Monsinjur Anton Muscat
minn Ivan Scerri
Il-Mosta: April – Awissu 1999
(p.21) Kien nhar il-Hamis ix-Xirka filghodu, l-1 ta’ April 1999, meta l-Mulej Gesu ghogbu jsejjah ghal ghandu lil Monsinjur Dun Anton Muscat mill-Parrocca tal-Mosta, li kien irtirat fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara. Kellu 88 sena. Dun Anton wettaq diversi hidmiet ta’ l-appostolat.
Fil-Mosta kien Direttur ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, Direttur Spiritwali tal-Kazin tal-Banda Nicolo Isouard u Prokuratur tal-festi tal-Gimgha l-Kbira.
Il-predikazzjoni kienet wahda mill-karizmi sbieh ta’ Dun Anton. Min jaf kemm ghallem, kemm ta pariri u mexxa fid-direzzjoni spiritwal tajba lil bosta nies kien jiltaqa’ maghhom fil-Missjoni l-Kbira li taghha kien membru attiv.
Dun Anton hadem ukoll barra l-parrocca u kien vici-Parrokku fil-parrocca tan-Naxxar, Vicendarju f’Burmarrad, ufficjal fil-Kurja, Kappillan fil-parrocca ta’ Had Dingli u fil-parrocca ta’ Kristu Salvatur f’Hal Lija.
Wara hidma siewja b’rizq il-Knisja Maltija, kien gie moghti l-onoreficenza PEP (Pro Ecclesia et Pontifice), inhatar Kanonku tal-Kolleggjata ta’ Bormla u Kappillan tal-Papa.
Dun Anton baqa’ fidil sal-mewt ghas-sejha li kien ghamillu l-qassis il-kbir, Gesu Kristu, hafna snin qabel u seta’ jtenni ma San Pawl: “Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-girja tieghi, harist il-fidi, issa hemm merfugha ghalija l-kuruna tal-gustizzja li jaghtini f’dak il-jum, il-Mulej, l-Imhallef Gust”.
Bhala Nsara hu d-dmir taghna li nitolbu u li niftakru f’dan is-sacerdot, biex il-Mulej fil-hniena kbira tieghu jaghtih il-premju tal-genna fost il-qaddisin tieghu.
Ikompli l-Editur: Il-funeral sar it-Tnejn 5 ta’ April wara nofsinhar fil-Knisja Arcipretali. Ghadd sabih ta’ sacerdoti mill-parrocci fuq imsemmija, ikkoncelebraw ma Mons. Isqof Annetto Depasquale.
L-Arcipriet Dun Joe Carabott niseg omelija sabiha. Ha sehem il-Kor Shalom ta’ l-Oratorju Marija Immakulata.
Wara l-quddiesa Mons. Arcisqof Guzeppi Mercieca kompla s-servizz funebri. Diversi ghaqdiet attendew biex jaghtuh l-ahhar tislima.
Mons. Anton Muscat qieghed jistrieh fic-cimiterju tal-Mosta fil-qabar tal-familja. Habbejnieh f’hajtu, ma ninsewhx wara mewtu.