The Mosta Archives Banner

Meta konna tfal

minn Joseph V. Sammut


Il-Mosta: Harga Nru. 3 (2007) Format Gdid


Tal-iscouts fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira Tal-iscouts fil-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.

(p.2) Kien ftit wara l-gwerra meta kelli xi hames snin, ommi ghamlitli kostum u haduni l-Karnival biex nara l-karrijiet, maskaruni, nies jitbellhu u jixtruli bicca prinjolata u flixkun Kitty-cola.


Morna lura lejn il-Mosta bix-xarabank (il-Yankee), qaluli li rqadt it-triq kollha u missieri refaghni sad-dar. Kif qomt l-ghada fil-ghodu tlabt il-helu lill-ommi u hi qaltli “ma jiswiex, ghax illum Ras ir-Randan.”


Ghaddew ftit tas-snin, ghamilt il-Precett u l-Grizma ta’ l-Isqof, in-nannu Karmnu kien halliena u z-ziju Joe beda jahdem ta’ sagristan flimkien ma Karmxu tax-Xix, sintendi fil-knisja tal-Mosta. L-imhabba u d-delizzju lejn il-festi, l-iktar fil-Mosta, trabbew fija minghand in-nannu u z-zijiet. Niftakar meta waslet il-vara ta’ Santa Marija fl-1948; id-Domma ta’ l-Assunta fl-1950; il-bidu tad-damask fl-1951, niftakar li kien jinhadem fis-sagristija minn hajjat full-time, fl-istess zmien kienet qieghda tinzebagh il-knisja minn gewwa, mill-ahwa Bonnici (tac-Cic) u certu Guzeppi Sammut (ta’ Simbla).


Il-festi kollha sbieh u dak iz-zmien tal-hamsinijiet kien ghad hawn hafna funzjonijiet u purcissjonijiet illi llum m’ghadhomx isiru minhabba haga jew ohra. Inssemmu wahda – dik ta’ San Pacifiku li kienet issir f’Settembru. Kien isir xi armar mill-pjazza sa ‘l-erba’ hwienet’, u wara li tidhol il-purcissjoni bir-relikwa, il-Banda Nicolo Isouard kienet taghmel marc mill-Wata sal-pjazza.


Mis-snin sittin ‘l hawn, il-Milied bhala festa kiber hafna, mill-funzjonijiet fil-knisja sat-tizjin tat-toroq u d-djar. Ghalhekk is-sena inqasmet fi tlieta: il-Gimgha l-Kbira (l-Ghid il-Kbir), il-festa ta’ Santa Marija u l-Milied. Il-festi ta’ l-Ghid huma l-itwal – 40 gurnata – u jibdew minn Ras ir-Randan (u hawn jibda s-sawm). Il-granet tas-sawm kienu l-Erbgha, il-Gimgha u s-Sibt u l-ikel kien jitqassam hekk filghodu te (darba) jew kafe u tiekol xi haga hafifa, f’nofsinhar ikla hafifa u fil-ghaxija c-cena. Ma seta’ jittiehed l-ebda xorta ta’ laham, gobon, halib jew helu.


Tal-ktajjen lesti biex jibdew triqithom fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira l-Mosta Tal-ktajjen lesti biex jibdew triqithom fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.

Mela x’konna nieklu? Bakkaljaw, tonn mielah, incova, aringi, haxix, kull tip ta’ fazola u ful niexef, bhall-bigilla (li konna nixtru minghand Ganni ta’ Neriku li kien ibiegh il-gwiez). Niftakar ukoll illi l-bigilla konna nixtruha lesta; kien jigi ragel bi hmar jigbed kaxxa b’zewg roti, u b’zewg soldi kien jaghtik ftit bigilla shuna go karta strazza, u jroxxlok fil-wicc tal-bigilla ftit bzar ahmar. Kien jigi wkoll ta’ l-immarinat, dan kien jigi fuq karrettun, kien ikollu kaxxa ta’ l-injam b’ghatu tal-hgieg u li kien ibigh l-imluha (jigifieri kollox immellah). Niftakar li kienu nodfa tazza u kellhom drawwa illi meta tixtri certu prodotti kienu jaqbdu bicca karta strazza u jobormuha f’forma ta’ lembut.


