The Mosta Archives Banner

Il-lampier centrali mnaddaf

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2000


Mons. Anton MuscatIl-lampier centrali wara li gie mnaddaf

(p.7) ll-lampier centrali li jinsab imdendel mic-centru ta' l-antema ghan-nofs tar-Rotunda, ghall-uzu ta' kuljum, dan l-ahhar gie mnaddaf mill-argentier is-Sur Tarcisio Cassar. Dan il-lampier sabih kien inhadem mis-Sur Cassar stess fuq disinn tas-Sur Guze Galea mir-Rabat Malta.


Dan il-lampier kien iddendel l-ewwel darba nhar il-Hamis 27 ta’ Lulju 1978. Gie mbierek mill-Arcipriet Dun Bert Bezzina nhar il-Hadd 30 ta' Lulju fil-ftuh tal-kwindicina ta’ Santa Marija waqt il-quddiesa ta’ filghaxija. Dun Bert Bezzina kien insista hafna sabiex sar dan il-lampier.


L-akbar benefattur tieghu kienu l-ahwa Pietru u Pawlu Cuschieri flimkien ma' Carmela Borg. Borg. Min ihares sewwa madwar il-lampier jista' jara l-armi ta' kunjomhom.


Billi dan kien ilu mdendel ghal 22 sena, kien thammeg mhux hazin kemm bl-arja stess u aktar u aktar bid-dhahen tad-diesel li jidhlu mill-pjazza. Ghalhekk inhass il-bzonn li jigi mnaddaf professjonalment. Dan sar fuq inizjattiva ta' l-Arcipriet Dun Joe Carabott. Min jarah illum jista' jammira x-xoghol sabih tas-Sur Tarcisio Cassar, li naddfu b'tant reqqa, li nistghu nghidu li gie qisu gdid.