall-habta ta’ l-1920, il-kwadru li kien pitter Stefano Erardi ghall-knisja l-qadima tkabbar minn Vincenzo Bonello u tpogga fil-kappella tal-Madonna tac-Cintura tal-knisja l-gdida.
L-altar tal-Madonna tac-Cintura jizzejjen bil-fjuri u x-xemghat: fis-26 ta’ Lulju (festa ta’ Sant Anna u San Gwakkin li jidhru wkoll fil-kwadru titulari), fis-27 ta’ Awissu (festa ta’ Santa Monika), fit-28 ta’ Awissu (festa ta’ Santu Wistin) u fl-4 ta’ Settembru (festa tal-Madonna tac-Cintura). Nirringrazzja lil Raymond Grech ghat-taghrif li tani fuq dan is-suggett.
Ghaliex l-isem Il-Madonna tac-Cintura?
Nibdew nirrispondu b’mistoqsija ohra! Min kienet Monika? Monika twieldet ghal-habta tas-sena 330 minn familja tajba nisranija, fil-belt ta’ Tagaste fl-Afrika ta’ Fuq. Ta’ 22 sena zzewget lil Patrizju u kellhom tliet ulied – il-kbir fosthom Wistin. Dan l-iben kien ta’ ntelligenza kbira, imma kellu zghozija mqallba hafna. Imma bit-talb u d-dmugh ta’ omuu biddel hajtu u rega’ thabbeb ma Kristu. Monika sfat armla ta’ erbghin sena, u skond ma tghidilna t-tradizzjoni kienet titlob hafna lill-Madonna biex tfarragha fin-niket taghha u tghina biex tkompli ssegwi lil uliedha, specjalment lil Wistin mahbub taghha. Kien f’dan iz-zmien li l-Madonna dehritilha u tatha c-Cintura sewda li kellha madwar qaddha. Minn dan gie t-titlu tal-Madonna tal-Konsolazzjoni jew Madonna tac-Cintura.
Fuq nota personali
Fis-sena 1947 jien bdejt nattendi l-iskola tas-Sorijiet Agostinjani fil-Gzira ghax fil-Mosta s-sorijiet kellhom biss il-klassijiet taz-zghar. Niftakar li dak iz-zmien l-iskola kienet tissejjah ‘Mater Consolationis’. Meta fis-snin 50 gew hafna bniet studenti mill-Mosta ta’ livell sekondarju kienet ga bdiet tissejjah Skola ta’ Santa Monika.
Is-Sorijiet Agostinjani fil-Mosta
Is-sorijiet Agostinjani gew il-Mosta fl-14 ta’ Ottubru 1928, fi zmien l-Arcisqof Mawru Caruana, u ghall-ewwel marru fid-dar ta’ wara l-knisja li kien bena l-Kappillan Felic Calleja.