L-imberkin ezercizzi. Ha nibda minna t-tfal. F’xi t-tlieta nieqes kwart, klassi wara klassi, l-ghalliema kienu jehduna l-knisja, fit-tlieta kienu jibdew u ghall-erbgha konna nkunu d-dar u wara girja ghall-oratorju. In-nisa hafna minnhom lebsin l-ghonnella kellhom l-ezercizzi filghodu meta t-tfal kienu jkunu l-iskola. Ta’ l-irgiel kienu jsiru filghaxija wara x-xoghol u dawk ghal kulhadd kienu jsiru fil-gimgha ta’ qabel Hadd il-Palm. Niftakar li l-predikaturi aktarx li ma kienux ikunu mill-parrocca taghna u niftakar li dawn kienu jaghmlu l-priedka fuq speci ta’ bankun mizbugh iswed, fuqu kienet titpogga mejda, siggu u kurcifiss, u dawn kienu jintramaw taht il-presbiterju n-naha ta’ l-artal tas-Salib. Niftakar ukoll li l-predikaturi kellhom habta jsabbtu jew ihabbtu fuq l-imsejkna mejda biex iwasslu xi kelma goffa jew inkella x’hin jaraw lil xi hadd joghnos; ohra kienet (u kellhom habta tafux) li wara daqqa fuq il-mejda jibghatu lil ta’ quddiemhom (il-kbar) l-infern. (p.3) Lilna t-tfal ghalkemm ma kienu jibghatuna mkien, kultant kienu jahsduna b’xi ghajta biex ingibu ruhna sewwa mal-genituri. Niftakar li meta konna nqerru dejjem bdejna “ma nismax minn ommi u minn missieri”.


Il-vara tal-Ort ghaddejja mit-toroq tal-MostaIl-vara li turi lil Gesu fl-Ort – ritratt tas-snin hamsin.

Is-Sibt ta’ qabel Hadd il-Passjoni wara l-quddiesa tat-tmienja, girja wahda ghall-knisja sabiex narawhom jarmaw il-vari u jghattu bi drapp vjola s-slaleb, il-pittura u n-nicec. Kultant naghtu xi daqqa t’id u kultant iwarrbuna min-nofs. Dak iz-zmien il-vari kienu sebgha, u l-monument li kien jintrama f’gurnata ohra. Irrid nghid illi bhal-lum il-vari kienu jkunu f’idejn il-gajjijiet li kienu jikruhom minghand il-prokuraturi ta’ dak iz-zmien, fosthom Dun Anton Muscat u Dun Karm Mifsud. Differenti mil-lum hu t-tul ta’ snin li kienu jinzammu mill-istess nies, bhal tal-Hobz, ta’ Piju, tal-Gzejri u hafna ohrajn. Fis-sena 1952 kienu hadu l-vari ghand il-pittur Rafel Bonnici Cali biex jinzebghu mill-gdid, bdew jinbidlu wkoll il-bankuni u saru tal-gewz. Bdew jinbidlu wkoll xi raggieri u dijademi, dawn saru tal-fidda, inbiddlu wkoll il-gastri tal-banda u saru tar-ram mill-iskratac tal-balal tal-kanuni u wara gew ibbanjati bin-nickel. Dawn hadimhom Pawlu Bartolo (ta’ Spir). Niftakar li Pawlu u xi rgiel ohra gew id-dar u l-pa biddlilhom zewg skratac. Kienet tlestiet ukoll il-bandalora tal-SPQR. F’dawn iz-zminijiet meta kont inkun sejjer l-oratorju ghad-duttrina, kont inhobb nghaddi sal-knisja u nittawwal lill-vari. Id-dar niftakar li kelli artal u sett gandlieri, kienu taz-ziju Tarcisio, li halliena zaghzugh hafna. Vari ma kellix, dak iz-zmien ma kontx issib tixtri.


