Il-Lanterna tar-Rotunda taghlaq 100 sena (1889 – 1989)
Il-Mosta: Lulju – Awissu 1989
(p.11) Mitt sena ilu fl-1889 missirijietna wasslu sal-quccata nett il-kapolavur ta' Gorg Grognet u l-offerta sagrifika taghhom lil Alla u lill-Madonna billi ghamlu l-lanterna.
L-Arcipriet Xuereb
Kien l-ewwel Arcipriet li kellha l-Mosta, is-Senglean Dr. Dun Pawl Xuereb, li ha hsieb biex issir il-lanterna. Mit-tliet pjanti ta' Grognet, intghazlet dik li kellha tinbena mill-hagar. Kienet l-aktar difficli fost it-tlieta minhabba x-xejra tad-disinn taghha. Il-mensli maqluba ta' bejn it-twieqi, kif jitilghu mitfughin ‘il gewwa u ma jmissux wahda ma l-ohra kienu ghadam iebes ghall-bennejja, li madanakollu bnewha kif kellha tinbena. Il-lanterna wkoll, skond E.B.Vella, kienet unika fid-disinn arkitettoniku taghha f'dawn il-Gzejjer.
Il-pjanta ta' Grognet li ghazlu hadem fuqha s-Sur Gorg Schinas, Supretendent tax-xoghlijiet Pubblici. F'rokna tad-disinn is-Sur Schinas kiteb, bid-data tat-28 ta' Marzu 1889, li dak kien disinn mahdum fuq iehor ta' l-arkitett inginier Gorg Grognet b'tibdila zghira fil-gholi. Is-Sur Schinas refa' l-koppla b'1.73 metru u naqqas l-gholi ta' l-anglu li kellu jigi fuq il-balla.
Biza'
Kien hemm min bhal donnu nesa li l-lanterna saret skond pjanta ta' Grognet. Hasbu li l-koppla setghet tigrilha l-hsara. L-Arcipriet Xuereb qabbad il-periti biex jaghtu l-pariri taghhom. Dawn stqarrew li ma kien hemm ebda bazi ghall-biza' ta' x'uhud. Ghalhekk l-Arcipriet Dr. Dun Pawl Xuereb qabbad lil Mastr'Ang Sammut, imghallem li hadem hafna fil-knisja u kien hu li ghalaq l-ahhar disa' filati tal-koppla meta Mastru Ang Gatt marad.
"Gmiel arkitettoniku tifsir sabih"
E.B.Vella kiteb: "… l-aktar wahda li ntghogbot kienet dik tal-hagar li kien hazz Grognet stess, li kellha ghamla ta' kuruna mqieghda fuq it-tempju, li jinkuruna lill-Madonna. Ghalhekk barra mill-gmiel arkitettoniku, din il-lanterna kellha tifsir sabih u qieghed floku1."
Referenza
- Storja tal-Mosta ta' E.B.Vella u Ohrajn (1972-1986), p.167.