Hadd il-Palm filghodu, qabel il-quddiesa tad-disgha, kien isir it-tberik tal-palm u z-zebbug, ma kienx isir il-korteo li jsir illum. Lit-tfal (subien biss) ikunu krewlhom iz-zimarri u t-tizjin. Il-bandalori u l-fanali kienu jkunu esebiti fil-kappella ta’ San Guzepp u l-monument issa kien ikun fil-knisja. Fuq iz-zuntier kien hemm r-rampi u halli ghalina s-subien nizzerzqu minn fuqhom!


Hamis ix-Xirka konna nkunu bil-vaganzi u wara l-ahhar quddiesa kienu jibdew il-vizti lil Gesu Sagramentat fis-sepulkru. Dan kien jintrama differenti mil-lum, b’hafna tazzi homor bix-xemgha, gulbiena u fjuri bojod. Ghal hafna snin dan it-tizjin tnehha izda dawn l-ahhar sentejn rega’ gej ghal li kien.


Il-monument ghaddej minn Triq il-Kbira l-MostaIl-monument ghaddej minn Triq il-Kbira – ritratt tas-snin hamsin

Jisbah nhar il-Gimgha l-Kbira, il-hemda kienet tinhass, ma kienx hawn hafna karozzi, il-hwienet bieba maghluqa u faxxa sewda, it-tokis ma jiftahx u l-bnadar mezzasta, in-nies minn kmieni kienu jerhula ghall-knisja biex jaghmlu l-vizti. Ahna t-tfal subien konna naghmlu l-vizti wara s-salib, dehlin u hergin ma tal-MUSEUM. Wara l-ghaxra ta’ filghodu jibdew jaslu il-fjuri minghand il-gardinara, bhal Kalanc il-General, Salvu tal-Kont u ohrajn. Wiehed irid jghid illi certu fjuri kienu mportati minn barra.


Dak iz-zmien il-purcissjoni kienet komposta mill-fratelli, ir-reffiegha, tal-fracen, il-Banda Nicolo Isouard, il-Boy Scouts idoqqu l-bjugil, it-tfal biz-zimarri, l-qassisin u l-abbatini ikantaw il-miserere wara l-monument u fuq kollox il-kwantita kbira ta’ fratelli ikaxkru l-ktajjen, dejjem kien ikun hemm naqra ta’ pika u xi zmien din il-pika iggravat u kellhom jittiehdu passi mod iehor. Illum naqsu ftit tal-ktajjen – nahseb li ahjar hekk.


(p.4) Il-purcissjoni kienet tibda hierga f’xi l-hamsa u, bhal-lum, tigbed lejn ‘l-erba’ hwienet’ u tkompli sserrep mat-triqat illi fid-dlam kien ikunu mixghulin b’bozza kull kantuniera. Kif kienet tasal fejn l-Oratorju u taqbad Triq Stivala, ir-reffiegha tal-vari kienu jiehdu nifs billi jitilqu l-vari f’idejn xi dilettanti li jkunu jistennew bil-hniena halli jiehdu bastun.


In-nies kienet tohrog bi hgara u terhila lejn il-pjazza, ikun hemm min mar kmieni ghall-funzjoni tal-bews tas-Salib u kulhadd jithallat man-nies li jigu minn barra r-rahal, it-turisti li jkunu l-ewwel nies fil-pjazza u s-suldati Inglizi bil-familji. Meta l-purcissjoni ddur ma l-istatwa ta’ San Guzepp, u ghan-nizla il-pass jehfief xi naqra, dejjem jekk ma jkunx maltemp ghax inkella jkollhom jigru. Niftakar darba biss fil-bidu tas-sittinijiet li l-purcissjoni sfrattat meta kienet nofs triq, minhabba x-xita. Niftakar kont taht il-kolonni meta l-vari bdew nezlin minn kull triq li kienet taghti ghall-knisja.


Statwa tal-Irxoxt hierga mir-Rotunda L-Irxoxt hiereg mill-knisja.

Inkomplu fejn hallejna. Kif il-purcissjoni tibda diehla u t-temp izomm, ikun fiha ghaxqa ghax kull min jiehu parti jinsa l-ghejja u jispicca kollox b’wicc il-gid. Mhux dejjem it-temp jirnexxi, u fil-hin ta’ filghaxija jiksah zgur, statwa wara l-ohra jidhlu fil-knisja u jitqassmu l-bukketti tal-fjuri wiehed kull reffiegh u jibda z-zarmar tal-vari u jintrefghu f’posthom. L-ghada s-Sibt filghodu ma kienx ikun baqa’ sinjal ta’ vari.


Fit-tmienja, mad-daqqa tal-Glorja bil-qniepen kbar u zghar, it-tfal u l-kbar bil-hbula f’idejhom jigbdu biex inizzlu d-drapp vjola li kien jghatti l-pittura. Niftakar sew f’wahda mill-ahhar snin li saret din il-funzjoni waqt il-gbid tad-drapp minn quddiem il-kwadru l-kbir ta’ San Guzepp, ingibed gandlier u nkiser.


Mela fis-sena 1956 bdiet issir il-funzjoni ta’ l-Ghid f’nofs il-lejl. Darba meta kelli hdax-il sena kont mort ma missieri u hija Victor, u kien hemm nies mhux hazin. Mela f’xi hin qassmu bicca xemgha bajda lin-nies kollha u qalulna sabiex nixeghluha waqt il-Glorja, u hekk gara, xeghelna x-xemgha u l-knisja ntfiet fid-dlam bid-dawl tax-xemgha. Bic-caqliq tal-ftejjel kienet qieghda tinholoq zifna ta’ dellijiet u f’daqqa wahda daqqet il-Glorja. Fost il-kant u d-daqq tal-qniepen, poggejna bil-qieghda u tfejna x-xemgha, izda ftit il-boghod minna kien hemm ragel bil-qieghda bix-xemgha mwahhla fuq id-dar tas-siggu ta’ quddiemu ghadha tixhel. X’kien qieghed jigri? Dan ir-ragel kien bejn (p.5) rieqed u mhux, u beda jnizzel rasu bil-mod il-mod u x’hin ihoss is-shana tax-xemgha jerga’ jtella’ rasu f’daqqa u jerga’. Jien dlonk ghamilt sinjal lil hija, dan kien ittenda wkoll. Ma konniex wehidna ghax dawwart rasi u sibt illi kull min kien induna kellu tbissima. Dam ftit sejjer hekk sakemm ittenda. Jien naf min kien, Alla jahfirlu!


Hadd il-Ghid wasal ukoll ghalkemm din il-festa ewlenija fil-liturgija tal-Knisja Kattolika kienet titqaddes billi l-poplu kien jattendi ghall-funzjonijiet u l-quddies, fuq barra ma kien isir xejn, lanqas statwa ta’ Kristu Irxoxt ma kellna. Wara l-quddiesa tas-sebgha b’girja wahda ghad-dar ghall-kafe u l-pastizzi, wara l-ikla ta’ nofsinhar ommi kienet taqsam figolla kbira daqs pala tal-bajtar aktarx forma ta’ mara b’nofs bajda tac-cikkulata fuq zaqqha.


Hekk konna nghadduh ir-Randan, bejn wiehed u iehor bdejna bil-prinjolata u spiccajna bil-figolla.


Iz-zaqqieq zaqqu bla qies!